Jules Ottenstadion

Jules Ottenstadion huwa grawnd tal-futbol li jinsab f'Gentbrugge, Ghent, Belġju. Huwa bħalissa qed jintuża l-aktar għal logħbiet tal-futbol u huwa l-grawnd ta' KAA Gent. L-istadju jesa' 12,919 spettatur u kien mibni fl-1920. Huwa mistenni li jiġi sostitwit mill-grawnd Arteveldestadion li se jitlesta fl-2013. Il-poplu ta' Ghent isejjaħ lil dan l-istadju sempliċiment Ottenstadion. Huwa jinsab fiċ-ċentru tal-lokal residenzjali f'Bruiloftstraat ġewwa Gentbrugge.

Jules Ottenstadion
Den Ot
Lokalità Gentbrugge
Kapaċità 12,919
Lokatorji
KAA Gent

L-istadju nbena fl-1920 u nfetaħ uffiċjalment fit-22 ta' Awwissu. L-istadju huwa msemmi għal Jules Otten, wieħed mill-fundaturi ta ' KAA Gent, li kienu imsejħa La Gantoise f'dak iż-żmien.

Matul l-Olimpjadi tas-sajf 1920 fil-lokal ġar Antwerp, il-grawnd ospita logħba futbol bejn l-Italja u l-Eġittu fejn it-taljani rebħu 2-1.[1]

KAA Gent ilhom jilgħabu f'dan l-istadju għal 90 sena, iżda rilokazzjoni lejn il-grawnd il-ġdid Arteveldestadion, li jinsab f'Ottergemsesteenweg, huwa ppjanat fi ftit snin li ġejjin. Kien ippjanat li l-istadju l-ġdid se jkun lest mill-istaġun 2007-2008, iżda minħabba ħafna dewmien, mhux se jiftaħ sa mill-inqas 2013. L-istadju se jkollhu 20,000 sedili.

Il-Jules Ottenstadium se jitkisser u jinbidel minn ambjent residenzjali.

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika

Koordinati: 51°01′53″N 3°45′58″E / 51.03139°N 3.76611°E / 51.03139; 3.76611