UEFA Europa League

(Rindirizzat minn Europa League)

Il-UEFA Europa League hi tieni l-ikbar kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs tal-futbol wara l-UEFA Champions League. Din hi kompetizzjoni annwali għall-klabbs Ewropej organizzata mill-Unjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA). Il-klabbs jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni bbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-kampjonat nazzjonali u t-tazzi nazzjonali.

UEFA Europa League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
UEFA Europa League 2024–25
Sport Futbol
Fundazzjoni 1971 (2009 taħt il-format attwali)
Nru. ta' timijiet 32 (fażi tal-gruppi)
58 (total)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali Italja Atalanta BC (l-1 titlu)
L-aktar rebħiet Spanja Sevilla (6 titli)
Sit elettroniku Sit uffiċjali

Preċedentament imsejħa bħala t-Tazza UEFA, il-kompetizzjoni, minn Ġunju tal-2009, għall-istaġun tal-futbol 2009–10 bdiet tissejjaħ Europa League,[1][2] wara li saret bidla fil-format. Għal raġunijiet ta' żammm ta' rekords min-naħa tal-UEFA, l-Europa League u t-Tazza UEFA huma kkunsidrati bħala l-istess kompetizzjoni, bil-bdil fl-isem ikun sempliċement bidla fit-titlu tal-marka.

Il-kompetizzjoni bdiet fl-1971 u postha ħaditu t-Tazza tal-Fieri. Għall-fini ta' rekords, il-UEFA tirrikonoxxi t-Tazza tal-Fieri bħala predeċessur dirett tat-Tazza UEFA. Fl-1999, it-Tazza tat-Tazez Ewropej ġiet abolita u mwaħħda mat-Tazza UEFA. Għall-kompetizzjoni tal-2005–06 ġiet miżjuda l-fażi tal-gruppi għal qabel l-istadju eliminatorju. Il-format il-ġdid tal-2009 se jara t-twaħħid tat-Tazza Intertoto li se jipproduċi format aktar estensiv, b'fażi tal-gruppi ikbar u tibdil fil-kriterji ta' kwalifikazzjoni.

Atlético Madrid ta' Spanja huma attwalment iċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjoni wara li fil-finali tat-12 ta' Mejju 2010 għelbu lill-Ingliżi ta' Fulham, fl-ewwel edizzjoni taħt l-isem il-ġdid tal-UEFA Europa League.

It-Tazza UEFA intlagħbet għall-ewwel darba fl-istaġun 1971–72, bit-tim Ingliż ta' Tottenham Hotspur ikun l-ewwel rebbieħ. Ir-regola ta' 'klabb wieħed għal kull belt', li ntirtet mit-Tazza tal-Fieri, ġiet abolita fl-1975. Il-klabb Ingliż ta' Everton spiċċa r-raba' fil-kampjonat Ingliż u b'hekk seta' jikkwalifika, imma ċċaħdu minn din l-opportunità hekk kif ir-rivali lokali ta' Liverpool kienu wkoll ikkwalifikaw meta spiċċaw it-tieni. Everton appellaw li r-regola kienet inġusta u l-UEFA qablu li jdwaru din id-deċiżjoni.

Il-kompetizzjoni kien tradizzjonalment miftuħa għat-tieni klassifikati fil-kampjonati domestiċi, imma l-kompetizzjoni fl-1999 ġiet magħquda mal-kompetizzjoni preċedenti tal-UEFA, it-Tazza tat-Tazez Ewropej. Minn dakinhar, ir-rebbieħa tat-tazez nazzjonali daħlu wkoll fit-Tazza UEFA. Barra minn hekk, il-klabbs eliminati fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League u t-timijiet li jispiċċaw fit-tielet post tal-fażi tal-gruppi jkomplu jikkompetu fit-Tazza UEFA. Ammessi f'din il-kompetizzjoni huma wkoll tliet rappreżentanti tal-Fair Play, ħdax-il rebbieħ tat-Tazza Intertoto, u r-rebbieħa ta' xi kompetizzjonijet tal-League Cup.

Ir-rebbieħa jżommu t-trofew għal sena qabel ma jerġgħu jagħtuh lill-UEFA. Wara li jirritornawh lura, il-klabb jirċievi replika tat-trofew oriġinali fi skala ta' erba' kwinti. Ir-regoli jgħidu wkoll li t-trofew oriġinali jingħata lil kwalunkwe klabb li jirbaħ it-Tazza UEFA għal tliet darbiet wara xulxin jew ħames darbiet fl-istorja, minkejja li mill-2008 din għadha ma seħħitx.

Erba' timijiet rebħu t-Tazza UEFA flimkien mal-kampjonat nazzjonali u t-tazza nazzjonali fl-istess sena, b'dawn ikunu IFK Göteborg fl-1982, Galatasaray fl-2000, Porto fl-2003 u CSKA Moscow fl-2005. Din il-kisba hi magħrufa bħala tripletta li Galatasaray biss irnexxielhom ikompluha bis-Supertazza Ewropea. Aktar minn hekk Ajax u Galatasaray huma l-uniċi żewġ timijiet li rebħu t-tazza mingħajr ma tilfu matul il-kompetizzjoni u kif ukoll Espanyol, li minkejja li spiċċaw finalisti telleifa, waslu sal-finali mingħajr ma jsofru telfa.

Mill-istaġun 2009–10 'il quddiem, il-kompetizzjoni ġiet rinominata għal UEFA Europa League.[1][2] Il-kompetizzjoni se titwaħħad mat-Tazza Intertoto, kompetizzjoni tat-tielet livell tal-UEFA.

It-trofew, li jiżen 15-il kg, mingħajr il-mankijiet, huwa poġġut fuq bażi ta' rħama safra. Ġie iddisinjat u maħdum mil-laboratorji Bertoni ta' Milan għall-finali tal-1972 għal spiża ta' 23,000 Ewro. It-trofew juri kif mill-bażi tal-irħama joħorġu grupp ta' plejers li jidhru li qed jisfidaw lil xulxin biex jilħqu l-ballun. Fil-fatt, dawn isostnu t-tazza ottagonali li tirrafigura l-emblema tal-UEFA.

Il-format attwali tal-kompetizzjoni ġie adottat għall-istaġun 2004–05. Il-bidla maġġuri kienet l-introduzzjoni ta' fażi tal-gruppi u żewġ rawnds ta' kwalifika minflok waħda. Aktar tibdiliet saru għall-istaġun 2006–07 minħabba li saru tibdiliet fil-format tat-Tazza Intertoto. Mill-bidu tal-istaġun 2009–10, il-UEFA iddeċidiet li tbiddel għal format ta' tnax-il grupp ta' erba' timijiet fit-tieni rawnd minflok il-format preċedenti ta' tmien gruppi u ħames timijiet.[3]

Formati storiċi

immodifika

Il-kompetizzjoni kienet tradizzjonalment turnew ta' eliminazzjoni diretta. Kull konfront kien jintlagħab fuq bażi ta' żewġ partiti, fosthom il-finali wkoll. Mill-1998, il-finali bdiet tintlagħab fuq partita waħda, imma l-konfronti l-oħra baqgħu fuq żewġ partiti.

Qabel l-istaġun 2004–05, it-turnew kien jikkonsisti minn rawnd wieħed ta' kwalifikazzjoni, segwit minn serje ta' rawnds eliminatorji. Is-sittax-il tellief fit-tielet rawnd ta' kwalifika għaċ-Champions League kienu jidħlu fl-ewwel rawnd; aktar tard fil-kors tat-turnew, mat-tim li jkunu salvaw fil-fażijiet suċċessivi jingħaqdu magħhom it-timijiet li jkunu temmew il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post.

Qabel ir-riforma tal-2009, it-Tazza UEFA kienet tibda b'żewġ rawnds ta' kwalifika li jsiru f'Lulju u Awwissu. Parteċipanti li jagħmlu parti mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mit-18-il post 'l isfel jidħlu fl-ewel rawnd, waqt li għat-tieni rawnd jipparteċipaw timijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' bejn id-9 u t-18-il post. Barra minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel rawnd kienu jkunu riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play u ħdax-il post fit-tieni rawnd ikunu riservati għar-rebbieħa tat-Tazza Intertoto.

Ir-rebbieħa tar-rawnds ta' kwalifika jissieħbu ma' timijiet mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mill-1 sat-13-il post. Barra minn hekk, it-telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League jidħlu wkoll f'din il-fażi, waqt li post ieħor jiġi riservat għaċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni. F'dan l-istadju jkun hemm 80 tim.

Wara l-ewwel rawnd, l-40 tim li jibqgħu fil-kompetizzjoni jiġu mqassmin fi tmien gruppi ta' ħamsa. B'differenza mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-fażi tal-gruppi tat-Tazza UEFA tintlagħab fuq format ta' kollha kontra kulħadd, fejn kull klabb jilgħab żewġ partiti ġewwa daru u tnejn oħra barra minn daru. L-aqwa tliet timijiet ta' kull grupp jipprosegwu għar-rawnd segwenti, fejn magħhom jingħaqdu t-timijiet li jkunu kklassifikaw fit-tielet post fil-gruppi rispettivi tagħhom fil-UEFA Champions League.

Wara l-fażi tal-gruppi jkun hemm il-waqfa tax-xitwa. Minn dan il-punt, il-fażi eliminatorja tkompli b'konfronti abbażi ta' żewġ partiti li jwasslu għall-finali, li tintlagħab fuq grawnd newtrali li jilħaq il-kriterji tal-UEFA għal stadju ta' erba' stilel.

Riforma għall-istaġun 2009–10

immodifika

Mill-istaġun 2009–2010, il-kompetizzjoni ħadet isem ġdid u ssemmiet bħala l-UEFA Europa League.[1]

Format ġdid għall-UEFA Europa League se jiġi introdott għal ċiklu ta' tliet snin, li jibda mill-istaġun 2009–2010. L-ikbar bidla se tkun fażi tal-gruppi bi tnax-il grupp ta' erba' timijiet, minflok tmien gruppi ta' ħamsa.

Anke l-kwalifikazzjoni se titbiddel b'mod sinjifikanti. L-assoċjazzjonijiet ikklassifikati bejn is-7 u d-9 post fil-koeffiċjenti tal-UEFA jibgħatu r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali u tliet timijiet oħra għall-kwalifika tal-UEFA Europa League, waqt li l-pajjiżi l-oħra jibgħatu r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali u żewġ timijiet oħra, minbarra l-Liechtenstein, l-Andorra u San Marino li minflok se jibgħatu biss r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali. Ħafna drabi, it-timijiet l-oħra jkunu l-aqwa timijiet f'kull kampjonat domestiku wara dawk li jkunu kkwalifikaw għall-UEFA Champions League; madanakollu, Franza u l-Ingilterra jidhru li se jkomplu jużaw post minnhom għar-rebbieħ tal-League Cup. Aktar minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel mill-erba' rawnds ta' kwalifikazzjoni huma xorta riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play. Għall-istaġun inwagurali 2009–2010 dawn il-postijiet se jmorru għal Rosenborg tan-Norveġja, Randers tad-Danimarka u Motherwell tal-Iskozja.

Ġeneralment, aktar mal-assoċjazzjoni tkun għolja fil-koeffiċjenti tal-UEFA, il-klabbs mill-istess assoċjazzjoni jidħlu f'fażi aktar tardiva tal-fażi ta' kwalifika, madanakollu kull tim minbarra ċ-ċampjin kurrenti jrid jilgħab mill-inqas f'rawnd wieħed ta' kwalifika. Barra mit-timijiet imsemmija, 15-il tim ieħor tellief fit-tieni rawnd ta' kwalifika għall-UEFA Champions League jidħlu fir-raba' u l-aħħar stadju ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, preċedentament magħrfuha bħala l-ewwel rawnd, u l-10 telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-Europa League. It-12-il rebbieħ u 12-il tim klassifikat fit-tieni post jipproċedi għar-rawnd eliminatorju, flimkien ma' tmien timijiet oħra li temmew l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post. Il-finalista tellief tat-tazza domestika huwa xorta intitolat li jidħol għall-UEFA Europa League jekk ir-rebbieħ tal-istess tazza jkun ikkwalifika għall-UEFA Champions League.[4]

Ir-rebbieħ rebaħ wara l-ħin supplementari
* Ir-rebbieħ rebaħ wara l-għoti tal-penalties
# Ir-rebbieħ rebaħ wara l-gowl tad-deheb
Tipa ħoxna Tindika r-rebbieħ f'finali abbażi ta' żewġ legs

Għall-ewwel 25 sena tal-kompetizzjoni, il-finali kienet kontestata fuq żewġ partiti, li jintlagħbu fil-grawnds rispettivi tat-timijiet. Fl-1998, it-tim Taljan ta' Internazionale għeleb lil Lazio fl-ewwel finali li saret fuq bażi ta' konfront wieħed fuq grawnd newtrali, fil-Parc des Princes ta' Pariġi.[5] Tottenham Hotspur rebħu l-finali inawgurali tal-kompetizzjoni fl-1972 meta rebħu lil Wolverhampton Wanderers bi skor aggregat ta' 3–2.[6]

1972–1977: Finali doppja

immodifika
Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
1971–72   Wolverhampton Wanderers 1–2   Tottenham Hotspur Molineux Wolverhampton, Ingilterra
  Tottenham Hotspur 1–1   Wolverhampton Wanderers White Hart Lane Londra, Ingilterra
Tottenham Hotspur rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1972–73   Liverpool 3–0   Borussia Mönchengladbach Anfield Liverpool, Ingilterra
  Borussia Mönchengladbach 2–0   Liverpool Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1973–74   Tottenham Hotspur 2–2   Feyenoord Rotterdam White Hart Lane Londra, Ingilterra
  Feyenoord 2–0   Tottenham Hotspur De Kuip Rotterdam, Olanda
Feyenoord rebħu bi skor aggregat ta' 4–2
1974–75   Borussia Mönchengladbach 0–0   Twente Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
  Twente 1–5   Borussia Mönchengladbach Diekman Stadion Enschede, Olanda
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1975–76   Liverpool 3–2   Club Brugge Anfield Liverpool, Ingilterra
  Club Brugge 1–1   Liverpool Olympiastadion Bruges, Belġju
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 4–3
1976–77   Juventus 1–0   Athletic Bilbao Stadio Comunale Turin, Italja
  Athletic Bilbao 2–1   Juventus San Mamés Bilbao, Spanja
Skor aggregat ta' 2–2, Juventus rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1977–78   Bastia 0–0   PSV Stade Armand Cesari Bastia, Franza
  PSV 3–0   Bastia Philips Stadion Eindhoven, Olanda
PSV rebħu bi skor aggregat ta' 3–0
1978–79   Red Star Belgrad 1–1   Borussia Mönchengladbach Stadion Crvena Zvezda Belgrad, Jugożlavja
  Borussia Mönchengladbach 1–0   Red Star Belgrad Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1979–80   Borussia Mönchengladbach 3–2   Eintracht Frankfurt Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
  Eintracht Frankfurt 1–0   Borussia Mönchengladbach Waldstadion Frankfurt, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Eintracht Frankfurt rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1980–81   Ipswich Town 3–0   AZ Portman Road Ipswich, Ingilterra
  AZ 4–2   Ipswich Town Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Ipswich Town rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1981–82   IFK Göteborg 1–0   Hamburg Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
  Hamburg 0–3   IFK Göteborg Volksparkstadion Hamburg, Ġermanja tal-Punent
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 4–0
1982–83   Anderlecht 1–0   Benfica Heysel Stadium Brussell, Belġju
  Benfica 1–1   Anderlecht Estádio da Luz Liżbona, Portugall
Anderlecht rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1983–84   Anderlecht 1–1   Tottenham Hotspur Constant Vanden Stock Brussell, Belġju
  Tottenham Hotspur 1–1   Anderlecht White Hart Lane Londra, Ingilterra
Skor aggregat ta' 2–2, Tottenham Hotspur rebħu 4–3 wara l-għoti tal-penalties *
1984–85   Videoton 0–3   Real Madrid Stadion Sóstói Székesfehérvár, Ungerija
  Real Madrid 0–1   Videoton Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1985–86   Real Madrid 5–1   Köln Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
  Köln 2–0   Real Madrid Olympiastadion Berlin tal-Lvant, Ġermanja tal-Punent
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 5–3
1986–87   IFK Göteborg 1–0   Dundee United Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
  Dundee United 1–1   IFK Göteborg Tannadice Park Dundee, Skozja
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1987–88   Espanyol 3–0   Bayer Leverkusen Estadi de Sarrià Barċellona, Spanja
  Bayer Leverkusen 3–0   Espanyol Ulrich Haberland Stadion Leverkusen, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Bayer Leverkusen rebħu 3–2 wara l-għoti tal-penalties *
1988–89   Napoli 2–1   VfB Stuttgart Stadio San Paolo Napli, Italja
  VfB Stuttgart 3–3   Napoli Neckarstadion Stuttgart, Ġermanja tal-Punent
Napoli rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1989–90   Juventus 3–1   Fiorentina Stadio Comunale Turin, Italja
  Fiorentina 0–0   Juventus Stadio Partenio Avellino, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1990–91   Internazionale 2–0   Roma San Siro Milan, Italja
  Roma 1–0   Internazionale Stadio Olimpico Ruma, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1991–92   Torino 2–2   Ajax Stadio delle Alpi Turin, Italja
  Ajax 0–0   Torino Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Skor aggregat ta' 2–2, Ajax rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1992–93   Borussia Dortmund 1–3   Juventus Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
  Juventus 3–0   Borussia Dortmund Stadio delle Alpi Turin, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 6–1
1993–94   Casino Salzburg 0–1   Internazionale Ernst-Happel-Stadion Vjenna, Austria
  Internazionale 1–0   Casino Salzburg San Siro Milan, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–0
1994–95   Parma 1–0   Juventus Stadio Ennio Tardini Parma, Italja
  Juventus 1–1   Parma San Siro Milan, Italja
Parma rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1995–96   Bayern Munich 2–0   Bordeaux Olympiastadion Munich, Ġermanja
  Bordeaux 1–3   Bayern Munich Parc Lescure Bordeaux, Franza
Bayern Munich rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1996–97   Schalke 04 1–0   Internazionale Parkstadion Gelsenkirchen, Ġermanja
  Internazionale 1–0   Schalke 04 San Siro Milan, Italja
Skor aggregat ta' 1–1, Schalke 04 rebħu 4–1 wara l-għoti tal-penalties *

1998–preżent: Finali unika

immodifika

Tazza UEFA

immodifika
Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
1997–98   Internazionale 3–0   Lazio Parc des Princes Pariġi, Franza
1998–99   Parma 3–0   Marseille Stadju Luzhniki Moska, Russja
1999–2000   Galatasaray İstanbul  *0–0 *   Arsenal Parken Stadium Kopenħagen, Danimarka
2000–01   Liverpool  #5–4 #   Alavés Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
2001–02   Feyenoord 3–2   Borussia Dortmund De Kuip Rotterdam, Olanda
2002–03   Porto  †3–2 †   Celtic Estadio Olímpico de Sevilla Sevilla, Spanja
2003–04   Valencia 2–0   Marseille Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
2004–05   CSKA Moscow 3–1   Sporting CP Estádio José Alvalade Liżbona, Portugall
2005–06   Sevilla 4–0   Middlesbrough Philips Stadion Eindhoven, Olanda
2006–07   Sevilla  *2–2 *   Espanyol Hampden Park Glasgow, Skozja
2007–08   Zenit Saint Petersburg 2–0   Rangers City of Manchester Stadium Manchester, Ingilterra
2008–09   Shakhtar Donetsk  †2–1 †   Werder Bremen Stadju Şükrü Saracoğlu Istanbul, Turkija

UEFA Europa League

immodifika
Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
2009–10   Atlético Madrid  †2–1 †   Fulham HSH Nordbank Arena Amburgu, Ġermanja
2010–11   Porto 1–0   Braga Aviva Stadium Dublin, Irlanda
2011–12   Atlético Madrid 3–0   Athletic Bilbao Lia Manoliu Arena Bukarest, Rumanija

Rebbieħa

immodifika

Skont il-klabb

immodifika
Tim Rebħiet Finali mitlufa Snin tar-rebħiet Snin tat-telfiet
  Juventus 3 1 1977, 1990, 1993 1995
  Internazionale 3 1 1991, 1994, 1998 1997
  Liverpool 3 0 1973, 1976, 2001 -
  Borussia Mönchengladbach 2 2 1975, 1979 1973, 1980
  Tottenham Hotspur 2 1 1972, 1984 1974
  Real Madrid 2 0 1985, 1986 -
  IFK Göteborg 2 0 1982, 1987 -
  Parma 2 0 1995, 1999 -
  Porto 1 0 2003, 2011 -
  Feyenoord 2 0 1974, 2002 -
  Sevilla 2 0 2006, 2007 -
  Atlético Madrid 2 0 2010, 2012 -
  Anderlecht 1 1 1983 1984
  PSV 1 0 1978 -
  Eintracht Frankfurt 1 0 1980 -
  Ipswich Town 1 0 1981 -
  Bayer Leverkusen 1 0 1988 -
  Napoli 1 0 1989 -
  Ajax 1 0 1992 -
  Bayern Munich 1 0 1996 -
  Schalke 04 1 0 1997 -
  Galatasaray 1 0 2000 -
  Valencia 1 0 2004 -
  CSKA Moscow 1 0 2005 -
  Zenit St. Petersburg 1 0 2008 -
  Shakhtar Donetsk 1 0 2009 -
  Athletic Bilbao 0 2 - 1977, 2012
  Espanyol 0 2 - 1988, 2007
  Borussia Dortmund 0 2 - 1993, 2002
  Marseille 0 2 - 1999, 2004
  Wolverhampton Wanderers 0 1 - 1972
  Twente 0 1 - 1975
  Club Brugge 0 1 - 1976
  Bastia 0 1 - 1978
  Red Star Belgrade 0 1 - 1979
  AZ 0 1 - 1981
  Hamburg 0 1 - 1982
  Benfica 0 1 - 1983
  Videoton 0 1 - 1985
  Köln 0 1 - 1986
  Dundee United 0 1 - 1987
  VfB Stuttgart 0 1 - 1989
  Fiorentina 0 1 - 1990
  Roma 0 1 - 1991
  Torino 0 1 - 1992
  Austria Salzburg 0 1 - 1994
  Bordeaux 0 1 - 1996
  Lazio 0 1 - 1998
  Arsenal 0 1 - 2000
  Alavés 0 1 - 2001
  Celtic 0 1 - 2003
  Sporting CP 0 1 - 2005
  Middlesbrough 0 1 - 2006
  Rangers 0 1 - 2008
  Werder Bremen 0 1 - 2009
  Fulham 0 1 - 2010
  Braga 0 1 - 2011

Skont il-pajjiż

immodifika
Pajjiż Rebħiet Finali mitlufa
  Italja 9 6
  Spanja 7 5
  Ġermanja 6 8
  Ingilterra 6 5
  Netherlands 4 2
  Portugall 2 3
  Russja 2 0
  Żvezja 2 0
  Belġju 1 2
  Turkija 1 0
  Ukrajna 1 0
  Franza 0 4
  Skozja 0 3
  Awstrija 0 1
  Jugożlavja 0 1
  Ungerija 0 1

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Uefa Cup gets new name in revamp" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2008-09-26.
  2. ^ a b "UEFA Cup to become UEFA Europa League" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2008-09-26.
  3. ^ Chaplin, Mark (2007-12-01). "Champions League changes agreed" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2009-07-19.
  4. ^ Format tal-kompetizzjoni 2009/10, UEFA.com
  5. ^ "2009 final: Istanbul" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-05-31. Miġbur 2008-07-09.
  6. ^ "Spurs keep Wolves at bay" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-01-02. Miġbur 2008-06-29.

Ħoloq esterni

immodifika