ACF Fiorentina, magħruf aħjar bħala sempliċement Fiorentina, huwa klabb tal-futbol Taljan mill-belt ta' Firenze, fit-Toskana. Iffundat wara fużjoni fl-1926 (u fundat mill-ġdid fl-2002 wara l-falliment), Fiorentina lagħbu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla livell tal-futbol Taljan; erba' klabbs oħra lagħbu iktar staġuni fis-Serie A.

ACF Fiorentina
Fundazzjoni 1926
Grawnd Stadio Artemio Franchi (en) Translate
Proprjetarju Rocco B. Commisso (en) Translate
Kowċ Raffaele Palladino (en) Translate
Kampjonat Serie A
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Fiorentina rebħu l-kampjonat darbtejn, fl-istaġun 1955–56 u għal darb'oħra fl-1968–69, kif ukoll sitt trofej tal-Coppa Italia u Supercoppa Italiana waħda. Fix-xena Ewropea, Fiorentina rebħu t-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1960–61 u tilfu l-finali tas-sena ta' wara. Huma spiċċaw finalisti telliefa tat-Tazza taċ-Ċampjins 1956–57, wara li tilfu kontra Real Madrid, u waslu viċin biex jirbħu t-Tazza UEFA meta tilfu l-finali tal-istaġun 1989–90.

Mill-1931, il-klabb ilu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi li attwalment jesa' mas-47,282 ruħ. Il-grawnd uża numru ta' ismijiet matul is-snin u ġie rinnovat numru ta' drabi. Fiorentina huma l-aktar magħrufin bil-laqam Viola, bħala referenza għall-kulur vjola tagħhom.

Kompetizzjonijiet domestiċi

immodifika
1955–56, 1968–69
1930–31, 1938–39, 1993–94
2002–03 (bħala Florentia Viola)
1939–40, 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1995–96, 2000–01
1996

Kompetizzjonijiet internazzjonali

immodifika
1960–61

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika