Évora
Évora (pronunzja bil-Portugiż: [ˈɛvuɾɐ]) hija belt u muniċipalità fil-Portugall. Għandha 53,591 abitant (2021), f'erja ta' 1307.08 km2.[1] Hija l-belt kapitali storika tal-Alentejo u s-sede tad-Distrett ta' Évora.
Évora | |||
---|---|---|---|
Portugall | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Portugall | ||
District of Portugal | Distrett ta' Évora | ||
Isem uffiċjali | Évora | ||
Ismijiet oriġinali | Évora | ||
Kodiċi postali |
7000 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 38°34′21″N 7°54′26″W / 38.5725°N 7.9072°WKoordinati: 38°34′21″N 7°54′26″W / 38.5725°N 7.9072°W | ||
Superfiċjenti | 1,307.04 kilometru kwadru, 1,307.08±0.0100000000001 kilometru kwadru | ||
Għoli | 295 m | ||
Fruntieri ma' | Portel (en) , Viana do Alentejo (en) , Reguengos de Monsaraz (en) , Redondo (en) , Estremoz (en) , Arraiolos (en) , Montemor-o-Novo (en) u Tønsberg | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 53,577 abitanti (2021) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1166 | ||
Kodiċi tat-telefon |
266 | ||
Żona tal-Ħin | Ħin tal-Punent tal-Ewropa | ||
bliet ġemellati | Chartres, Angra do Heroísmo, Vidigueira, Sines, Suzdal, Gżira ta' Mozambiqueu Tønsberg | ||
cm-evora.pt |
Bis-saħħa taċ-ċentru storiku ppreservat sew tagħha, li għadu parzjalment imdawwar bi swar Medjevali u b'bosta monumenti li jmorru lura għal diversi perjodi storiċi, fosthom tempju Ruman, Évora tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
Minħabba l-pożizzjoni interna tagħha, Évora hija waħda mill-iżjed bliet Portugiżi li jesperjenzaw l-ogħla temperaturi fis-sajf, u spiss tkun soġġetta għal mewġiet tas-sħana.
Évora ġiet ikklassifikata fit-tieni post fl-istħarriġ dwar l-iżjed bliet Portugiżi li wieħed jgħix l-aħjar fihom, f'termini ta' kundizzjonijiet tal-għajxien, li jiġi ppubblikat kull sena fl-Expresso.[3] Ġiet ikklassfikata fl-ewwel post fi studju dwar il-kompetittività tal-bliet kapitali tad-distretti Portugiżi li sar fl-2006 mir-riċerkaturi tax-xjenza ekonomika tal-Università ta' Minho.
Flimkien ma' Liepāja, il-Latvja, Évora ntgħażlet biex tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2027.[4]
Storja
immodifikaStorja bikrija
immodifikaÉvora għandha storja li tmur lura għal iktar minn ħames millenji.
Kienet magħrufa bħala Ebora miċ-Ċeltiċi, konfederazzjoni tribali, fin-Nofsinhar tal-Lusitani (u tax-xmara Tagus), li għamlu r-raħal bħala l-belt kapitali reġjonali tagħhom.
L-oriġini etimoloġika tal-isem Ebora ġej mill-kelma antika Ċeltika ebora/ebura, li hija l-plural ġenittiv tal-kelma eburos (tip ta' siġra tal-ispeċi Taxus baccata), u għaldaqstant l-isem ifisser "tas-siġar tal-ispeċi Taxus baccata". Il-belt ta' York, fit-Tramuntana tal-Ingilterra, fi żmien l-Imperu Ruman, kienet tissejjaħ Eboracum/Eburacum, abbażi tal-isem Ċeltiku antik tal-post *Eborakon (il-post fejn hemm is-siġar tat-Taxus baccata); għalhekk l-isem antik ta' York huwa etimoloġikament marbut mal-belt ta' Évora. Ipoteżi alternattiva hi li l-isem oriġina minn oro, aurum (deheb), peress li r-Rumani kienu jwettqu bosta xogħlijiet estensivi tal-estrazzjoni tad-deheb fil-Portugall; inkella ngħatat dak l-isem għall-ħaddiem tal-avorju peress li ebur (bil-ġenittiv eboris) bil-Latin tfisser avorju. Jaf kienet il-belt kapitali tar-renju ta' Astolpas ukoll.
Żmien ir-Rumani
immodifikaIr-Rumani ħakmu r-raħal fis-57 Q.K. u kabbruh f'raħal iffortifikat bis-swar. Għad hemm fdalijiet minn dan il-perjodu fil-belt (is-swar u l-fdalijiet tal-banjijiet Rumani). Ġulju Ċesri sejħilha Liberalitas Julia (ġenerożità ta' Ġuljanu). Il-belt kibret fl-importanza tagħha peress li kienet tinsab f'salib it-toroq ta' diversi rotot importanti. Matul il-vjaġġi tiegħu f'Gaul u fil-Lusitanja, Plinju x-Xiħ żar ir-raħal ukoll u semmih fil-ktieb tiegħu Naturalis Historia bħala Ebora Cerealis, minħabba l-bosta għelieqi tal-qamħ tal-madwar. Dak iż-żmien Évora saret belt rikka. Il-livell għoli tagħha fost il-muniċipalitajiet fil-Hispania Rumana joħroġ fid-dieher b'mod ċar fil-bosta iskrizzjonijiet u fil-bosta muniti. It-tempju monumentali tal-Korinzji fiċ-ċentru tal-belt imur lura għas-seklu 1 W.K. u x'aktarx inbena f'ġieħ l-imperatur Awgustu. Fis-seklu 4 W.K., ir-raħal diġà kellu l-isqof Quintianus.
Waqt l-invażjonijiet barbariċi, Évora sfat taħt it-tmexxija tar-re tal-Viżigoti Leovigild fil-584. Iktar 'il quddiem ir-raħal ingħata l-istatus ogħla ta' belt ta' katidral. Minkejja dan, dak il-perjodu kien wieħed ta' deklin u ma tantx instabu wisq artefatti.
Żmien l-Għarab
immodifikaFis-715, il-belt inħakmet mill-Għarab Iberiċi taħt Tariq ibn-Ziyad. Matul it-tmexxija tal-Għarab (715-1165), ir-raħal, li kien parti mit-Taifa ta' Badajoz, bil-mod il-mod reġa' beda jiffjorixxi u żviluppa f'ċentru agrikolu b'fortizza u b'moskea. L-influwenza tal-Għarab għadha tista' tiġi osservata fin-natura tal-belt storika. Matul dak iż-żmien, diversi nies notevoli kienu minn Évora, inkluż Abd al-Majid ibn Abdun Al-Yaburi عبد المجيد بن عبدون اليابري, poeta b'diwan li għadu jeżisti sa llum il-ġurnata.
Rikonkwista
immodifikaÉvora ġiet ikkonkwistata mill-ġdid mill-Għarab permezz ta' attakk sorpriża minn Gerald il-Qalbieni (Geraldo Sem Pavor) f'Settembru 1165. Ir-raħal spiċċa taħt it-tmexxija tar-re Portugiż Afonso I fl-1166. Imbagħad iffjorixxa bħala waħda mill-iżjed bliet dinamiċi fir-Renju tal-Portugall matul il-Medju Evu, speċjalment fis-seklu 15. Il-qorti tal-ewwel u tat-tieni dinastiji kienu jirresjedu hemmhekk għal perjodi twal, u bnew palazzi, monumenti u binjiet reliġjużi. Évora ospitat bosta tiġijiet irjali u fiha ttieħdu bosta deċiżjonijiet importanti.
Żmien Manwelin
immodifikaÉvora għaddiet minn perjodu tad-deheb partikolarment matul id-Dinastija tal-Avis (1385-1580), speċjalment matul ir-renju ta' Manwel I u Ġwanni III, u saret ċentru ewlieni għall-umanitajiet (André de Resende - midfun fil-katidral) u għal artisti bħall-iskultur Nicolau Chanterene, il-pitturi Cristóvão de Figueiredo u Gregório Lopes; il-kompożituri Manuel Cardoso u Duarte Lobo, il-kronista Duarte Galvão, u l-missier tat-teatru Portugiż Gil Vicente.
Évora kellha wkoll parti kbira mill-popolazzjoni tal-iskjavi tal-Portugall. Nicolas Clenard, tutur Fjamming fil-qorti Portugiża, fl-1535 iddikjara li "F'Évora, qisek mort f'belt tal-infern: kull fejn tmur tiltaqa' mas-suwed biss".
Il-belt saret is-sede ta' arċiveskovat fl-1540. L-università ġiet stabbilita mill-Ġiżwiti fl-1559, u mastri Ewropej kbar bħall-umanisti Fjammingi Nicolaus Clenardus (Nicolaas Cleynaerts; 1493-1542), Johannes Vasaeus (Jan Was; 1511-1561) u t-teologu Luis de Molina għaddew l-għarfien tagħhom lill-ġenerazzjonijiet lokali. Fis-seklu 18, il-Ġiżwiti, li kienu firxu l-illuminiżmu intellettwali u reliġjuż mis-seklu 16, tkeċċew mill-Portugall, l-università ngħalqet fl-1759 mill-Markiż ta' Pombal, u Évora qabdet it-triq tan-niżla. L-università reġgħet infetħet biss fl-1973.
Storja reċenti
immodifikaIl-Battalja ta' Évora ġiet miġġielda fid-29 ta' Lulju 1808 matul il-Gwerra Peniżolari. Forza żgħira ta' 2,500 Portugiż-Spanjol, megħjuna minn milizja raħħala armati b'li kellhom, ippruvat twaqqaf diviżjoni Franċiża-Spanjola kkmandata minn Louis Henri Loison iżda mingħajr suċċess. Immexxija mill-mibgħud Loison, magħruf bħala Maneta jew "ta' id waħda", il-Franċiżi attakkaw il-belt li kienet difiża mis-suldati, mill-milizja u miċ-ċittadini armati. Fl-attakk kontra l-belt, l-attakkanti qatlu lill-ġellieda u liċ-ċittadini li sabu qabel ma serqu r-rikkezzi kollha. L-invażjoni tal-Franċiżi kkawżat saħansitra 8,000 imwiet fost l-għadu, mentri l-Franċiżi ġarrbu 290 imwiet biss.
Fl-1834, Évora kienet is-sit fejn il-forzi tar-Re Miguel I arrendew, u dan immarka t-tmiem tal-Gwerer Liberali. Il-bosta monumenti mibnija mill-artisti ewlenin ta' kull perjodu issa jixhdu l-wirt kulturali, artistiku u storiku rikk ta' Évora. Il-varjetà tal-istili arkitettoniċi (Rumanesk, Gotiku, Manwelin, Rinaxximentali, Barokk), il-palazzi u l-labirint pittoresk tal-pjazez u tat-toroq dojoq taċ-ċentru tal-belt huma kollha parti mill-wirt rikk tal-belt-mużew.
Fl-1909 il-belt ġarrbet ħsarat minħabba terremot.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIċ-Ċentru Storiku ta' Évora ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]
Ġeografija
immodifikaĠeografija fiżika
immodifikaÉvora (b'altitudni ta' 300 metru) tinsab fl-Alentejo, reġjun kbir ta' pjanuri wesgħin fin-Nofsinhar tal-Portugall, li jmiss fit-Tramuntana max-xmara Tagus u fin-Nofsinhar mar-reġjunt ta' Algarve. Il-belt tinsab 140 kilometru (87 mil) mill-belt kapitali ta' Liżbona, u 80 kilometru (50 mil) minn Badajoz fil-fruntiera Spanjola. Hija l-belt ewlenija tar-reġjun.
Is-sede tal-muniċipalità hija l-belt ta' Évora, magħmula mill-parroċċi ċiviċi ta' Évora (São Mamede, Sé, São Pedro u Santo Antão) fiċ-ċentru storiku u mill-parroċċi urbani ta' Bacelo, Senhora da Saúde, Malagueira u Horta das Figueiras 'il barra mis-swar antiki tal-belt fejn fil-fatt tirresjedi l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni. Il-kumplament tal-parroċċi ċiviċi fil-muniċipalità huma rurali jew sottourbani u ma jagħmlux parti mill-belt għal skopijiet statistiċi. Iċ-ċentru storiku tal-belt għandu madwar 4,000 binja f'erja ta' 1.05 km2 (0.41 mili kwadri).
Klima
immodifikaÉvora għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan u nexfin u bi xtiewi miti u bl-indewwa. Il-pożizzjoni tal-belt fuq ġewwa tan-Nofsinhar tal-Portugall sikwit tagħmilha soġġetta għal nixfiet u għal deżertifikazzjoni. Bħalma huwa tipiku fuq ġewwa tal-Alentejo, Évora spiss tesperjenza temperaturi ta' sħana estrema, fejn intlaħaq saħansitra rekord ta' 46.0 °C (114.8 °F). Madankollu, it-temperatura għolja medja fis-sajf normalment tkun ta' madwar 30 °C (86 °F); ferm inqas sħuna mit-temperatura fuq ġewwa, fl-inħawi b'altitudni iktar baxxa tal-Peniżola Iberika. Dan iseħħ minħabba l-effetti marittimi fuq skala baxxa kkawżati mill-prossimità relattiva tagħha mal-Oċean Atlantiku, li tikkawża wkoll spostament staġonali fit-temperaturi predominanti matul il-perjodi iktar sħan, b'temperaturi ta' billejl iktar miti f'Settembru milli f'Ġunju, kif ukoll f'Ottubru milli f'Mejju. Il-ġlata fix-xitwa hija frekwenti iżda ssoltu ma takkumulax wisq, filwaqt li l-borra niżlet darbtejn biss f'dan l-aħħar deċennju.
Data klimatika għal Évora (Nossa Senhora da Saúde), elevazzjoni: 309 metri jew 1,014-il pied, temp. normali fl-1981-2010, temp. estremi mill-1981 sal-preżent | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 24.7
(76.5) |
24.3
(75.7) |
31.3
(88.3) |
32.3
(90.1) |
37.8
(100.0) |
41.8
(107.2) |
45.3
(113.5) |
46.0
(114.8) |
44.2
(111.6) |
36.7
(98.1) |
27.6
(81.7) |
24.4
(75.9) |
46.0
(114.8) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 13.4
(56.1) |
14.7
(58.5) |
18.0
(64.4) |
19.1
(66.4) |
22.6
(72.7) |
27.9
(82.2) |
31.1
(88.0) |
31.1
(88.0) |
27.8
(82.0) |
22.2
(72.0) |
17.1
(62.8) |
13.8
(56.8) |
21.6
(70.8) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 9.6
(49.3) |
10.7
(51.3) |
13.3
(55.9) |
14.3
(57.7) |
17.1
(62.8) |
21.4
(70.5) |
23.9
(75.0) |
24.1
(75.4) |
21.9
(71.4) |
17.7
(63.9) |
13.4
(56.1) |
10.5
(50.9) |
16.5
(61.7) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 5.8
(42.4) |
6.7
(44.1) |
8.6
(47.5) |
9.5
(49.1) |
11.7
(53.1) |
14.8
(58.6) |
16.6
(61.9) |
17.0
(62.6) |
16.0
(60.8) |
13.2
(55.8) |
9.7
(49.5) |
7.1
(44.8) |
11.4
(52.5) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −2.9
(26.8) |
−1.4
(29.5) |
−2.3
(27.9) |
2.9
(37.2) |
4.9
(40.8) |
6.7
(44.1) |
10.9
(51.6) |
11.4
(52.5) |
9.1
(48.4) |
5.5
(41.9) |
0.0
(32.0) |
−0.5
(31.1) |
−2.9
(26.8) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 60.7
(2.39) |
51.9
(2.04) |
43.9
(1.73) |
55.0
(2.17) |
46.5
(1.83) |
16.5
(0.65) |
4.1
(0.16) |
8.2
(0.32) |
32.2
(1.27) |
83.6
(3.29) |
87.6
(3.45) |
95.1
(3.74) |
585.3
(23.04) |
Sors: IPMA[5] |
Data klimatika għal Évora (Nossa Senhora da Saúde), elevazzjoni: 321 metru jew 1,053 pied, temp. normali u estremi fl-1961-1990 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.0
(69.8) |
24.2
(75.6) |
26.0
(78.8) |
29.6
(85.3) |
34.2
(93.6) |
41.0
(105.8) |
40.6
(105.1) |
39.5
(103.1) |
39.7
(103.5) |
32.4
(90.3) |
28.4
(83.1) |
21.5
(70.7) |
41.0
(105.8) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 12.8
(55.0) |
13.7
(56.7) |
15.9
(60.6) |
17.8
(64.0) |
21.6
(70.9) |
26.2
(79.2) |
30.0
(86.0) |
30.2
(86.4) |
27.4
(81.3) |
21.7
(71.1) |
16.3
(61.3) |
13.1
(55.6) |
20.6
(69.0) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 9.4
(48.9) |
10.2
(50.4) |
11.8
(53.2) |
13.4
(56.1) |
16.3
(61.3) |
20.1
(68.2) |
23.0
(73.4) |
23.2
(73.8) |
21.6
(70.9) |
17.3
(63.1) |
12.7
(54.9) |
9.9
(49.8) |
15.7
(60.3) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 6.1
(43.0) |
6.7
(44.1) |
7.7
(45.9) |
8.9
(48.0) |
11.1
(52.0) |
14.0
(57.2) |
16.0
(60.8) |
16.3
(61.3) |
15.7
(60.3) |
12.9
(55.2) |
9.1
(48.4) |
6.6
(43.9) |
10.9
(51.7) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −2.9
(26.8) |
−2.1
(28.2) |
−0.8
(30.6) |
2.0
(35.6) |
4.9
(40.8) |
6.7
(44.1) |
9.8
(49.6) |
11.0
(51.8) |
7.6
(45.7) |
4.0
(39.2) |
0.6
(33.1) |
−2.9
(26.8) |
−2.9
(26.8) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 88
(3.5) |
86
(3.4) |
57
(2.2) |
56
(2.2) |
38
(1.5) |
29
(1.1) |
8
(0.3) |
4
(0.2) |
27
(1.1) |
69
(2.7) |
80
(3.1) |
85
(3.3) |
627
(24.6) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 10 | 10 | 7 | 8 | 6 | 3 | 1 | traċċi | 3 | 7 | 9 | 9 | 73 |
Umdità relattiva medja (%) | 79 | 77 | 70 | 67 | 63 | 58 | 52 | 51 | 56 | 67 | 75 | 79 | 66 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 148 | 148 | 203 | 220 | 285 | 301 | 363 | 346 | 251 | 204 | 158 | 144 | 2,771 |
Sors: IPMA[5] |
Data klimatika għal Évora (Mitra), 1941-1990, altitudni: 200 metru (660 pied) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 13.5
(56.3) |
14.7
(58.5) |
17.3
(63.1) |
19.5
(67.1) |
23.2
(73.8) |
28.1
(82.6) |
32.0
(89.6) |
31.8
(89.2) |
28.5
(83.3) |
23.1
(73.6) |
17.5
(63.5) |
14.2
(57.6) |
22.0
(71.5) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 8.5
(47.3) |
9.7
(49.5) |
11.7
(53.1) |
13.6
(56.5) |
16.6
(61.9) |
20.5
(68.9) |
23.3
(73.9) |
23.3
(73.9) |
20.9
(69.6) |
16.8
(62.2) |
12.3
(54.1) |
9.3
(48.7) |
15.5
(60.0) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.4
(38.1) |
4.6
(40.3) |
6.0
(42.8) |
7.6
(45.7) |
9.9
(49.8) |
12.8
(55.0) |
14.6
(58.3) |
14.7
(58.5) |
13.3
(55.9) |
10.5
(50.9) |
7.0
(44.6) |
4.3
(39.7) |
9.1
(48.3) |
Medja ta' jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) | 10.3 | 10.0 | 10.0 | 9.2 | 6.5 | 3.4 | 0.7 | 0.8 | 3.4 | 7.2 | 8.6 | 9.3 | 79.4 |
Sors: Instituto de Meteorologia[6] |
Data klimatika għal Évora (Currais), 1941-1990, altitudni: 230 metru (750 pied) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 13.5
(56.3) |
14.7
(58.5) |
17.3
(63.1) |
19.8
(67.6) |
23.6
(74.5) |
28.8
(83.8) |
32.6
(90.7) |
32.3
(90.1) |
29.2
(84.6) |
23.3
(73.9) |
17.7
(63.9) |
14.1
(57.4) |
22.2
(72.0) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 8.6
(47.5) |
9.5
(49.1) |
11.5
(52.7) |
13.5
(56.3) |
16.5
(61.7) |
20.8
(69.4) |
23.6
(74.5) |
23.4
(74.1) |
21.4
(70.5) |
17.1
(62.8) |
12.4
(54.3) |
9.2
(48.6) |
15.6
(60.1) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.6
(38.5) |
4.3
(39.7) |
5.7
(42.3) |
7.2
(45.0) |
9.4
(48.9) |
12.7
(54.9) |
14.5
(58.1) |
14.4
(57.9) |
13.5
(56.3) |
10.9
(51.6) |
7.1
(44.8) |
4.3
(39.7) |
9.0
(48.1) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 79.2
(3.12) |
67.2
(2.65) |
65.3
(2.57) |
49.2
(1.94) |
39.8
(1.57) |
20.2
(0.80) |
4.3
(0.17) |
3.9
(0.15) |
22.4
(0.88) |
57.4
(2.26) |
70.8
(2.79) |
79.9
(3.15) |
559.6
(22.05) |
Medja ta' jiem bix-xita (≥ 0.1 mm) | 13.5 | 11.9 | 11.2 | 9.1 | 6.9 | 3.8 | 0.8 | 0.7 | 3.4 | 8.1 | 10.3 | 12.7 | 92.4 |
Sors: Instituto de Meteorologia[6] |
Ġeografija umana
immodifikaÉvora hija belt ta' daqs medju u għandha bosta monumenti. Bis-saħħa tal-istorja twila tagħha, il-monumenti u l-binjiet storiċi tagħha huma attrazzjoni prinċipali għall-barranin. Madankollu, hemm ukoll bosta "Festas Populares" fejn jiġu ċċelebrati l-qaddisin, btajjel, "Feiras" (fieri) u avvenimenti kulturali (fosthom preżentazzjonijiet mużikali mxandra fuq it-televiżjoni) li jiġu sponsorjati mill-muniċipalità u minn organizzazzjonijiet oħra.[7]
Is-sindku attwali huwa Carlos Pinto de Sá tal-koalizzjoni tas-CDU. Id-29 ta' Ġunju hija btala muniċipali. Il-muniċipalità tikkonsisti mit-12-il parroċċa ċivika li ġejjin:[8]
- Bacelo e Senhora da Saúde;
- Canaviais;
- Évora (São Mamede, Sé, São Pedro u Santo Antão);
- Malagueira e Horta das Figueiras;
- Nossa Senhora da Graça do Divor;
- Nossa Senhora da Tourega e Nossa Senhora de Guadalupe;
- Nossa Senhora de Machede;
- São Bento do Mato;
- São Manços e São Vicente do Pigeiro;
- São Miguel de Machede;
- São Sebastião da Giesteira e Nossa Senhora da Boa Fé;
- Torre de Coelheiros.
Ġemellaġġ
immodifikaÉvora hija ġemellata ma':
- Angra do Heroísmo, il-Portugall, mill-1986;
- Chartres, Franza, mill-2003;
- Qazvin, Iran, mill-2016;
- Il-Gżira ta' Mozambique, il-Mozambique, mill-1997;
- Suzdal, ir-Russja, mill-1986.
Ekonomija
immodifikaÉvora hija l-belt ewlenija tar-reġjun ta' Alentejo u taqdi rwol importanti bħala ċentru agrikolu u tas-servizzi. Tospita diversi istituzzjonijiet ta' importanza kbira għar-reġjun, bħall-Università statali ta' Évora u l-isptar distrettwali.
Fl-2015, Embraer bnew żewġ fabbriki għall-produzzjoni tal-partijiet tal-inġenji tal-ajru flimkien ma' Ċentru Ewropew tal-Inġinerija.[9] Fl-2022, dawn il-fabbriki nbigħu lill-kumpanija ajruspazjali Aernnova, entità korporattiva marbuta ma' Siemens Gamesa.[10]
Minħabba l-importanza storika u kulturali estensiva tagħha, Évora, kif ukoll l-inħawi tal-madwar tal-belt, fis-snin 10 tas-seklu 21 esperjenzaw żieda kbira fis-settur tat-turiżmu internazzjonali, li wasslet għall-kostruzzjoni ta' bosta lukandi, B&Bs u stili oħra ta' akkomodazzjoni. Fost l-iżjed attrazzjonijiet popolari tal-belt insibu t-Tempju Ruman ta' Évora, il-Kappella tal-Għadam, il-Katidral ta' Évora, il-Mużew ta' Évora, u ċ-ċentru storiku tal-belt.
Trasport
immodifikaWieħed jista' jasal Évora bil-karozza tal-linja jew bil-ferrovija. L-istazzjon ferrovjarju tal-belt huwa l-venda tal-Linha de Évora; mill-2023 bdiet tinbena estensjoni sa Elvas, in-Nova Linha de Évora. Din il-linja ferrovjarja elettrifikata b'binarju uniku hija maħsuba l-iktar għat-traffiku tal-merkanzija, iżda se tintuża wkoll minn xi ferroviji tal-passiġġieri, b'veloċitajiet sa 250 km/h (155 mph).
Hemm mitjar żgħir, l-Ajruport Muniċipali ta' Évora, li attwalment ma għandux servizz tal-linji tal-ajru kummerċjali. L-eqreb ajruporti ewlenin huma dawk ta' Beja, Liżbona, Faro u Badajoz.
Arkitettura
immodifika- Anta Grande do Zambujeiro, madwar 10 km (6.2 mili) minn Évora qrib Valverde: l-ikbar dolmen fir-reġjun.
- Cromeleque dos Almendres, 15-il kilometru (9.3 mili) minn Évora: monument megalitiku ta' interess arkeoastronomiku.
Ċivika
immodifikaFil-qalba tal-belt ta' Évora nsibu l-pjazza storika ta' Praça do Geraldo, fejn ir-Re Duarte bena l-Palazz ta' Estaus. F'nofs il-pjazza hemm il-funtana ta' Henriquina, li tmur lura għall-1570, li tinkludi tmien ġettijiet tal-ilma li jissimbolizzaw it-tmien toroq li jwasslu sal-pjazza. Fin-naħa tat-Tramuntana tal-pjazza hemm il-Knisja ta' San Indrija (bil-Portugiż: Igreja de Santo Antão) li nbniet minn Manuel Pires fis-seklu 16. Din hija knisja pjuttost kbira bi tliet navati, inkluż antependju siewi tal-artal mis-seklu 13 b'bassoriljiev. Fl-1483, Fernando II, id-Duka ta' Braganza ġie ġġustizzjat fil-pjazza, fil-preżenza ta' ħuh tar-rispett, ir-Re Ġwanni II. Fl-istess pjazza kien hemm eluf ta' autos-da-fé matul l-Inkwiżizzjoni; bi 22,000 kundanna fi żmien 200 sena.[11]
- Il-Funtana ta' Portas de Moura (bil-Portugiż: Chafariz das Portas de Moura/Fonte da Porta de Moura), funtana Rinaxximentali (li tinsab fil-Largo das Portas de Moura) li nbniet fl-1556, b'disinn oriġinali li jinkludi globu mdawwar bl-ilma (b'referenza għall-Epoka tal-Iskoperti).
- Il-Kulleġġ tal-Ispirtu s-Santu tal-Ordni ta' Kristu (bil-Portugiż: Colégio do Espírito Santo/Colégio da Companhia de Jesus/Universidade de Évora), illum il-ġurnata nukleu tal-Università ta' Évora; il-kostruzzjoni tal-eks kulleġġ tal-Ġiżwiti ġiet ordnata mill-Kardinal-Re Henrique fl-1559, u jinkludi elementi tal-Manjeriżmu tas-seklu 16, flimkien mal-binjiet akkademiċi li nbnew bejn is-sekli 17 u 18 (inkluż il-kjostru).
- Il-Palazz Irjali ta' Évora: fdalijiet ta' palazz li kien inbena mir-Re Manwel I bi stil Gotiku-Rinaxximentali. Skont xi kronisti, f'dan il-palazz, fl-1487, Vasco da Gama ngħata l-kmand tal-iskwadra li mexxa fil-vjaġġ marittimu tiegħu lejn l-Indja.
- Il-Palazz tal-Kontijiet ta' Basto (bil-Portugiż: Palácio dos Condes de Basto / Paço de São Miguel da Freiria / Palácio do Pátio de São Miguel), kastell Għarbi primittiv u iktar 'il quddiem residenza tar-rejiet dinastiċi Afonsini. L-arkitettura esterna tiegħu fiha karatteristiċi tal-istil Gotiku, Manwelin, Mudéjar u Rinaxximentali.
- Il-Palazz tad-Duki ta' Cadaval (bil-Portugiż: Paço dos Duques de Cadaval/Palácio dos Duques de Cadaval), palazz tas-seklu 17, li nbena mill-fdalijiet ta' kastell antik (li kien ingħata n-nar fl-1384), u li iktar 'il quddiem intuża bħala residenza għall-gvernaturi u għar-rejiet. Il-palazz jinkludi elementi arkitettoniċi Manwelini-Għarab (inkluż it-Torri tal-Ħames Tarki), u fl-ewwel sular tiegħu jospita kollezzjoni ta' manuskritti, ritratti tal-familja rjali, u arti reliġjuża mis-seklu 16.
- L-Akkwedott ta' Prata (bil-Portugiż: Aqueduto da Água de Prata), iddisinjat mill-arkitett militari Francisco de Arruda (li qabel kien iddisinja t-Torri ta' Belém), inbena matul ir-renju tar-Re João III bejn l-1531 u l-1537, bl-arkati enormi tiegħu tul disa' kilometri (sitt mili), biex jipprovdi l-ilma min-naħa ta' ġewwa tal-Portugall lejn Évora. Oriġinarjament, l-akkwedott kien jintemm fil-Praça do Giraldo, u kien jaqsam il-belt fi tnejn, bil-kostruzzjoni ta' djar, ħwienet u kafetteriji bejn l-arkati (bħal fl-inħawi ta' Rua da Cano, Travessa das Nunes u Rua do Salvador). Segment mis-swar Rumani u l-pedamenti tal-binjiet tal-qedem huma ppreservati tul it-Travessa Alcárcova de Cima, triq dejqa fiċ-ċentru storiku. Din l-istruttura ssemmiet fil-poeżija epika Os Lusíadas ta' Luís de Camões.
- It-Tempju Ruman ta' Évora (bil-Portugiż: Templo romano de Évora), li kemm-il darba jissejjaħ bħala t-Tempju ta' Diana, kien tempju tas-seklu 1 W.K. (f'xi referenzi tas-seklu 2 jew 3), iddedikat lis-setta tal-Imperatur Awgustu, li kien inkorporat fil-binja Medjevali, u għaldaqstant ħelisha mill-qerda. Dan it-tempju huwa l-iżjed attrazzjoni famuża ta' Évora u nbena b'7.68 metri (25.20 pied) ta' kolonni Korinzji u 14-il kolonna tal-granit, u b'bażi, b'kapitelli u b'arċitravi tal-irħam skavati minn Estremoz.
Reliġjuża
immodifika- Il-Katidral ta' Évora (bil-Portugiż: Catedral de Évora): inbena l-iktar bejn l-1280 u l-1340, u huwa wieħed mill-iżjed monumenti Gotiċi importanti tal-Portugall. Il-katidral għandu portal prinċipali notevoli bi statwi tal-Appostli (għall-ħabta tal-1335) u navata u kjostru mill-isbaħ. Kappella partikolari tat-transett għandha stil Manwelin u l-kappella prinċipali straordinarja hija Barokka. L-orgni u s-sedji tal-kor huma Rinaxximentali (għall-ħabta tal-1566).
- Il-Kappella ta' São Brás (bil-Portugiż: Capela de São Brás): inbniet għall-ħabta tal-1480, u hija eżempju tajjeb tal-istil Mudéjar-Gotiku b'riffieda ċilindriċi. Hija miftuħa biss għat-talb.
- Il-Knisja ta' San Franġisk (Igreja de São Francisco): inbniet bejn it-tmiem tas-seklu 15 u l-bidu tas-seklu 16 bi stil Gotiku-Manwelin imħallat. In-navata wiesgħa hija kapulavur tal-arkitettura Gotika aħħarija. Fiha bosta kappelli mżejna bi stil Barokk, inkluż il-Kappella tal-Għadam (bil-Portugiż: Capela dos Ossos), miksija kompletament b'għadam uman.
- Il-Kunvent u l-Knisja ta' Lóios: inbniet fis-seklu 15, fihom għadd ta' oqbra; il-knisja u l-kjostru għandhom stil Gotiku, b'binja Manwelina b'portal mill-isbaħ. Il-knisja minn ġewwa hija miksija bl-azulejos (madum taċ-ċeramika) mis-seklu 18. Fl-1965 ġiet ikkonvertita f'pousada (lukanda tradizzjonali Portugiża) lussuża.
Nies notevoli
immodifikaStoriċi
immodifika- Abd al-Majid ibn Abdun (għall-ħabta tal-1050-1135 f'Évora) kien poeta minn Al-Andalus;
- Marija tal-Portugall (1342-1375) kienet prinċipessa Portugiża (infanta), l-ewwel bint tar-Re Pietru I;
- Garcia de Resende (1470-1536) kien poeta u editur Portugiż. Huwa serva lir-Re Ġwanni II bħala ajjutant u segretarju privat;[12]
- Miguel da Silva (għall-ħabta tal-1480-1556) kien nobbli Portugiż, maħtur tar-Re Manwel I bħala l-ambaxxatur għal Ruma fl-1514;
- André de Resende (1498-1573) kien patri Dumnikan, missier l-arkeoloġija fil-Portugall;
- Cristóvão da Gama (għall-ħabta tal-1516-1542) kien kmandant militari Portugiż li mexxa armata Portugiża ta' 400 muskettiera fi kruċjata fl-Etjopja u fis-Somalja;
- Gaspar da Cruz (għall-ħabta tal-1520-1570) a Portuguese Dominican friar who traveled to Asia and wrote one of the first detailed European accounts about China;
- João Manuel, Prinċep tal-Portugall (1537-1554) kien prinċep Portugiż (infante), it-tmien iben tar-Re Ġwanni III;
- Luís Mendes de Vasconcellos (għall-ħabta tal-1542–1623) kien nobbli Portugiż, il-Gvernatur kolonjali tal-Angola u l-55 Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann;
- Pedro Fernandes de Queirós (1565-1614) kien navigatur Portugiż għas-servizz ta' Spanja, magħruf għall-vjaġġi Spanjoli ta' skoperta fl-Oċean Paċifiku;
- João dos Santos (Évora – Goa 1622) kien missjunarju Dumnikan fl-Indja u fl-Afrika;
- Estevão Brioso de Figueiredo (1630-1689) kien prelat Kattoliku Ruman, li kien l-Isqof ta' Funchal (1683-1689) u l-ewwel Isqof ta' Olinda (1676-1683);
- José Ribeiro da Fonseca (1690-1752) kien Franġiskan Portugiż li sar l-Isqof ta' Porto;
- Joaquim Heliodoro da Cunha Rivara (1809-1879) kien tabib, professur, intellettwali u politiku Portugiż.
Reċenti
immodifika- Celestino David (1880-1952), kittieb Portugiż, ċittadin onorarju ta' Évora;
- Túlio Espanca (1913-1993), storiku Portugiż li kkontribwixxa b'mod sinifikanti għall-istorja kulturali u artistika ta' Évora u tal-Alentejo;
- José Augusto Alegria (1917-2004), mużikologu Portugiż;
- António Marcos Galopim de Carvalho (1931), professur, xjenzat u kittieb Portugiż;
- José Cutileiro (1934), diplomatiku u kittieb Portugiż;
- Vitorino Salomé Vieira (1942), kantant u kantawtur Portugiż, b'mużika li żżewweġ il-mużika tradizzjonali tal-Alentejo mal-kanzunetta popolari urbana;
- António Livramento (1943-1999), plejer u kowċ Portugiż tar-roller hockey rinomat mad-dinja kollha;
- Joaquim Palminha Silva (1945-2015), ġurnalist u storiku Portugiż;
- Vítor Norte (1951), attur u doppjatur Portugiż;
- Carlos Francisco Carvalho Falé (1952), eks plejer tal-futbol Portugiż, li lagħab 271 partita għal-Lusitano de Évora;
- Hernâni Neves (1963), magħruf bħala Hernâni, huwa eks plejer tal-futbol u tal-futbol ta' fuq il-bajja Portugiż;
- Maria Leal da Costa (1964), skultriċi Portugiża, li qed tiżviluppa l-park skulturali tal-Alentejo;
- João Magueijo (1967), kożmologu u professur Portugiż fil-Fiżika Teorika fil-Kulleġġ Imperjali ta' Londra;
- Orlanda Velez Isidro (1972), soprana klassika Portugiża mħarrġa għall-coloratura; li tippreferi l-ġeneru tar-repertorju Rinaxximentali u Barokk;
- Inês Zuber (1980), politiku Portugiż, kien Membru Parlamentari Ewropew mill-2012 sal-2016 għall-Partit Komunista Portugiż;
- Carla Matadinho (1982), mudella Portugiża;
- Pedro Rebocho (1995), plejer tal-futbol.
Gallerija
immodifika-
Veduta parzjali tat-Tempju Ruman ta' Évora, bil-katidral tal-belt fl-isfond.
-
Praça do Giraldo, Évora.
-
Il-Katidral ta' Évora.
-
Évora.
-
Il-Knisja ta' San Indrija.
-
Veduta panoramika ta' Évora.
Referenzi
immodifika- ^ "DGTerritório - Carta Administrativa Oficial de Portugal - Versão 2017 (em vigor)". web.archive.org. 2018-11-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-05. Miġbur 2023-04-29.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Évora". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-29.
- ^ "Stħarriġ Expresso tal-2007" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2008-10-25. Miġbur 2023-04-29.
- ^ Bruxo, Michael (2022-12-07). "Évora named 2027 European Capital of Culture" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-29.
- ^ a b "IPMA - 007". www.ipma.pt. Miġbur 2023-04-29.
- ^ a b "IdM" (PDF).
- ^ "VisitEvora". VisitEvora (bil-Portugiż). Miġbur 2023-04-30.
- ^ "Liġi Portugiża 11/A2013" (PDF).
- ^ "Fábricas da Embraer em Évora vão aumentar número de trabalhadores em 30% | Económico". web.archive.org. 2016-01-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-01-29. Miġbur 2023-04-30.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Embraer vende fábricas em Portugal, que continuarão a fornecer componentes para seus aviões". O Globo (bil-Portugiż). 2022-01-12. Miġbur 2023-04-30.
- ^ Guia de Portugal. Estremadura, Alentejo, Algarve. Ed. F. C. Gulbenkian, 1991. p. 54.
- ^ Resende, Garcia de. Volume 23. Miġbur 2023-04-30.