Trattat ta' Adeżjoni 2003

(Rindirizzat minn Trattat ta' Ateni)

It-Trattat ta' Adeżjoni 2003 (magħruf ukoll bħala t-Trattat ta' Ateni) kien qbil iffirmat ġewwa Ateni nhar is-16 ta' April, 2003, bejn il-ħmistax-il membru tal-Unjoni Ewropea u għaxar pajjiżi, li kienu, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, li wassal għall-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.

Pajjiżi involuti f'dan it-trattat, bil-pajjiżi l-ġodda kkuluriti b'aħdar ċar, u pajjiżi diġà parti mill-UE kuluriti b'aħdar skur.
Is-Stoa ta' Attalos (rikostruwita), fejn it-trattat ġie iffirmat

Wara l-iffirmar tat-trattat, dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju tal-2004, il-ġurnata tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

L-UE tikkonsisti minn numru kbir ta' strutturi legali li jibnu fuq xulxin; hi b'hekk definita minn trattati internazzjonali suċċessivi. It-Trattat ta' Adeżjoni tal-2003 immodifika:

kif ukoll atti oħrajn li flimkien jifformaw il-qafas legali attwali tal-Unjoni Ewropea.

Tibdil jinkludi fil-mod kif il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata hi mmexxiha fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-isem sħiħ tat-Trattat bil-Malti hu:

 Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, fuq l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea. 

Ħoloq esterni

immodifika