Trattat ta' Maastricht

It-Trattat ta' Maastricht (formalment magħruf bħala t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) ġie ffirmat fis-7 ta' Frar 1992 f'Maastricht, fil-Pajjiżi Baxxi wara negozjati finali fid-9 ta' Diċembru, 1991, bejn il-membri tal-Komunità Ewropea. Dan it-trattat daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru, 1993, matul il-Kummissjoni Delors. Dan ħoloq l-Unjoni Ewropea u wassal għall-ħolqien tal-munita unika ewro.

Introduċa wkoll forom ġodda ta' kooperazjoni bejn il-gvernijiet tal-Istati Membri – pereżempju dwar d-difiża u fil-qasam tal-"ġustizzja u l-affarijiet interni". It-Trattat ta' Maastricht, biż-żieda ta' din il-kooperazzjoni intergovernattiva mas-sistema eżistenti tal-"Komunità", flimkien mat-tliet pilastri ħoloq struttura ġdida li hija kemm politika kif ukoll ekonomika. Din hija l-Unjoni Ewropea (UE).

Ħoloq esterni

immodifika