Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti jirrappreżenta lill-Istati Uniti fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Amerikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.

Stati Uniti
Stati Uniti
Psewdonimu The Stars and Stripes, The Yanks
Assoċjazzjoni United States Soccer Federation (USSF)
Konfederazzjoni CONCACAF
Kowċ Mauricio Pochettino
Rekord ta' preżenzi Cobi Jones (164)
Rekord ta' gowls Clint Dempsey
Landon Donovan (57)
Kodiċi tal-FIFA USA
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 14 (Ġunju 2022)
L-ogħla 4 (April 2006)
L-inqas 35 (Lulju 2012)
L-ewwel logħba
 Żvezja 2–3 Stati Uniti Stati Uniti
(Stokkolma, Żvezja; 20 ta' Awwissu 1916)
L-ikbar rebħa
Stati Uniti Stati Uniti 8–0 Barbados 
(Carson, Stati Uniti; 15 ta' Ġunju 2008)
L-ikbar telfa
 Norveġja 11–0 Stati Uniti Stati Uniti
(Oslo, Norveġja; 6 ta' Awwissu 1948)

It-tim ipparteċipa fi ħdax-il Tazza tad-Dinja, inkluż l-ewwel edizzjoni tal-1930 fejn waslu sas-semifinali. Wara l-edizzjoni tal-1950, l-Istati Uniti ma reġgħux ikkwalifikaw sal-1990. L-edizzjoni tal-1994 ġiet ospitata mill-Istati Uniti għall-ewwel darba, f'kompetizzjoni li rathom jinqalgħu barra fir-rawnd tal-aħħar sittax mir-rebbieħa eventawali tal-Brażil.

Minbarra kompetizzjonijiet internazzjonali, l-Istati Uniti tikkompeti wkoll f'kampjonati kontinentali fosthom il-CONCACAF Gold Cup, il-CONCACAF Nations League u l-Copa América. L-Amerikani rebħu seba' edizzjonijiet tal-Gold Cup u l-edizzjoni inawgurali tan-Nations League.

L-ewwel snin

immodifika
 
Il-formazzjoni tal-Istati Uniti fil-logħba kontra l-Iżvezja fl-1916.

L-ewwel tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti ġie magħżul fl-1885 għal logħba kontra l-Kanada, fl-ewwel logħba internazzjonali li qatt intlagħbet barra r-Renju Unit; il-Kanada rebħu 1–0 lill-Istati Uniti. L-ewwel logħba uffiċjali waslet fl-20 ta' Awwissu 1916 kontra l-Iżvezja, li l-Amerikani rebħu 3–2.

L-Istati Uniti ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Huma bdew b'rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju u wara rebħa oħra identika kontra l-Paragwaj, b'Bert Patenaude jiskorja l-ewwel tripletta fl-istorja tal-kompetizzjoni.[1] Fis-semifinali, l-Amerikani tilfu kontra l-Arġentina 6–1. Minkejja li ma kienx hemm logħba għat-tielet post, il-FIFA tat lill-Istati Uniti t-tielet post minħabba differenza ta' gowls aħjar mill-Jugożlavja.[2] Dan jibqa' l-aqwa riżultat qatt miksub mill-Istati Uniti, u l-aqwa wieħed għal tim nazzjonali barra l-Amerika t'Isfel u l-Ewropa.

Fl-edizzjoni tal-1950 li saret fil-Brażil, l-Istati Uniti tilfu l-ewwel logħba 3–1 kontra Spanja, però b'sorpriża rebħu lill-Ingilterra b'gowl ta' Joe Gaetjens. Din ir-rebħa ta' 1–0 għadha kkunsidrata bħala fost l-ikbar diżappunti fl-istorja tal-kompetizzjoni.[3] Eventwalment ġew eliminati miċ-Ċili. Din il-parteċipazzjoni kellha tkun l-aħħar waħda fit-Tazza tad-Dinja għal erba' deċennji.

Is-snin disgħin

immodifika

It-tim nazzjonali fl-aħħar nofs tas-seklu 20 ftit li xejn kellu rilevanza fuq livell internazzjonali. Il-federazzjoni Amerikana wkoll sofriet minn problemi finanzjarji bit-tim nazzjonali jilgħab biss żewġ logħbiet bejn l-1981 u l-1983. L-unika xaqq ta' dawl kienet il-prestazzjoni fl-Olimpjadi tal-1984, fejn għalkemm ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, huma tilfu logħba waħda minn tlieta kontra l-favoriti tal-Italja.

Fl-1988, il-FIFA għażlet lill-Istati Uniti sabiex jospitaw l-edizzjoni tal-1994 tat-Tazza tad-Dinja. Din qajment kritiika minħabba d-dgħjufija pperċepita tat-tim nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 b'rebħa ta' 1–0 kontra t-Trinidad u Tobago. Fl-ewwel dehra tagħhom wara erbgħin sena, l-Istati Uniti tilfu t-tliet logħbiet kontra ċ-Ċekoslovakkja, l-Italja u l-Awstrija. Għat-Tazza tad-Dinja tal-1994, li kkwalifikaw għaliha bħala l-ospiti, l-Istati Uniti ħarġu mill-grupp għall-ewwel darba mill-1930 wara rebħa kontra l-Kolombja, dro kontra l-Iżvizzera u telfa kontra r-Rumanija.[4] Fil-fażi tal-aħħar sittax, l-Istati Uniti tilfu 1–0 kontra r-rebbieħa eventwali tal-Brażil.[5]

Fl-1995, it-tim Amerikan ġie mistieden għall-Copa América. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu liċ-Ċili u l-Arġentina biex għaddew għall-kwarti tal-finali. F'din il-fażi huma rebħu lill-Messiku bil-penalties sakemm tilfu 1–0 fis-semifinali kontra l-Brażil. Eventwalment huma kklassifikaw fir-raba' post wara li tilfu l-ispareġġ kontra l-Kolombja.

Is-seklu 21

immodifika

Fit-Tazza tad-Dinja tal-2002, taħt il-gwida ta' Bruce Arena, l-Istati Uniti laħqu l-kwarti tal-finali, li kienet l-ogħla pożizzjoni mill-edizzjoni tal-1930. Huma bdew b'rebħa sorpriża ta' 3–2 kontra l-Portugall, u wara ġabu dro kontra l-ospiti tal-Korea t'Isfel u telfa kontra l-Polonja. Huma spiċċaw it-tieni fil-grupp u fill-fażi tal-aħħar sittax iltaqgħu mal-qraba tal-Messiku, l-ewwel konfront bejniethom fit-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani rebħu 2–0 biex affaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti tal-finali, b'dawn tal-aħħar jirbħu b'gowl solitarju.

Taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Bob Bradley, l-Istati Uniti ħadu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2009. Għall-ewwel darba huma waslu sal-finali ta' kompetizzjoni tal-irġiel tal-FIFA meta fis-semifinali għelbu lil Spanja 2–0, li dak iż-żmien kienet l-ewwel fil-klassifika tal-FIFA u kienet għadha ġejja minn 35 logħba mingħajr telfa.[6] Fil-finali, minkejja li marru 2–0 minn fuq wara l-ewwel taqsima, il-Brażil għamlu rimonta biex rebħu t-titlu bi skor ta' 3–2.[7]

 
Landon Donovan fit-Tazza tad-Dinja tal-2010

Għat-Tazza tad-Dinja tal-2010, l-Amerikani ġew imniżżla fi Grupp Ċ flimkien mal-Ingilterra, is-Slovenja u l-Alġerija. Wara żewġ dros kontra l-avversarji Ewropej, l-Istati Uniti ggarantixxu post fil-fażi ta' wara grazzi għar-rebħa ta' 1–0 kontra l-Alġerija, b'gowl fil-ħin miżjud ta' Landon Donovan. Bl-ewwel post fil-grupp, għall-ewwel darba mill-ewwel edizzjoni tal-1930, l-Istati Uniti ltaqgħu mal-Gana però ġew eliminati wara telfa ta' 2–1.[8] Fl-edizzjoni tal-2014, taħt il-gwida tal-kowċ Ġermaniż Jürgen Klinsmann, l-Istati Uniti spiċċaw fi grupp magħmul mill-Ġermanja, il-Gana u l-Portugall. Ir-rebħa kontra l-Gana u d-dro kontra l-Portugall kienu biżżejjed sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss.[9] Din kienet l-ewwel darba li kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja f'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi.[10] Fir-rawnd tal-aħħar sittax huma sfaw megħluba mill-Belġju wara l-ħin barrani.[11]

Rekord kompetittiv

immodifika

Tazza tad-Dinja

immodifika
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
  1930 Semifinali[a] 3 3 2 0 1 7 6
  1934 L-aħħar sittax 16 1 0 0 1 1 7
  1938 Irtiraw
  1950 Fażi tal-gruppi 10 3 1 0 2 4 8
  1954 Ma kkwalifikawx
  1958
  1962
  1966
  1970
  1974
  1978
  1982
  1986
  1990 Fażi tal-gruppi 23 3 0 0 3 2 8
  1994 L-aħħar sittax 14 4 1 1 2 3 4
  1998 Fażi tal-gruppi 32 3 0 0 3 1 5
    2002 Kwarti tal-finali 8 5 2 1 2 7 7
  2006 Fażi tal-gruppi 25 3 0 1 2 2 6
  2010 L-aħħar sittax 12 4 1 2 1 5 5
  2014 15 4 1 1 2 5 6
  2018 Ma kkwalifikawx
  2022 Ikkwalifikaw
      2026 Ikkwalifikaw bħala ospitu
Totali Semifinali 11/22 33 8 6 9 37 62

CONCACAF Gold Cup

immodifika
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
  1963 Ma daħlux
  1965
  1967
  1969 Ma kkwalifikawx
  1971 Ma daħlux
  1973 Ma kkwalifikawx
  1977
  1981
1985 Fażi tal-gruppi 6 4 2 1 1 4 3
1989 Finalisti telliefa 2 8 4 3 1 6 3
  1991 Rebbieħa 1 5 4 1 0 10 3
    1993 Finalisti telliefa 2 5 4 0 1 5 5
  1996 It-tielet post 3 4 3 0 1 8 3
  1998 Finalisti telliefa 2 4 3 0 1 6 2
  2000 Kwarti tal-finali 5 3 2 1 0 6 2
  2002 Rebbieħa 1 5 4 1 0 9 1
    2003 It-tielet post 3 5 4 0 1 13 4
  2005 Rebbieħa 1 6 4 2 0 11 3
  2007 1 6 6 0 0 13 3
  2009 Finalisti telliefa 2 6 4 1 1 12 8
  2011 2 6 4 0 2 9 6
  2013 Rebbieħa 1 6 6 0 0 20 4
    2015 Ir-raba' post 4 6 3 2 1 12 5
  2017 Rebbieħa 1 6 5 1 0 13 4
      2019 Finalisti telliefa 2 6 5 0 1 15 2
  2021 Rebbieħa 1 6 6 0 0 11 1
Totali 7 titli 18/26 9 73 13 11 183 62
  1. ^ Il-FIFA tat it-tielet post lill-Istati Uniti favur is-semifinalista l-oħra, il-Jugożlavja, minħabba differenza ta' gowls aħjar (+1 kontra ż-żero tal-Jugożlavja). L-ebda logħba għat-tielet post ma ntlagħbet.[2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Williams, Jack (2015-07-19). "Bert Patenaude, the forgotten hero who scored the first ever World Cup hat-trick" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2021-08-21.
  2. ^ a b "1930 Uruguay 1930" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-02-08. Miġbur 2022-08-21.
  3. ^ "The Miracle on Grass as USA beat England" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-13. Miġbur 2021-08-21.
  4. ^ Lewis, Michael (2000-07-01). "Escobar's memory lives on". Sports Illustrated (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-30. Miġbur 2022-08-21.
  5. ^ Palmer, Kevin (2006-07-09). "Winning is the only option" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-19. Miġbur 2022-08-21.
  6. ^ Chowdhury, Saj (2009-06-25). "Spain 0–2 United States" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
  7. ^ Dawkes, Phil (2007-06-28). "United States 2–3 Brazil" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2022-08-22.
  8. ^ Goff, Steven (2010-06-27). "USA vs. Ghana: In World Cup 2010, Americans eliminated by Ghana" (bl-Ingliż). The Washington Post. Miġbur 2022-08-22.
  9. ^ Williams, Ashley M. (2014-06-26). "USA advances, despite loss to Germany" (bl-Ingliż). USA Today. Miġbur 2022-08-22.
  10. ^ Bezjak, Lou (2014-06-26). "U.S. run in World Cup bringing out a lot of Pee Dee soccer fans" (bl-Ingliż). The Morning News. Miġbur 2022-08-22. It’s the first time in U.S. soccer history it has advanced to the knockout stage of back-to-back World Cups.
  11. ^ "Official FIFA statistics, updated July 5, 2014" (PDF) (bl-Ingliż). 2014-07-05. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-07-01. Miġbur 2022-08-22.

Ħoloq esterni

immodifika