Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka
It-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi mill-Českomoravský fotbalový svaz.
Assoċjazzjoni | Českomoravský fotbalový svaz | ||
---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Michal Bílek | ||
Kaptan | Tomáš Rosický | ||
Stadju prinċipali |
AXA Arena Na Stínadlech Stadion Eden | ||
Kodiċi tal-FIFA | CZE | ||
|
Storja
immodifikaQabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boemja (ir-Repubblika Ċeka tal-lum), meta kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija, huma lagħbu seba' partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra. Il-Boemja lagħbet ukoll partita kontra l-Jugożlavja, Osmark u l-Ġermanja fl-1939, waqt li kienet il-Protettorat tal-Boemja u l-Moravja.
Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976.
Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, it-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka ġie ffurmat, u huma lagħbu l-ewwel logħba barra minn darhom kontra t-Turkija fl-1994, fejn rebħu 4–1. L-ewwel partita ġewwa darhom kienet kontra l-Litwanja f'Ostrava, fejn irreġistraw rebħa ta' 5–3.
L-ewwel partita kompetittiva waslet kontra Malta fejn ġewwa Ostrava rebħu bl-iskor ta' 6–1. Fil-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 1996, ir-Repubblika Ċeka rebħet Grupp 5 quddiem il-favoriti tal-Olanda, b'total ta' sitt rebħiet, tliet pari u telfa imbarazzanti kontra l-Lussemburgu. Fil-fażi finali, li sar ġewwa l-Ingilterra, iċ-Ċeki għaddew mill-fażi tal-gruppi, minkejja telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Ġermanja. Il-forma pożittiva tagħhom kompliet sejra u waslu sal-finali fejn tilfu 2–1 kontra l-Ġermaniżi.
Il-finali tal-1996, poġġiet liċ-Ċeki favoriti li jaqtgħu l-passaġġ għat-Tazza tad-Dinja 1998. Madanakollu, spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom, taħt Spanja u l-Jugożlavja.
Madanakollu, huma mal-ewwel pattew għal dan in-nuqqas billi kkwalifikaw għall-Euro 2000, fejn rebħu l-għaxar partiti tal-grupp. It-tim, madanakollu, falla li juri l-aħjar logħob tiegħu, fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi wara rebħa waħda biss. Għal darb'oħra, iċ-Ċeki naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, din id-darba jispiċċaw it-tieni fil-grupp wara d-Danimarka, u jiġu megħluba 1–0 u 0–1 mill-Belġju fil-partita ta' spareġġ għal post fil-finali.
Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 huma għaddew għar-rawnd finali meta spiċċaw quddiem l-Olanda, u l-uniku punti li tilfu kienu fil-pari ta' 1–1 kontra l-Oranje. Fil-fażi finali, iċ-Ċeki waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba finalment mill-Greċja, li kellha tirbaħ dik l-edizzjoni.
Is-sena 2006 fissret l-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn ikkwalifikaw grazzi għal żewġ rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq in-Norveġja fil-partiti ta' spareġġ. Ġewwa l-Ġermanja, huma kienu mistennija li jgaddu għar-rawnd suċċessiv wara rebħa konvinċenti ta' 3–0 fuq l-Istati Uniti, però telfiet ta' 2–0 kontra l-Gana u l-Italja fissru li l-pjanijiet tagħhom għal passaġġ fir-rawnd li jmiss sfumaw.
Il-kampanja deludenti tat-Tazza tad-Dinja wasslet għal kampanja ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 bl-unuri, fejn spiċċaw l-ewwel fil-grupp, quddiem il-Ġermanja. Iċ-Ċeki fl-ewwel logħba rebħu lill-ospiti tal-kompetizzjoni, l-Iżvizzera, 1–0, qabel ma tilfu 3–1 kontra l-Portugall. L-aħħar logħba kienet waħda deċiżiva kontra t-Turkija hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qed jiġġieldu għal post fil-fażi li jmiss. Iċ-Ċeki bnew vantaġġ ta' 2–0 wara siegħa logħob u meta deher li kienu huma li se jkomplu fil-kompetizzjoni, it-Turkija għamlu rimonta impressjonati fejn fi kwarta skorjaw tliet gowls u rebħu 3–2, biex eliminaw lir-Repubblika Ċeka u temmet l-esperjenza internazzjonali tal-kowċ Karel Brückner.
Wara l-falliment fil-Kampjonati Ewropej, l-attenzjoni reġgħet irritornat fuq it-Tazza tad-Dinja, fejn iċ-Ċeki ttellgħu fi Grupp 3. Huma bdew il-kampjonat b'pari ta' 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq, li kienet segwita minn prestazzjoni deludenti kontra l-Polonja li sarrfet f'telfa ta' 2–1. Il-prestazzjonijiet ftit li xejn tjiebu fejn kellhom jitħabtu biex jegħlbu 1–0 lis-Slovenja, u rebħa oħra sofferta kontra San Marino, u pari ta' mingħajr gowls kontra s-Slovenja. Il-partita segwenti, telfa ta' 2–1 ġewwa darhom kontra l-ġiriena tas-Slovakkja fissret l-aħħar partita ta' Petr Rada man-nazzjonal u poġġiet liċ-Ċeki f'pożizzjoni kritika. Ivan Hašek ħa l-presidenza tal-federazzjoni Ċeka u tat-tim taħt idejh, fejn l-affarijiet tjiebu xi ftit b'pari barra minn darhom kontra s-Slovakkja u reħba kbira ta' 7–0 fuq San Marino. Huma marru għall-partita ta' qabel tal-aħħar bil-ħsieb li jirbħu kontra l-Pollakki, u s-Slovakkja ma titlifx kontra s-Sloveni. Minkejja li huma rnexxielhom jagħmlu dan, is-Slovakki tilfu 2–0, li fissret li San Marino kellhom iżommu lil San Marino sabiex jagħtu ċans liċ-Ċeki għall-play-offs. Ir-Repubblika Ċeka raw il-ħolm tagħhom jisfuma meta spiċċaw 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq u ġew miċħuda miċ-ċans ta' post fil-finali.
Skwadra attwali
immodifikaNru. | Poż. | Plejer | Data tat-twelid (età) | Preżenzi | Gowls | Klabb | ||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | G | Petr Čech | 20 ta' Mejju 1982 | 72 | 0 | Chelsea | ||
16 | G | Michal Daněk | 6 ta' Lulju 1983 | 0 | 0 | Viktoria Plzeň | ||
23 | G | Jan Laštůvka | 7 ta' Lulju 1982 | 0 | 0 | FC Dnipro Dnipropetrovsk | ||
D | Ondřej Mazuch | 15 ta' Marzu 1989 | 1 | 0 | R.S.C. Anderlecht | |||
2 | D | Ondřej Kušnír | 5 ta' April 1984 | 3 | 0 | Sparta Prague | ||
18 | D | David Limberský | 6 ta' Ottubru 1983 | 4 | 0 | FC Viktoria Plzeň | ||
17 | D | Tomáš Hübschman | 4 ta' Settembru 1981 | 27 | 0 | Shakhtar Donetsk | ||
D | Roman Hubník | 6 ta' Ġunju 1984 | 6 | 1 | Hertha BSC | |||
6 | D | Tomáš Sivok | 15 ta' Settembru 1983 | 11 | 1 | Beşiktaş | ||
13 | M | Jaroslav Plašil | 5 ta' Jannar 1982 | 53 | 4 | Bordeaux | ||
8 | M | Jan Polák | 14 ta' Marzu 1981 | 49 | 7 | Anderlecht | ||
19 | M | Jan Morávek | 1 ta' Novembru 1989 | 2 | 0 | Schalke | ||
12 | M | Mario Holek | 28 ta' Ottubru 1986 | 3 | 0 | Dnipro Dnipropetrovsk | ||
21 | M | Jaroslav Černý | 26 ta' Ġunju 1979 | 2 | 0 | SK Slavia Prague | ||
4 | M | Milan Černý | 16 ta' Marzu 1988 | 2 | 1 | SK Slavia Prague | ||
7 | M | Libor Sionko | 1 ta' Frar 1977 | 35 | 8 | Sparta Prague | ||
11 | M | Daniel Pudil | 27 ta' Settembru 1985 | 10 | 2 | Racing Genk | ||
5 | M | Jan Rajnoch | 30 ta' Settembru 1981 | 6 | 0 | Ankaragücü | ||
14 | M | Rudolf Skácel | 17 ta' Lulju 1979 | 6 | 1 | Larissa | ||
A | Adam Hloušek | 20 ta' Diċembru 1988 | 3 | 0 | Slavia Prague | |||
10 | A | Tomáš Pekhart | 26 ta' Mejju 1989 | 1 | 0 | FK Baumit Jablonec | ||
20 | A | David Lafata | 18 ta' Settembru 1981 | 8 | 2 | FK Baumit Jablonec | ||
9 | A | Tomáš Necid | 13 ta' Awwissu 1989 | 14 | 5 | CSKA Moscow | ||
A | Václav Svěrkoš | 1 ta' Novembru 1983 | 10 | 3 | Sochaux | |||
15 | A | Martin Fenin | 16 ta' April 1987 | 12 | 2 | Eintracht Frankfurt |
Rekord fil-kampjonat il-kbar
immodifikaTazza tad-Dinja
immodifikaGħar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja
Kampjonati Ewropej
immodifikaGħar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja