Juvenes Translatores
Juvenes Translatores (bil-Latin għal "tradutturi żgħażagħ") hu konkors annwali tat-traduzzjoni mniedi fl-2007 għal studenti li jistudjaw fi skejjel postsekondarji fl-Unjoni Ewropea (UE) organizzat mid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni (DGT) fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.
Il-konkors li jmiss se jsir f'Novembru 2015 bejn l-10 ta' filgħodu u nofsinhar (ħin ta' Brussel).[1]
Għanijiet
immodifikaL-għanijiet prinċipali tal-konkors Juvenes Translatores huma li jippromwovi:
- it-tagħlim tal-lingwi
- il-multilingwiżmu
- it-traduzzjoni bħala karriera
Il-konkors jimmira li jġib liż-żgħażagħ iktar konxji ta' kif ħiliet fil-lingwi jgħinu lill-Ewropej jikkomunikaw u jiftiehmu aħjar. Il-konkors jenfasizza wkoll l-importanza li niddiversifikaw il-lingwi li nitgħallmu biex jiżdied il-multilingwiżmu u l-ftehim interkulturali, kif ukoll jenfasizza l-benefiċċju tal-istudju tat-traduzzjoni bħala tweġiba għad-domanda dejjem tiżdied għat-tradutturi fl-Ewropa.
Regoli bażiċi
immodifikaJuvenes Translatores hu konkors annwali miftuħ għal studenti li jagħlqu 17 f'dik is-sena – il-konkors tal-2015 hu miftuħ għal dawk li twieldu fl-1998. Il-konkorrenti jittraduċu test ta' paġna minn waħda mill-552 possibilitajiet ta' lingwi pari mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, billi jużaw biss dizzjunarji ppubblikati (mezzi elettroniċi mhumiex permessi). L-iskejjel f'kull pajjiż tal-UE jistgħu jdaħħlu massimu ta' 5 studenti ta' kull nazzjonalità li jkunu membri ta' dik l-istess skola. In-numru ta' skejjel parteċipanti (massimu ta' 751) minn kull pajjiż jiddipendi min-numru ta' siġġijiet li dak il-pajjiż għandu fil-Parlament Ewropew.
Pajjiż tal-UE | Numru ta' skejjel parteċipanti |
---|---|
Awstrija | 18 |
Belġju | 21 |
Bulgarija | 17 |
Ċipru | 6 |
Danimarka | 13 |
Estonja | 6 |
Finlandja | 13 |
Franza | 74 |
Ġermanja | 96 |
Greċja | 21 |
Irlanda | 11 |
Italja | 73 |
Kroazja | 11 |
Latvja | 8 |
Litwanja | 11 |
Lussemburgu | 6 |
Malta | 6 |
Netherlands | 26 |
Polonja | 51 |
Portugall | 21 |
Renju Unit | 73 |
Repubblika Ċeka | 21 |
Rumanija | 32 |
Slovenja | 8 |
Slovakkja | 13 |
Spanja | 54 |
Ungerija | 21 |
Żvezja | 20 |
Total | 751 |
Jekk in-numru ta' skejjel li japplikaw minn xi pajjiż jaqbeż in-numru massimu ta' skejjel, il-Kummissjoni tagħżel min se jieħu sehem permezz ta' polza. It-tradutturi tad-DGT jevalwaw it-traduzzjonijiet u jagħżlu dik rebbieħa minn kull pajjiż. It-28 parteċipant rebbieħa jiġu mistiedna għaċ-Ċerimonja ta' Premjazzjoni fi Brussell fejn jirċievu l-premjijiet tagħhom.
Kalendarju
immodifika1 ta' Settembru – 20 ta' Ottubru | applikazzjonijiet sottomessi permezz tas-sit tal-Juvenes Translatores |
L-aħħar ta' Ottubru | polza biex jintgħażlu l-iskejjel li se jieħdu sehem |
L-aħħar ta' Novembru | data tal-konkors – studenti mill-iskejjel magħżula jagħmlu t-traduzzjoni fl-istess ħin madwar l-Ewropa taħt il-ħarsa tal-għalliema tagħhom. |
Diċembru/Jannar | is-sottomissjonijiet jiġu evalwati mit-tradutturi tad-DGT – il-ġurija tagħżel l-aqwa traduzzjoni minn kull pajjiż tal-UE. |
Rebbiegħa | it-28 rebbieħ (wieħed minn kull pajjiż tal-UE) jirbħu vjaġġ għal Brussell biex jattendu ċerimonja tal-premjazzjoni |
Referenzi
immodifika- ^ Il-konkorrenti kollha jibdew il-konkors fl-istess ħin minkejja li jista' jkun hemm differenza bejn il-ħin lokali u l-ħin ta' Brussell. Territorji barranin li huma ta' pajjiż Ewropew xorta huma parti mill-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, pereżempju, il-konkors jista' jiġi organizzat minn skola fl-Olanda tal-Karibew, u oħra mid-dipartiment barrani Franċiż Réunion. F'dal-każ, id-differenza bejn iż-żewġ skejjel parteċipanti tkun ta' 8 sigħat.