Żarbuna tad-Deheb

(Rindirizzat minn Żarbuna tad-deheb)

Iż-Żarbuna tad-Deheb hu rikonoxximent tal-futbol li jingħata lill-plejers li, matul l-istaġun, kisbu l-ikbar punteġġi billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' gowls li ġew skurjati fil-partiti tal-kampjonat u l-koefiċċjent tal-kampjonat.

Iż-Żarbuna tad-Deheb mirbuħa minn Diego Forlán

Mill-bidu ta' dan ir-rikonoxximent fl-istaġun 1967–68 l-unur, oriġinarjament magħruf bħala Soulier d'Or, li hi traduzzjoni bill-Franċiż għal Żarbuna tad-Deheb, kien mogħti mir-rivista France Football lill-aqwa skorer f'kull kampjonat Ewropew ta' dak l-istaġun. Ma kienx jingħata differenzi bejn il-kampjonati. Bejn l-1991 u l-1996, l-unur sar wieħed inuffiċjali wara protesta min-naħa tal-Federazzjoni Ċiprijotta, li stqarrew li plejer skorja 40 gowl, minkejja li l-aqwa skorers uffiċjali tal-istaġun ikunu mniżża b'dsatax-il gowl.

L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali mill-istaġun 1996–97, meta l-European Sports Magazines (ESM), fejn France Football hi membru tagħha, iddeċidiet għal sistema ta' punti skont is-"saħħa" ta' kull kampjonat tal-Ewropa. Dawn huma determinati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA, li min-naħa l-oħra jiddependu fuq ir-riżultati tal-klabbs tal-kampjonati fil-kompetizzjoni Ewropea fil-ħames snin ta' qabel. B'hekk gowls skurjati fis-Serie A, l-akbar kampjonat tal-futbol fl-Italja, jgħodd aktar mil-League of Wales, li hu l-ekwivalenti tiegħu ta' Wales.[1]

Rebbieħa mill-1968 sal-1991

immodifika

Bejn l-1968 u l-1991, iż-Żarbuna tad-Deheb, kif kienet magħrufa, kienet tingħata lill-aqwa skorer f'kwalunkwe kampjonat Ewropew. B'hekk ma kienx jittkejjel it-toqol tal-kampjonat u toqol tal-partiti li kienu jintlagħbu kif ukoll in-numru ta' partiti li l-plejer ħa sehem fihom. Matul dan il-perjodu Eusébio, Gerd Müller, Dudu Georgescu u Fernando Gomes rebħu dan it-titlu darbtejn.[1]

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Staġun Plejer Klabb Gowls
1967–68   Eusébio   Benfica 42
1968–69   Petar Zhekov   CSKA Sofia 36
1969–70   Gerd Müller   Bayern Munich 38
1970–71   Josip Skoblar   Marseille 44
1971–72   Gerd Müller   Bayern Munich 40
1972–73   Eusébio   Benfica 40
1973-74   Héctor Yazalde   Sporting Lisbona 46
1974–75   Dudu Georgescu   Dinamo Bucharest 33
1975–76   Sotiris Kaiafas   Omonia Nicosia 39
1976–77   Dudu Georgescu   Dinamo Bucharest 47
1977–78   Hans Krankl   Rapid Vienna 41
1978–79   Kees Kist   AZ Alkmaar 34
1979–80   Erwin Vandenbergh   Lierse 39
1980–81   Georgi Slavkov   Trakia Plovdiv 31
1981–-82   Wim Kieft   Ajax 32
1982–83   Fernando Gomes   Porto 36
1983–84   Ian Rush   Liverpool 32
1984–85   Fernando Gomes   Porto 39
1985–86   Marco van Basten   Ajax 37
1986–87   Rodion Cămătaru   Dinamo Bucharest 39
1987–88   Tanju Çolak   Galatasaray 39
1988–89   Dorin Mateuţ   Dinamo Bucharest 43
1989–90   Hugo Sánchez   Real Madrid 38
1989–90   Hristo Stoičkov   CSKA Sofia 38
1990–91   Darko Pancev   Crvena Zvezda 34

Rebbieħa inuffiċjali mill-1991 sal-1996

immodifika

Iż-Żarbuna tad-Deheb saret inuffiċjali mill-1991 sal-1996, wara protesta mill-federazzjoni tal-futbol ta' Ċipru fejn plejer allegatament skorja 40 gowls, minkejja li l-lista uffiċjali tal-aqwa skorers tal-istaġun huma t-tnejn imniżżla b'dsatax-il gowl. Minħabba dan il-każ, France Football iddeċidiet li tagħmel il-kompetizzjoni inuffiċjali sal-1996. L-awa skorer għall-istaġun 1990–91, Darko Pancev, ma rċeviex dan l-unur sas-sena 2006.[2] L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali fl-1996 b'regolamenti differenti.

Staġun Plejer Klabb Gowls
1991–92   Ally McCoist   Rangers 34
1992–93   Ally McCoist   Rangers 34
1993–94   David Taylor   Porthmadog 43
1994–95   Arsen Avetisyan   Homenetmen 39
1995–96   Zviad Endeladze   Margveti 40

Rebbieħa mill-1996 sal-lum

immodifika

Mill-istaġun 1996–97, il-European Sports Magazines onoraw iż-Żarbuna tad-Deheb ibbażat skont sistema ta' punti li jippermetti lil plejers ta' kampjonati diffiċli biex jirbħu anki jekk ikunu skurjaw xi ftit inqas gowls minn plejer ta' kampjonat mhux daqshekk b'saħħtu. B'din il-modifikazzjoni, il-gowls huma pożizzjonati differenti bejn il-kampjonati. Gowls skurjati fl-aqwa tmien kampjonati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA huma multiplikati mal-fattur ta' tnejn, u gowls skurjati f'kampjonati li jinsabu bejn id-9 u l-21 post huma multiplikati mal-fattur 1.5.

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Staġun Plejer Klabb Gowls Punti
1996–97   Ronaldo   Barcelona 34 68
1997–98   Nikos Machlas   Vitesse Arnhem 34 68
1998–99   Mário Jardel   Porto 36 72
1999–00   Kevin Phillips   Sunderland 30 60
2000–01   Henrik Larsson   Celtic 35 52.5
2001–02   Mário Jardel   Sporting CP 42 63
2002–03   Roy Makaay   Deportivo La Coruña 29 58
2003–04   Thierry Henry   Arsenal 30 60
2004–05   Thierry Henry   Arsenal 25 50
2004–05   Diego Forlán   Villareal 25 50
2005–06   Luca Toni   ACF Fiorentina 31 62
200–-07   Francesco Totti   Roma 26 52
2007–08   Cristiano Ronaldo   Manchester United 31 62
2008–09   Diego Forlán   Villareal 32 64
2009–10   Lionel Messi   Barcelona 34 68
2010–11   Cristiano Ronaldo   Real Madrid 40 80
2011–12   Lionel Messi   Barcelona 50 100
2012–13   Lionel Messi   Barcelona 46 92
2013–14   Luis Suárez   Liverpool 31 62
2013–14   Cristiano Ronaldo   Real Madrid 31 62
2014–15   Cristiano Ronaldo   Real Madrid 48 96
2015–16   Luis Suárez   Barcelona 40 80
2016–17   Lionel Messi   Barcelona 37 74
2017–18   Lionel Messi   Barcelona 34 68
2018–19   Lionel Messi   Barcelona 36 72
2019–20   Ciro Immobile   Lazio 36 72
2020–21   Robert Lewandowski   Bayern Munich 41 82

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Golden Boot: The Quotients Decide It All". soccerphile.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-29.
  2. ^ "Macedonia's Pancev gets his Golden Boot". setimes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-23.

Ħoloq esterni

immodifika