Tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Albanija jirrappreżenta lill-Albanija fid-dixxiplina sportiva tal-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Albanija.
Psewdonimu | Kuq e Zinjtë (Ħomor u Suwed) | |||
---|---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Federata Shqiptare e Futbollit | |||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | |||
Kowċ | Edoardo Reja | |||
Kaptan | Etrit Berisha | |||
Rekord ta' preżenzi | Lorik Cana (93) | |||
Rekord ta' gowls | Erjon Bogdani (18) | |||
Stadju prinċipali | Qemal Stafa | |||
Kodiċi tal-FIFA | ALB | |||
| ||||
Klassifika tal-FIFA | ||||
Pożizzjoni attwali | 66 | |||
L-ogħla | 22 (Awwissu 2015) | |||
L-inqas | 124 (Awwissu 1997) | |||
L-ewwel logħba | ||||
Albanija 2–3 Jugożlavja (Tirana, Albanija; 7 ta' Ottubru, 1946) | ||||
L-ikbar rebħa | ||||
Albanija 5–0 Vjetnam (Tirana, Albanija; 12 ta' Awwissu, 2009) | ||||
L-ikbar telfa | ||||
Ungerija 12–0 Albanija (Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru, 1950) | ||||
Kampjonati Ewropej | ||||
Preżenzi | 1 (l-ewwel fl-2016) | |||
L-aqwa riżultat | Fażi tal-gruppi (2016) |
L-assoċjazzjoni nazzjonali ġiet fundata fis-6 ta' Ġunju 1930, però kellha tistenna sittax-il sena sakemm tiġi milgħuba l-ewwel logħba internazzjonali, fejn iddebuttaw kontra l-Jugożlavja fl-1946. Matul il-kungress tal-FIFA li sar bejn it-12 u s-16 ta' Ġunju tal-1932, l-Albanija ssieħbet mal-federazzjoni internazzjonali u fl-1954 hi kienet fost il-fundaturi tal-UEFA. L-Albanija kienet ġiet mistiedna sabiex tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 1934, imma minħabba problemi organizzattivi kellhom jirtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom.
Ħafna mill-partiti tat-tim nazzjonali tal-Albanija jintlagħbu ġewwa l-Qemal Stafa.
Storja
immodifikaIs-snin tal-bidu raw kampanja b'suċċess tat-Tazza tal-Balkani tal-1946. L-Albanija rebħu t-Tazza wara li għelbu lill-Jugożlavja bl-istess punti imma b'differenza ta' gowls aħjar. Il-partita finali kienet kontra r-Rumanija u ntrebħet 1–0. Erbat ijiem qabel, l-Albanija kienet diġà rebħet lill-Bulgarija 3–1. Hu interessanti l-fatt li l-Albanija ma kinitx mistenniha li tipparteċipa, imma l-irtirar tal-Greċja mit-turnew offra lill-Albanija ċ-ċans li tingħaqad fit-Tazza li ġiet ristabbilita wara l-gwerra.
Wara li ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA fl-1963, għall-edizzjoni tal-1964, fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 1968, huma rnexxielhom jiksbu pari ta' mingħajr gowls kontra l-Ġermanja tal-Punent, li eventwalment wassal għall-eliminazzjoni ta' dan tal-aħħar. Matul dik l-era, l-Albanija kellha preżenti lil Panajot Pano, ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer minn dan il-pajjiż.
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1986 waslet aktar riżultati pożittivi bħall-pari ta' 2–2 barra minn darha kontra l-Polonja u rebħa ta' 2–0 kontra l-Belġu, li kienu spiċċaw semifinalisti tal-kompetizzjoni.
Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 rat lill-Albanija jilgħabu l-logħob ġewwa darhom fi stadji newtrali minħabba problemi politiċi ġewwa l-istess pajjiż. Madankollu, huma kisbu rebħa ta' 4–1 fuq it-Turkija f'logħba ta' ħbiberija fl-1998; l-unika darba li l-Albanija skurjaw aktar minn 3 gowls f'logħba internazzjonali sħiħa (minkejja li lura fl-1946 kienu rebħu 5–0 lill-Montenegro, fejn dakinhar dan tal-aħħar kien parti mill-Jugożlavja).
Matul il-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004, ra lill-Albanija jagħmlu rebħa storika ta' 3–1 fuq ir-Russja fi Shkodër. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, ra progress fir-riżultati, fejn l-aktar riżultat sodisfaċenti kien dak ta' rebħa ta' 2–1 kontra l-Greċja, fejn dawn tal-aħħar kienu għadhom kemm ġew inkurunati ċampjins tal-Ewropa.
Fl-14 ta' Marzu 2008, il-FIFA ħabbret li ssospendiet lill-Albanija minn kwalunkwe attività tal-futbol internazjonali, kemm fuq livell ta' klabb u anki dak nazzjonali. Ir-raġuni wara din ir-raġuni kienet minħabba n-nuqqas ta' qbil li kien hemm bejn il-Ministeru tal-Isport u l-federazzjoni Albaniża, li għadha attwalment miftuħa, fuq il-kontrolli finanzjarji li l-awtoritajiet tal-gvern riedu jagħmlu fuq il-kontijiet tal-federazzjoni. L-irifjutar min-naħa tal-federazzjoni wassal għall-ksur tar-rapporti, u b'konsegwenza t'hekk waslet l-esklużjoni mill-kompetizzjonijiet.
Id-29 ta' April tal-istess sena, il-kumitat tal-emerġenza tal-istess FIFA, wara taħdidiet li kellha ma' xi diriġenti tal-UEFA, tal-Federazzjoni tal-futbol Albaniża u tal-gvern ta' Tirana, irrevokat lura l-esklużjoni.
Kuluri u simboli
immodifikaL-Albanija tilgħab b'uniformi ħamra b'xorts u kalzetti suwed, xi drabi b'dekorazzjonijiet bojod jew suwed. Barra minn darhom, l-uniformi tkun ħafna drabi bajda b'dekorazzjonijiet suwed jew ħomor. L-ewwel uniformi hi sempliċiment rappreżentazzjoni tal-bandiera Albaniża, li hi fil-fatt ħamra b'ajkla sewda fin-nofs.
L-istemma li tuża' l-iskwadra mhix l-istess bħal dik tal-Federazzjoni, li turi disinn tond bl-ajkla fiċ-ċentru, li tissimbolizza l-bandiera Albaniża, fejn madwarha hemm ċirku abjad bl-isem bil-lingwa oriġinali tal-federazzjoni miktub b'karattri tad-deheb.
Staff tekniku
immodifikaRwol | Isem |
---|---|
Kowċ | Edoardo Reja |
Assistenti | Sergio Porrini |
Ervin Bulku | |
Hamdi Salihi | |
Kowċis atletiċi | Luca Laurenti |
Luigi Febbrari | |
Kowċ tal-gowlkipers | Ilir Bozhiqi |
Fiżjoterapista | Altin Haxhia |
Tabib | Gianluca Stesina |
Plejers
immodifika- Il-plejers segwenti ġew magħżula għal-logħbiet tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022 kontra l-Polonja, l-Ungerija u San Marino.
- In-numru ta' logħbiet u gowls huma validi sat-8 ta' Settembru 2021 wara l-logħba kontra San Marino.[1]
Nru. | Poż. | Plejer | Data tat-twelid (età) | Preżenzi | Gowls | Klabb |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | G | Etrit Berisha (Kaptan) | 10 ta' Marzu 1989 | 68 | 0 | Torino |
23 | G | Thomas Strakosha | 19 ta' Marzu 1995 | 16 | 0 | Lazio |
12 | G | Gentian Selmani | 9 ta' Marzu 1998 | 2 | 0 | Boluspor |
4 | D | Elseid Hysaj (Viċi-kaptan) | 20 ta' Frar 1994 | 61 | 2 | Lazio |
6 | D | Berat Djimsiti | 19 ta' Frar 1993 | 43 | 1 | Atalanta |
18 | D | Ardian Ismajli | 30 ta' Settembru 1996 | 20 | 1 | Empoli |
20 | D | Lorenc Trashi | 19 ta' Mejju 1992 | 12 | 1 | Qadsia |
15 | D | Marash Kumbulla | 8 ta' Frar 2000 | 9 | 0 | Roma |
22 | D | Albi Doka | 26 ta' Ġunju 1997 | 7 | 0 | Gorica |
13 | D | Enea Mihaj | 5 ta' Lulju 1998 | 6 | 0 | PAOK |
2 | D | Erion Hoxhallari | 15 ta' Ottubru 1995 | 2 | 0 | Tirana |
3 | D | Ramën Çepele | 21 ta' Marzu 2003 | 1 | 0 | Hannover 96 |
21 | M | Odise Roshi | 21 ta' Mejju 1991 | 64 | 5 | Boluspor |
7 | M | Keidi Bare | 28 ta' Awwissu 1997 | 17 | 2 | Espanyol |
14 | M | Qazim Laçi | 19 ta' Jannar 1996 | 12 | 1 | Ajaccio |
5 | M | Ylber Ramadani | 12 ta' April 1996 | 12 | 1 | MTK Budapest |
9 | M | Endri Çekiçi | 23 ta' Novembru 1996 | 5 | 0 | Konyaspor |
8 | M | Nedim Bajrami | 28 ta' Frar 1999 | 2 | 0 | Empoli |
16 | M | Enis Çokaj | 23 ta' Frar 1999 | 1 | 0 | Lokomotiva |
19 | A | Bekim Balaj | 11 ta' Jannar 1991 | 45 | 8 | Nizhny Novgorod |
10 | A | Rey Manaj | 24 ta' Frar 1997 | 27 | 7 | Spezia |
11 | A | Myrto Uzuni | 31 ta' Mejju 1995 | 18 | 3 | Ferencváros |
17 | A | Armando Broja | 10 ta' Settembru 2001 | 8 | 2 | Southampton |
Storja tal-kompetizzjonijiet
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Albania vs San Marino, 5 September 2021". eu-football.info (bl-Ingliż). 2021-09-08.
Ħoloq esterni
immodifika- Arkivju tar-riżultati internazzjonali: 1946-2000/01
- Tifozat Kuq e Zi – il-grupp uffiċjali tal-benjamini tal-Albanija
- Albania-Sport