Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji taċ-Ċekja

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fir-Repubblika Ċeka

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2]

Il-qalba ta' Praga fi nżul ix-xemx

L-ewwel siti fit-territorju taċ-Ċekja attwali żdiedu fis-16-il Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Santa Fe, l-Istati Uniti, fl-1992, meta l-pajjiż kien parti mir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka (magħrufa wkoll bħala Ċekoslovakkja). F'dik is-sessjoni żdiedu tliet siti: iċ-Ċentru Storiku ta' Praga, iċ-Ċentru Storiku ta' Český Krumlov u ċ-Ċentru Storiku ta' Telč.[3]

Bix-xoljiment taċ-Ċekoslovakkja fl-1 ta' Jannar 1993, il-pajjiż inqasam fiċ-Ċekja u fis-Slovakkja. Iċ-Ċekja uffiċjalment adottat il-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fis-26 ta' Marzu 1993, u wirtet dawk it-tliet siti. B'kollox, iċ-Ċekja għandha 17-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-iżjed sit li żdied reċentement fil-lista kien Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz fl-2023. Dawn iż-żewġ siti huma transnazzjonali; l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit kondiviż ma' sitt pajjiżi u l-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa huma kondiviżi ma' 17-il pajjiż Ewropew. Ir-Reġjun tal-Estrazzjoni tal-Minerali ta' Erzgebirge/Krušnohoří huwa kondiviż mal-Ġermanja. Il-Foresti tal-Fagu huma l-unika sit naturali fiċ-Ċekja; is-siti l-oħra kollha huma kulturali.[4]

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Ċentru Storiku ta' Praga   Praga 1992 ii, iv, vi (kulturali) Praga, li tinsab max-xtut tax-xmara Vltava, ilha belt Ewropea importanti mill-Medju Evu. Matul ir-renju ta' Karlu IV, l-Imperatur Ruman Sagru (1346-1378), inbnew diversi monumenti bi stil Gotiku, inkluż il-Kastell ta' Praga, il-Katidral ta' San Vitus, u l-Pont ta' Karlu. L-Università ta' Praga, waħda mill-eqdem universitajiet fl-Ewropa, ġiet stabbilita fl-1348, u wasslet biex Praga tkun waħda miċ-ċentri ewlenin tat-tagħlim. Il-Park ta' Průhonice, li jinsab barra Praga, żdied fl-2010 bħala kapulavur tal-arkitettura pajsaġġistika tal-ġonna ta' importanza dinjija. Fl-2012 saret modifika minuri tas-Sit ta' Wirt Dinji.[6]
Ċentru Storiku ta' Český Krumlov   Reġjun tan-Nofsinhar tal-Boemja 1992 iv (kulturali) Il-belt ta' Český Krumlov inbniet madwar il-Kastell tas-seklu 13 bl-istess isem tal-belt, fuq lilwa tax-xmara Vltava. Il-kastell inbena bi stil Gotiku, u iktar 'il quddiem żdiedu elementi Gotiċi, Rinaxximentali u Barokki aħħarin. Il-belt tippreserva l-konfigurazzjoni tat-toroq ta' żmien il-Medju Evu, filwaqt li l-faċċati tad-djar għandhom tiżjin bi stili Rinaxximentali u Barokki. Il-belt ma ġietx affettwata mill-industrijalizzazzjoni fis-seklu 19.[7]
Ċentru Storiku ta' Telč   Reġjun ta' Vysočina 1992 i, iv (kulturali) Ir-raħal ta' Telč x'aktarx li ġie stabbilit f'nofs is-seklu 14 bħala insedjament ippjanat f'żona li qabel kienet miksija foresti, sabiex tiġi eżerċitata influwenza politika u ekonomika fuq ir-reġjun kollu. Iċ-ċentru tar-raħal huwa ddominat minn kastell Rinaxximentali li nbena fuq prekursur Gotiku. Il-pjazza tas-suq triangolari hija mdawra bi djar Rinaxximentali u Barokki li huma kkollegati b'portiċi kontinwi u li għandhom varjetà wiesgħa ta' faċċati.[8]
Knisja tal-Pellegrinaġġ ta’ San Ġwann ta’ Nepomuk f'Zelená Hora   Reġjun ta' Vysočina 1994 iv (kulturali) Il-Knisja tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġwann ta' Nepomuk inbniet bejn l-1719 u l-1727, wara l-kanonizzazzjoni tal-qaddis San Ġwann ta' Nepomuk. Ġiet iddisinjata minn Jan Santini Aichel bi stil tassew oriġinali. Mill-perspettiva arkitettonika, tikkombina t-tradizzjonijiet Gotiċi u Barokki. Il-knisja nbniet fuq pjanta b'għamla ta' stilla u hija kkaratterizzata b'mod prominenti min-numru ħamsa fil-konfigurazzjoni u fil-proporzjonijiet, peress li n-numru huwa simbolu tal-ħames virtuwijiet tal-qaddis.[9][10]
Kutná Hora: Ċentru Storiku tar-Raħal flimkien mal-Knisja ta' Santa Barbara u l-Katidral tal-Madonna ta' Sedlec   Reġjun tal-Boemja Ċentrali 1995 ii, iv (kulturali) Fl-aħħar tas-seklu 13 ġew skoperti depożiti kbar tal-fidda fiż-żona, u dan wassal għall-iżvilupp u għall-prosperità ta' Kutná Hora. Fis-seklu 14 ir-raħal sar belt irjali. Iċ-ċentru storiku tar-raħal għadu jippreserva l-pjanta Medjevali tiegħu. Iż-żewġ binjiet importanti fir-raħal huma l-Knisja ta' Santa Barbara, bi stil Gotiku, imżejna b'affreski tal-ħajja ta' kuljum fir-raħal tax-xogħol tal-minjieri, u l-Katidral tal-Madonna ta' Sedlec, eks monasteru taċ-Ċisterċensi li ġie rinnovat bi stil Barokk fis-seklu 18.[11]
Pajsaġġ Kulturali ta' Lednice-Valtice   Reġjun tan-Nofsinhar tal-Moravja 1996 i, ii, iv (kulturali) Il-pajsaġġ ta' Lednice-Valtice huwa wieħed mill-ikbar pajsaġġi artifiċjali fl-Ewropa, u jkopri 200 kilometru kwadru. Id-Duki ta' Liechtenstein, li kellhom is-sjieda tal-proprjetà, ittrasformawha f'pajsaġġ kulturali bejn is-sekli 17 u 20. Bnew diversi djar fil-kampanja, vilel, knejjes, u binjiet oħra bi stil Barokk u Neoklassiku, kif ukoll network ta' toroq, mogħdijiet xeniċi, u mogħdijiet fil-foresti. Il-ġonna u l-parks ġew influwenzati mal-ġonna pajsaġġistiċi Ingliżi.[12]
Ġonna u Kastell ta' Kroměříž   Reġjun ta' Zlín 1998 ii, iv (kulturali) Il-Kastell fi Kroměříž inbena fis-sekli 17 u 18 bi stil Barokk bikri u ntuża bħala r-residenza tal-arċisqof ta' Olomouc. Il-Ġnien Rikreattiv (fir-ritratt), li ġie stabbilit fl-1665-1675, huwa eżempju rari ta' ġnien Barokk li baqa' relattivament intatt. Dan influwenza l-iżvilupp ta' ġonna oħra fl-Ewropa Ċentrali. Il-Ġnien tal-Kastell fih binjiet bi stil Neoklassiku u bi stil Imperjali Franċiż.[13][14]
Villaġġ Storiku ta' Holašovice   Reġjun tan-Nofsinhar tal-Boemja 1998 ii, iv (kulturali) Holašovice huwa eżempju ppreservat sew ta' villaġġ tradizzjonali mill-Ewropa Ċentrali. Id-djar agrikoli mis-sekli 18 u 19 għandhom faċċati b'tiżhin bl-istukko bi stil li huwa magħruf bħala Barokk Folkloristiku tan-Nofsinhar tal-Boemja.[15]
Kastell ta' Litomyšl   Reġjun ta' Pardubice 1999 ii, iv (kulturali) Il-Kastell ta' Litomyšl inbena bħala residenza fil-kampanja fit-tieni nofs tas-seklu 16, bi stil Rinaxximentali. Huwa binja ta' tliet sulari maqsuma f'erbgħa partijiet, u waħda mill-partijiet tal-binja tikkonsisti minn portiku ta' żewġ sulari. Il-faċċata hija mżejna bit-teknika tas-sgraffito. Fuq ġewwa l-kastell huwa mżejjen bi stil Barokk. Ġew ippreservati wkoll firxa ta' binjiet anċillari.[16]
Kolonna tat-Trinità Mqaddsa f'Olomouc   Reġjun ta' Olomouc 2000 i, iv (kulturali) Il-Kolonna tat-Trinità Mqaddsa nbniet fiċ-ċentru storiku tar-raħal ta' Olomouc fil-bidu tas-seklu 18, bi stil reġjonali msejjaħ il-Barokk ta' Olomouc. Il-kolonna kienet turija ta’ gratitudni għal tmiem il-pesta, u hija l-ikbar waħda fl-Ewropa, b'għoli ta' 35 metru (115-il pied). Ġiet iddisinjata minn Václav Render u bosta mill-iskulturi tagħha, li jirrappreżentaw temi reliġjużi, huma opri ta' Ondřej Zahner. Il-monument jinkludi kappella fil-bażi tal-kolonna.[17][18]
Villa Tugendhat f'Brno   Reġjun tan-Nofsinhar tal-Moravja 2001 ii, iv (kulturali) Il-Villa Tugendhat f'Brno ġiet iddisinjata mill-arkitett Ġermaniż Ludwig Mies van der Rohe fis-snin 20 tas-seklu 20 għal Grete u Frits Tugendhat, li kienu membri ta' familja industrijali sinjura minn Brno. Il-villa hija eżempju tal-Istil Internazzjonali tal-arkitettura. Mies van der Rohe ddisinja wkoll l-għamara u l-ġnien tal-villa.[19]
Kwartier Lhudi u l-Bażilika ta' San Prokupju f'Třebíč   Reġjun ta' Vysočina 2003 ii, iii (kulturali) Ir-raħal ta' Třebíč jinsab max-xtut tax-xmara Jihlava. Il-Bażilika ta' San Prokopju nbniet fil-bidu tas-seklu 13, oriġinarjament bħala parti minn monastru Benedittin. Il-Kwartier Lhudi huwa eżempju ppreservat sew ta' getto Lhudi li jmur lura għall-Medju Evu. Binja tipika għandha struttura ta' kondominju, b'postijiet tax-xogħol manwali fil-livell tat-triq u s-sulari ta' fuq għal użu residenzjali. Iż-żewġ fażijiet taċ-ċimiterju Lhudi jmorru lura għas-sekli 15 u 19.[20]
Reġjun tal-Estrazzjoni tal-Minerali ta' Erzgebirge/Krušnohoří*   Reġjun tat-Tramuntana tal-Boemja 2019 ii, iii, iv (kulturali) Il-Muntanji Minerarji tar-reġjun huma mifruxa lejn ix-Xlokk tal-Ġermanja u l-Majjistral taċ-Ċekja. Ir-reġjun kien sors importanti ta' metalli mis-seklu 12, fosthom fidda (speċjalment fis-sekli 15 u 16), landa, kobalt, u uranju wkoll fl-aħħar tas-sekli 19 u 20. Il-pajsaġġ kulturali tar-reġjun issawwar bl-innovazzjonijiet tal-estrazzjoni u tat-tidwib fil-qasam tax-xogħol fil-minjieri.[21]
Pajsaġġ għat-Tnissil u għat-Taħriġ taż-Żwiemel tal-Karozzini Ċerimonjali f'Kladruby nad Labem   Reġjun ta' Pardubice 2019 iv, v (kulturali) Il-faċilità tat-tnissil u tat-taħriġ taż-żwiemel f'Kladruby nad Labem ġiet stabbilita fl-1579. Tinsab fil-mergħa tax-xmara Labe fil-fdalijiet ta' foresta qrib ix-xmara. Il-faċilità tnissel iż-żwiemel tar-razza Kladruber li kienu jintużaw matul iċ-ċerimonji fil-Qorti Asburga. Il-faċilità hija eżempju ta' ferme ornée, jiġifieri faċilità dekorattiva speċjalizzata li nbniet bl-użu tal-prinċipji tal-arkitettura pajsaġġistika Franċiża u Ingliża.[22]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa*   Reġjun ta' Liberec 2021 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Fiċ-Ċekja, il-foresta fil-Muntanji ta' Jizera żdiedet fl-2021.[23]
Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa*   Reġjun ta' Karlovy Vary 2021 ii, iii, iv, vi (kulturali) L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit magħmul minn 11-il raħal bi spa f'seba' pajjiżi Ewropej fejn l-ilmijiet minerali kienu jintużaw għal skopijiet ta' fejqan u terapewtiċi qabel l-iżvilupp tal-mediċina industrijali fis-seklu 19. L-irħula ta' Karlovy Vary, Mariánské Lázně (fir-ritratt), u Františkovy Lázně żdiedu miċ-Ċekja.[24]
Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz   Reġjun ta' Ústí nad Labem 2023 iii, iv, v (kulturali) Bis-saħħa tal-kundizzjonijiet favorevoli tat-temp, l-inħawi madwar ir-raħal ta' Žatec ilhom jintużaw għall-kultivazzjoni tal-ħops mill-Medju Evu. L-industrija tal-ħops kibret fis-seklu 19 u ġabel magħha ħafna prosperità għar-raħal. Diversi binjiet relatati jmorru lura għal dan il-perjodu, fosthom id-djar tat-tnixxif, is-swali tal-ippakkjar, u l-binjiet tal-ħżin, kif ukoll id-djar residenzjali.[25]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "WH Committee: Report of 16th Session, Santa Fe 1992". web.archive.org. 2016-04-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-01. Miġbur 2022-04-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "Czechia - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-01-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-03. Miġbur 2022-04-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Prague". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Český Krumlov". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Telč". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pilgrimage Church of St John of Nepomuk at Zelená Hora". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  10. ^ "Vysočina: kraj s nejvyšším počtem památek UNESCO - Novinky.cz". www.novinky.cz. Miġbur 2022-04-14.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kutná Hora: Historical Town Centre with the Church of St Barbara and the Cathedral of Our Lady at Sedlec". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lednice-Valtice Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Gardens and Castle at Kroměříž". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  14. ^ "Archbishop's Chateau Kroměříž". Archbishop’s Chateau Kroměříž (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Holašovice Historic Village". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Litomyšl Castle". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Holy Trinity Column in Olomouc". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  18. ^ "Nomination dossier" (PDF).
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tugendhat Villa in Brno". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jewish Quarter and St Procopius' Basilica in Třebíč". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Erzgebirge/Krušnohoří Mining Region". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Landscape for Breeding and Training of Ceremonial Carriage Horses at Kladruby nad Labem". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-14.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Žatec and the Landscape of Saaz Hops". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.