Třebíč

raħal fir-Reġjun ta’ Vysočina, ir-Repubblika Ċeka

Třebíč (ippronunzjat biċ-Ċek: [ˈtr̝̊ɛbiːtʃ]; bil-Ġermaniż: Trebitsch; bil-Yiddish: טרייביטש Treybitsh‎) huwa raħal fil-parti Moravjana tar-Reġjun ta’ Vysočina tar-Repubblika Ċeka. Třebíč huwa ċentru reġjonali b’popolazzjoni ta’ kważi 36,000 ruħ.[1] Barra minn hekk, hija l-kapitali amministrattiva tad-Distrett ta’ Třebíč. Fil-perjodu tat-tkabbir tiegħu, ir-raħal ta’ Třebíč kien it-tielet l-iktar raħal importanti fil-Moravja. It-tkabbir fil-popolazzjoni beda wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-bidu tal-istorja tar-raħal huwa marbut mat-twaqqif ta’ monasteru Benedettin, fejn illum hemm kastell. Il-kwartier Lhudi u l-Bażilika ta’ San Prokopju huma mniżżlin fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]

Třebíč
 Repubblika Ċeka
Amministrazzjoni
PajjiżRepubblika Ċeka
Regions of the Czech RepublicReġjun ta' Vysočina
District of the Czech RepublicDistrett ta' Třebíč
Kap tal-Gvern Pavel Pacal (en) Translate
Isem uffiċjali Trebitsch
Třebíč
Ismijiet oriġinali Třebíč
Kodiċi postali 674 01
Ġeografija
Koordinati 49°12′54″N 15°52′55″E / 49.215°N 15.882°E / 49.215; 15.882Koordinati: 49°12′54″N 15°52′55″E / 49.215°N 15.882°E / 49.215; 15.882
Třebíč is located in Czech Republic
Třebíč
Třebíč
Třebíč (Czech Republic)
Superfiċjenti 57.591176 kilometru kwadru
Għoli 405 m, 392 mu 503 m
Fruntieri ma' Okřešice (en) Translate, Vladislav (en) Translate, Trnava (en) Translate, Kožichovice (en) Translate, Střítež (en) Translate, Petrůvky (en) Translate, Výčapy (en) Translate, Mikulovice (en) Translate, Mastník (en) Translate, Petrovice (en) Translate, Krahulov (en) Translate, Nová Ves (en) Translate, Číhalín (en) Translate, Horní Vilémovice (en) Translateu Stařeč (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 34,797 abitanti (1 Jannar 2024)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1101
Kodiċi tat-telefon 568
Żona tal-Ħin Ħin tal-Ewropa Ċentrali, UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Oschatz (en) Translate, Lilienfeld (en) Translate, Humenné, Pavlovsk (en) Translate, Yichang (en) Translateu Rakhiv (en) Translate
trebic.cz
Veduta tar-raħal ta’ Třebíč mill-ajru

Storja u attrazzjonijiet

immodifika
 
Il-portal tal-Bażilika ta’ San Prokopju

Il-wirt storiku ta’ Třebíč jinkludi l-kwartier Lhudi antik u l-Bażilika Rumaneska l-kbira ta’ San Prokopju. Il-bażilika tinkorpora xi karatteristiċi Gotiċi li ġew miżjuda wara, fosthom eżempju rari ta’ tieqa tonda ornamentali magħmula minn għaxar partijiet. Dan id-disinn jirrifletti l-ħames jew l-għaxar partijiet tal-fjuri jew tal-frott tal-familja tal-ward, abbażi tal-ħames sepali u petali jew l-għaxar segmenti tas-soltu tal-frotta tagħhom. Dawn it-tipi ta’ twieqi tondi ornamentali joħolqu kuntrast mat-twieqi Gotiċi iktar kumplessi li fihom iktar segmenti (is-soltu numri multipli tal-unitajiet Gotiċi tradizzjonali tad-disinn – tliet trifolji jew erba’ kwadrifolji). Teżi oħra tgħid li dawn id-dekorazzjonijiet huma bbażati fuq disinn antik, li ġie ispirat mill-pijunieri fir-rota tal-ħajja, assoċjata llum il-ġurnata mar-reliġjonijiet tal-Lvant, jew inkella jaf jalludu għall-Madonna.[3]

Il-Bażilika ta’ San Prokopju oriġinat fil-bidu tas-seklu 12 bħala monasteru Benedettin. Kellha tant rikkezzi li wasslet għat-twaqqif ta’ ċentru kummerċjali lokali: ir-raħal ta’ Třebíč. Il-monasteru reġa’ nbena matul ir-renju tar-Re Wenceslas I (1230-1253), u mill-ġdid fl-aħħar tas-seklu 15. Matul l-ewwel nofs tas-seklu 16, uħud mill-binjiet monastiċi ta’ Třebíč ġew immudellati f’kastell, u iktar ’il quddiem ġew rinnovati bi stil Barokk.[3]

Fil-bidu tas-seklu 18, saru xi bidliet fil-bażilika mill-arkitett Ċek Frantisek Maxmilian Kanka; it-twieqi twessgħu, ġew miżjuda xi riffieda, reġa’ nbena t-torri fil-Lbiċ tal-bażilika, u ġiet mibnija l-faċċata l-ġdida fil-Punent b’żewġ torrijiet bi stil Barokk u Gotiku.[3]

Ir-raħal storiku ta’ Třebíč, li huwa estiż fuq iż-żewġ naħat tax-xmara Jihlava, ġie ddikjarat Żona ta’ Konservazzjoni fl-1990. Il-Kwartier Lhudi u l-Bażilika ta’ San Prokopju, flimkien mal-kastell u l-ġonna, huma kollha inklużi fiż-Żona ta’ Konservazzjoni ta’ Trebic.[4]

 
Veduta tar-raħal mix-xmara Jihlava

Kronoloġija

immodifika
  • 1101: twaqqif tal-Monasteru Benedettin.
  • 1277: l-iktar dokument antik li jsemmi r-raħal ta’ Třebíč.
  • 1335: l-għoti tad-drittijiet ta’ raħal lil Třebíč skont ir-raħal irjali ta’ Znojmo.
  • 1338: l-ewwel referenzi ta’ insedjament Lhudi.
  • 1468: ir-raħal ta’ Třebíč inħakem u nqered minn Matthias Corvinus tal-Ungerija.
  • Wara l-1800: l-espansjoni tal-konzerija u tal-produzzjoni taż-żraben.
  • 1871: il-ftuħ tal-Palazz Nazzjonali (Národní dům) u t-twaqqif ta’ skola tal-grammatika (Gymnázium Třebíč) biċ-Ċek bħala l-ilsien tat-tagħlim.
  • 1886: l-ewwel ferrovija tgħaddi minn Třebíč.
  • 1930: l-iżvilupp tal-produzzjoni taż-żraben u l-kostruzzjoni tal-kolonji tal-ħaddiema – illum id-diviżjoni ta’ Borovina.
  • Snin 70 u 80 tas-seklu 20: il-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjonijiet residenzjali ġodda u żieda sussegwenti fil-popolazzjoni.
  • Snin 90 tas-seklu 20: ir-rinnovazzjoni veloċi tar-raħal.
  • 2003: it-tniżżil tal-Kwartier Lhudi u tal-Bażilika ta’ San Prokopju fil-lista ta’ Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.

Sit ta’ Wirt Dinji

immodifika
 
Il-Bażilika ta’ San Prokopju

Il-kwartier Lhudi u l-Bażilika ta’ San Prokopju ġew iddeżinjati bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”, ladarba l-kwartier Lhudi u l-Bażilika ta’ San Prokopju ta’ Třebíč huma xhieda tal-koeżistenza u l-interskambju ta’ valuri bejn żewġ kulturi differenti, tal-Lhud u tal-Kristjani, tul is-sekli; u l-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”, ladarba l-kwartier Lhudi ta’ Třebíč huwa xhud eċċezzjonali tat-tradizzjonijiet kulturali tad-diaspora Lhudija fl-Ewropa Ċentrali.[2]

Ġeografija

immodifika

Ir-raħal ta’ Třebíč jinsab 35 km fix-Xlokk ta’ Jihlava u 65 km fil-Punent ta’ Brno fuq ix-xmara Jihlava. L-elevazzjoni tar-raħal hija bejn 392 metru u 503 metri ’l fuq mil-livell tal-baħar.

Třebíč għandu klima miti b’waqtiet tax-xita okkażjonali. It-temperatura annwali medja hija 7.5 °C, it-temperatura medja f’Lulju hija 18.5 °C u f’Jannar hija −3.4 °C.

Demografija

immodifika
 

Diviżjonijiet tar-raħal

immodifika
  • Borovina (526 dar, 5,864 abitant)
  • Budíkovice (61 dar, 199 abitant)
  • Horka Domky (1,158 dar, 7,788 abitant)
  • Jejkov (91 dar, 270 abitant)
  • Nové Dvory (987 dar, 16,657 abitant)
  • Nové Město(161 dar, 1,056 abitant)
  • Pocoucov (59 dar, 183 abitant)
  • Podklášteří (1,009 dar, 3,899 abitant)
  • Ptáčov (66 dar, 212-il abitant)
  • Račerovice (49 dar, 155 abitant)
  • Řípov (22 dar, 68 abitant)
  • Slavice (80 dar, 246 abitant)
  • Sokolí (44 dar, 88 abitant)
  • Stařečka (202 idjar, 539 abitant)
  • Týn (203 idjar, 1,171 abitant)
  • Vnitřní Město (53 dar, 210 abitant)
  • Zámostí (124 dar, 416 abitant)

Progress tal-popolazzjoni

Sena Popolazzjoni
1763 3 149
1772 3 439
1791 4 743
1799 5 010
1830 6 005
1835 6 731
1843 6 803
1849 7 800
1850 8 002
1869 10 328
1880 11 999
1890 13 726
1900 15 309
1910 16 347
1921 17 191
1930 17 555
1950 20 257
1960 20 387
1970 22 555
1980 29 017
1985 36 008
1991 38 355
2001 39 021
2005 38 715
2008 38 717
2014 37 095
2015 36 641
2019 35 691

Trasport

immodifika
 
Waħda mit-toroq prinċipali ta’ Třebíč

Fost ir-rotot kummerċjali li kien hemm ħdejn Třebíč diġà minn żmien il-qedem insibu r-rotot ta’ Habry, ta’ Lovětín u ta’ Libice.

Illum il-ġurnata, Třebíč huwa salib it-toroq importanti għat-traffiku tar-reġjun. It-toroq prinċipali li jgħaddu minn Třebíč huma l-I/23 (Brno – České Budějovice) u l-II/360, li jikkollegaw ir-raħal ta’ Třebíč mal-awtostrada D1. It-triq II/405, li tgħaddi ħdejn ir-raħal, tikkollegah mal-belt kapitali tar-Reġjun ta’ Vysočina – Jihlava.

Il-ferrovija tgħaddi mid-direzzjoni Lvant-Punent fi Třebíč. Il-ferrovija Nru 240 tikkollega lil Třebíč mal-bliet ta’ Brno u Jihlava. Hemm żewġ stazzjonijiet tal-ferrovija li jaqdu lir-raħal: Třebíč u Třebíč-Borovina.

Hemm ajruport rikreattiv żgħir fil-limiti tar-raħal.

Fl-imgħoddi ġiet proposta linja tat-trolley bus iżda qatt ma nbniet.

Fir-raħal ta’ Třebíč hemm diversi faċilitajiet segregati għar-roti, fosthom rotta għaċ-ċiklistili tagħti minn Jihlava għal Raabs an der Thaya, li nbniet fl-2009.

Festivals

immodifika
  • Divadelní Třebíč – festival teatrali amatorjali
  • Šamajim – festival tal-kultura Lhudija
  • Bramborobraní – festival folkloristiku tal-patata bil-mużika u ż-żfin
  • Oslavy Unesco – ċelebrazzjoni tal-anniversarju tat-tniżżil tar-raħal fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO
  • Divadla 2-3-4 herců – festival teatrali professjonali
  • Zámostí – festival kulturali u mużikali[5]
  • Concentus Moraviae – kunċerti tal-mużika klassika

Edukazzjoni

immodifika

Universitajiet

immodifika
  • Il-Kulleġġ tal-Moravja tal-Punent ta’ Třebíč

Skejjel sekondarji

immodifika
  • Gymnázium Třebíč
  • Střední průmyslová škola Třebíč (skola sekondarja tas-snajja’ ta’ Třebíč)[6]
  • Katolické gymnázium Třebíč (liċeo Kattoliku ta’ Třebíč)[7]
  • Obchodní akademie Dr. Albína Bráfa
  • Vyšší odborná škola a Střední škola veterinární, zemědělská a zdravotnická Třebíč[8]
  • Hotelová škola Třebíč
  • Střední škola stavební Třebíč
  • Střední škola řemesel Třebíč
  • Soukromá střední odborná škola a Střední odborné učiliště

Nies notevoli

immodifika

Ġemellaġġ

immodifika

Třebíč huwa ġemellat ma’:[9][10]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Population of Municipalities - 1 January 2020". Population of Municipalities - 1 January 2020 (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-02.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Jewish Quarter and St Procopius' Basilica in Třebíč". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-02.
  3. ^ a b ċ Sváček, Libor (2015). UNESCO. pp. 100–107. ISBN 978-80-7339-067-9.
  4. ^ "Třebíč". placeandsee.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-02.
  5. ^ "Zámostí Třebíč 2020". www.zamosti.cz. Miġbur 2021-04-02.
  6. ^ "Střední průmyslová škola Třebíč". www.spst.cz. Miġbur 2021-04-02.
  7. ^ "Katolické gymnázium Třebíč | kgtrebic.cz". www.kgtrebic.cz. Miġbur 2021-04-02.
  8. ^ "Škola | VOŠ a SŠVZZ Třebíč | Kraj Vysočina". VOŠ a SŠVZZ Třebíč (biċ-Ċek). Miġbur 2021-04-02.
  9. ^ "Partnerská města: Třebíč". www.trebic.cz. Miġbur 2021-04-02.
  10. ^ "Čínské město I-čchang požádalo partnerské město Třebíč o pomoc s koronavirem". Radio Prague International (biċ-Ċek). 2020-01-28. Miġbur 2021-04-02.