Žatec
Žatec (pronunzja biċ-Ċek: [ˈʒa.tɛt͡s]; bil-Ġermaniż: Saaz) huwa raħal fid-Distrett ta' Louny fir-Reġjun ta' Ústí nad Labem tar-Repubblika Ċeka. Għandu popolazzjoni ta' madwar 19,000 abitant.[1] Ir-raħal jinsab max-xmara Ohře. Žatec huwa famuż għat-tradizzjoni antika iktar minn 700 sena tat-tkabbir tal-ħops nobbli ta' Saaz li jintuża minn diversi birreriji. Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2] Iċ-ċentru storiku tar-raħal huwa ppreservat sew u huwa protett bil-liġi bħala riżerva monumentali urbana u parzjalment ukoll bħala żona monumentali urbana.
Žatec | |||
---|---|---|---|
Repubblika Ċeka | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Pajjiż | Repubblika Ċeka | ||
Regions of the Czech Republic | Reġjun ta' Ústí nad Labem | ||
District of the Czech Republic | Distrett ta' Louny | ||
Kap tal-Gvern | Radim Laibl (en) | ||
Isem uffiċjali |
Saaz Žatec | ||
Ismijiet oriġinali | Žatec | ||
Kodiċi postali |
438 01 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 50°19′37″N 13°32′46″E / 50.327°N 13.546°EKoordinati: 50°19′37″N 13°32′46″E / 50.327°N 13.546°E | ||
Superfiċjenti | 42.676571 kilometru kwadru | ||
Għoli | 233 m | ||
Fruntieri ma' | Měcholupy (en) , Čeradice (en) , Zálužice (en) , Žiželice (en) , Libočany (en) , Staňkovice (en) , Liběšice (en) , Libořice (en) , Podbořany (en) u Holedeč (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 19,046 abitanti (1 Jannar 2024) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati | Thum, Žalec (en) , Krasnystaw (en) u Poperinge (en) | ||
mesto-zatec.cz |
Partijiet amministrattivi
immodifikaIl-villaġġi ta' Bezděkov, ta' Milčeves, ta' Radíčeves, ta' Trnovany, ta' Velichov u ta' Záhoří huma partijiet amministrattivi ta' Žatec.
L-isem Žatec oriġina mill-kelma Ċeka antika záteč / zateč. Kien isem post fejn ix-xmara fejn kien jinġema' s-silġ f'kanal dejjaq.[3]
Žatec jinsab madwar 18-il kilometru (11-il mil) fil-Punent ta' Louny u 62 kilometru (39 mil) fil-Majjistral ta' Praga. Jinsab fi ħdan pajsaġġ agrikolu tal-Baċir ta' Most. L-ogħla punt huwa 337 metru (1,106 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Ix-xmara Ohře tgħaddi minn ġor-raħal. Il-konfluwenza tax-xmajjar Ohře u Blšanka tinsab fuq in-naħa tal-Lvant tal-fruntiera muniċipali.
L-ewwel tismija bil-miktub ta' Žatec saret fil-kronaka bil-Latin ta' Thietmar ta' Merseburg fl-1004. Fl-1248, Žatec ingħata t-titlu ta' raħal. Fl-1265, ir-raħal ingħata l-privileġġi ta' raħal irjali mir-Re Ottokar II tal-Boemja.
Fis-seklu 16, Žatec kellu madwar 5,000 abitant u kien wieħed mill-iżjed irħula popolati fir-renju. Fl-1827 inbena pont bil-ktajjen fuq ix-xmara Ohře, li kien l-ewwel pont bil-ktajjen fil-Boemja.
Minn meta faqqgħu l-Gwerer Ussiti fl-1419 sal-Gwerra ta' Tletin Sena, ir-raħal kien Ussit jew Protestant, iżda wara l-Battalja tal-Muntanja l-Bajda fl-1620, il-biċċa l-kbira tal-abitanti Ċeki telqu mir-raħal. Ir-raħal baqa' Ġermaniż u Kattoliku Ruman sal-1945, meta l-abitanti li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż tkeċċew lejn il-Ġermanja. Fit-3 ta' Ġunju 1945, madwar 5,000 abitant Ġermaniż inġabru fil-pjazza tar-raħal u mmarċjaw lejn Postoloprty, fejn inqatlu mill-inqas 763 ruħ, għalkemm hemm stimi li jvarjaw saħansitra sa 2,000 vittma maqtula mill-militar Ċekoslovakk f'Žatec u matul il-marċ.[4][5]
Demografija
immodifika
|
|
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Iċ-ċensimenti.[6] |
Ekonomija
immodifikaŽatec u l-madwar huma magħrufa għat-tradizzjoni tat-tkabbir tal-ħops ta' Saaz. Il-ħops ta' Saaz jew ta' Žatec għandu denominazzjoni tal-oriġini protetta.[7]
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-birra bdiet hawnhekk fl-1261. It-tkabbir tal-ħops ġie ddokumentat l-ewwel darba fl-1348. Fl-1800-1801, il-Birrerija ta' Žatec bdiet il-produzzjoni tagħha, u għadha operattiva sal-lum.[8]
Trasport
immodifikaŽatec jinsab fuq il-linja ferrovjarja bejn Plzeň u Most.
Kultura
immodifikaŽatec jospita d-Dočesná, li hija festa tal-ħsad tal-ħops. Din il-festa sseħħ fil-pjazza tar-raħal kull Settembru.[9]
Attrazzjonijiet
immodifikaMill-1961, iċ-ċentru storiku ta' Žatec ġie protett bħala riżerva monumentali urbana. Iċ-ċentru jħaddan fih kollezzjoni ta' binjiet importanti u stili arkitettoniċi mill-perjodu Rumanesk sal-Art Nouveau.
Mill-2003, iż-żona fin-Nofsinhar taċ-ċentru storiku ġiet protetta bħala żona monumentali urbana. Hija importanti l-iktar għall-kostruzzjonijiet tekniċi marbuta mat-tkabbir tal-ħops.
Il-Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna hija waħda mill-iżjed monumenti sinifikanti. Oriġinarjament inbniet bl-istil Rumanesk u wħud mill-partijiet Rumaneski tagħha għadhom ippreservati. Fl-1724-1728 żdiedet il-Kappella ta' San Ġwann ta' Nepomuk. Għall-ħabta tal-1740, il-faċċata tal-Punent ġiet rikostruwita bl-istil Barokk.
It-tradizzjoni tat-tkabbir tal-ħops u tal-produzzjoni tal-birra tispikka fir-raħal. Hemm il-Mużew tal-Ħops u l-Mużew tal-Produzzjoni tal-Birra. It-Tempju tal-Ħops u tal-Birra huwa kumpless turistiku b'diversi attrazzjonijiet, fosthom torri ta' osservazzjoni u arloġġ astronomiku żgħir. Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz, inkluż il-villaġġ ta' Trnovany fi ħdan Žatec u l-villaġġ ta' Stekník, ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2]
Fil-kultura popolari
immodifikaŽatec intuża biex inġibdu bosta films u sensiliet televiżivi storiċi, fosthom Yentl (1983), The Young Indiana Jones Chronicles (1992), Les Misérables (1998), The Scarlet Pimpernel (1999), Oliver Twist (1999), Burning Bush (2013),[10] The Zookeeper's Wife (2016),[11] A Bag of Marbles (2017) u r-rebbieħ tal-Premju Oscar Jojo Rabbit (2019).[12]
Nies notevoli
immodifika- Johannes von Tepl (għall-ħabta tal-1350 – għall-ħabta tal-1415), kittieb;
- Eugen Gura (1842-1906), baritonu tal-opri Ġermaniż;
- Gabriel Anton (1858-1933), newrologu u psikjatra Awstrijaku;
- Adolf Strauss (1902-1944), pjanist u kompożitur;
- Maria Treben (1907-1991), awtriċi u erbalista Awstrijaka;
- Karel Reiner (1910-1979), kompożitur u pjanist;
- Peter Glaser (1923-2014), xjenzat u inġinier ajruspazjali Ċek-Amerikan;
- Zdeněk Svěrák (twieled fl-1936), attur, umorista u xeneġġatur;
- Miroslav Varga (twieled fl-1960), tiratur sportiv, rebbieħ tal-Logħob Olimpiku;
- Jan Svěrák (twieled fl-1965), reġista tal-films;
- Jaromír Zmrhal (twieled fl-1993), plejer tal-futbol.
Ġemellaġġ
immodifikaŽatec huwa ġemellat ma':[13]
Referenzi
immodifika- ^ "Population of Municipalities - 1 January 2023". Population of Municipalities - 1 January 2023 (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Žatec and the Landscape of Saaz Hops". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.
- ^ "jméno Žatecký — PSK". www.ptejteseknihovny.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
- ^ Žatec, město. "Město Žatec". www.mesto-zatec.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
- ^ Stoldt, Hans-Ulrich (2009-08-30). "Mord im Fasanengarten" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Parameters selection VDB". vdb.czso.cz. Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Žatecký chmel - Chráněné označení původu". www.zateckychmel.eu. Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Historie | Žatecký Pivovar". www.zateckypivovar.cz. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-08-31. Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Žatecká Dočesná". Dočesná (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
- ^ Želinský, Libor (2012-05-29). "Režisérka dokončila natáčení filmu o Janu Palachovi" (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Úkrytem v zoo projdou čeští herci i pražské exteriéry, svou průměrnost ale neschová". iROZHLAS (biċ-Ċek). 2017-03-29. Miġbur 2023-10-05.
- ^ "Žatec: Czech town providing perfect location for major productions including JoJo Rabbit". Radio Prague International (bl-Ingliż). 2020-02-27. Miġbur 2023-10-05.
- ^ Žatec, město. "Město Žatec". www.mesto-zatec.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.