Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Karibew

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Karibew

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) iddeżinjat 20 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Karibew. Dawn is-siti jinsabu fi 11-il pajjiż (magħrufa wkoll bħala "stati li huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji"): Kuba, Saint Lucia, Barbados, Saint Kitts u Nevis, l-Istati Uniti (Puerto Rico), in-Netherlands (Curaçao), Franza (Martinique), il-Ġamajka, il-Haiti, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, u Antigua u Barbuda.[1][2] L-ewwel żewġ siti mir-reġjun li ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kienu ċ-Ċentru Storiku ta' Havana u l-Fortifikazzjonijiet tagħha u l-Park Nazzjonali Storiku – Ċittadella, Sans Souci, Ramiers, fl-1982.[3]

Petit Piton, Saint Lucia.

Kull sena, il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO jista' jiddeżinja siti ġodda fil-lista, jew ineħħi s-siti li ma jissodisfawx iktar il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO. L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali. Is-siti "mħallta" huma siti li jissodisfaw kriterji bħala sit kulturali u bħala sit naturali.[4][5]

Il-Kumitat tal-Wirt Dinji jista' jispeċifika wkoll li sit jinsab fil-periklu, u jikkwota "kundizzjonijiet li jheddu l-istess karatteristiċi tal-għażla tal-UNESCO li wasslu biex is-sit jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO".[6]

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

NB: * Siti transnazzjonali (bl-asterisk)

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Ċentru Storiku ta' Havana u l-Fortifikazzjonijiet tal-Belt   La Habana, Kuba kulturali: (iv), (v) 1982 Havana ġiet stabbilita fl-1519 mill-kolonjalisti Spanjoli, u żviluppat f'wieħed miċ-ċentri primarji tal-bini tal-bastimenti fil-Karibew sas-seklu 17. Iċ-ċentru storiku nbena bi stil Barokk u Neo-Klassiku. Fost l-attrazzjonijiet storiċi tal-belt hemm La Cabaña, il-Katidral ta' Havana u t-Teatru l-Kbir ta' Havana.[7]
Trinidad u l-Wied tal-Inġenji   Sancti Spíritus, Kuba kulturali: (iv), (v) 1988 Il-belt ta' Trinidad ġiet stabbilita fil-bidu tas-seklu 16. Fl-1518, Hernán Cortés beda l-ispedizzjoni tiegħu biex jaħkem il-Messiku mill-port ta' Trinidad. Il-belt kienet prosperuża matul il-perjodu kolonjali kollu, l-iktar bis-saħħa tas-suċċess tal-industrija lokali taz-zokkor. Il-Wied de los Ingenios fil-qrib kien l-oriġini tal-industrija Kubana taz-zokkor, li feġġet fis-seklu 18. F'dan il-wied hemm bosta impjanti tal-kannamiela, kif ukoll ranches tal-bhejjem u pjantaġġuni tat-tabakk.[8]
Kastell ta' San Pedro de la Roca, Santiago de Cuba   Santiago de Cuba, Kuba kulturali: (iv), (v) 1997 Il-forti l-kbir inbena biex jiddefendi l-port importanti ta' Santiago de Cuba. Id-disinn tal-fortifikazzjoni kien ibbażat fuq l-arkitettura Taljana u Rinaxximentali. Il-kumpless ta' mħażen tal-porvli, bastjuni u batteriji huwa wieħed mill-iżjed kompluti u l-iżjed ippreservati fost il-fortifikazzjonijiet tad-difiża Spanjoli-Amerikani.[9]
Park Nazzjonali ta' Desembarco del Granma   Granma, Kuba naturali: (vii), (viii) 1999 Il-park nazzjonali ngħata isem il-jott li ttrasporta lil Fidel Castro, Raúl Castro, Che Guevara u 79 membru ieħor tal-Moviment tas-26 ta' Lulju lejn Kuba biex jegħlbu lil Fulgencio Batista. Il-park għandu topografija karstika unika u jinkludi karatteristiċi bħal art imtarrġa, irdumijiet u kaskati.[10]
Wied ta' Viñales   Pinar del Río, Kuba kulturali: (iv) 1999 Il-villaġġ ta' Viñales ġie stabbilit fl-1875 wara t-tkabbir tal-kultivazzjoni tat-tabakk fil-wied tal-madwar. Il-Wied ta' Viñales għandu topografija karstika, arkitettura vernakolari, u metodi tradizzjonali ta' kultivazzjoni. Il-wied kien ukoll is-sit fejn seħħew diversi avvenimenti militari fil-Gwerra Kubana għall-Indipendenza u fir-Rivoluzzjoni Kubana.[11]
Pajsaġġ Arkeoloġiku tal-Ewwel Pjantaġġuni tal-Kafè fix-Xlokk ta' Kuba   Santiago de Cuba u Guantánamo, Kuba kulturali: (iii), (iv) 2000 Matul is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-Lvant ta' Kuba kien involut primarjament fil-kultivazzjoni tal-kafè. Il-fdalijiet tal-pjantaġġuni joħorġu fid-dieher it-tekniki li ntużaw fl-art imħarbta, kif ukoll l-importanza ekonomika u soċjali tas-sistema ta' pjantaġġuni f'Kuba u fil-Karibew.[12]
Park Nazzjonali ta' Alejandro de Humboldt   Holguín u Guantánamo, Kuba naturali: (ix), (x) 2001 Ix-xmajjar li joriġinaw fl-elevazzjonijiet għoljin huma fost l-ikbar tal-Karibew Insulari. Il-park fih firxa wiesgħa ta' formazzjonijiet ġeoloġiċi. Fih ukoll bosta speċijiet bijoloġiċi, inkluż 16-il speċi ta' pjanti endemiċi mit-28 li hemm f'Kuba, kif ukoll speċijiet ta' annimali bħas-solenodon Kuban fil-periklu ta' estinzjoni.[13]
Ċentru Storiku ta' Cienfuegos   Cienfuegos, Kuba kulturali: (ii), (v) 2005 Cienfuegos ġiet stabbilita fl-1819 bħala kolonja Spanjola, għalkemm l-ewwel abitanti tagħha kienu immigranti Franċiżi. Saret ċentru kummerċjali tal-kannamiela, tat-tabakk u tal-kafè bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha fil-Bajja ta' Cienfuegos. Minħabba l-istabbiliment tagħha fl-aħħar tal-perjodu kolonjali, l-arkitettura għandha influwenzi iktar moderni, fosthom ideat moderni tal-ippjanar urban.[14]
Ċentru Storiku ta' Camagüey   Camagüey, Kuba kulturali: (iv), (v) 2008 Camagüey hija fost l-ewwel seba' villaġġi stabbiliti mill-Ispanjoli f'Kuba, u ġiet insedjata għall-ewwel darba fl-1528. L-organizzazzjoni irregolari tal-belt tikkuntrasta mal-kostruzzjoni ordnata tipika tal-biċċa l-kbira tal-insedjamenti Spanjoli. Dan l-istil qisu ta' labirint kien influwenzat mill-ideat Medjevali Ewropej u mill-metodi tradizzjonali ta' kostruzzjoni tal-bennejja u l-ħaddiema immigranti bikrin.[15]
Tarzna Navali ta' Antigua u s-Siti Arkeoloġiċi Relatati   Port Ingliż, Antigua,

Antigua u Barbuda 17°00′30″N 61°45′52″W / 17.00833°N 61.76444°W / 17.00833; -61.76444 (Antigua Naval Dockyard and Related Archaeological Sites)

kulturali:

(ii), (iv)

255 (630) 2016 Is-sit jikkonsisti minn grupp ta' strutturi u binjiet navali bi stil Ġorġjan u mdawrin bil-ħitan. L-ambjent naturali ta' din in-naħa tal-gżira ta' Antigua, b'bajjiet fondi u dojoq imdawra b'artijiet għoljin, kien jagħti kenn mill-uragani u kien ideali għat-tiswija tal-bastimenti. Il-kostruzzjoni tat-tarzna mill-forza navali Brittanika ma kinitx tkun possibbli mingħajr il-ħidma ta' ġenerazzjonijiet ta' skjavi Afrikani mill-aħħar tas-seklu 18. L-għan tas-sit kien li jipproteġi l-interessi ta' dawk li kienu qed ikabbru l-kannamiela fi żmien meta s-setgħat Ewropej kienu qed jikkompetu għall-kontroll tal-Lvant tal-Karibew.[16]
Park Nazzjonali tal-Fortizza tal-Għolja ta' Brimstone   Saint Kitts,

Saint Kitts u Nevis 17°20′49″N 62°50′14″W / 17.34694°N 62.83722°W / 17.34694; -62.83722 (Brimstone Hill Fortress National Park)

kulturali:

(iii), (iv)

1999 Il-fortizza nbniet matul is-sekli 17 u 18 minn skjavi Afrikani f'perjodu ta' tkabbir kolonjali Ewropew. Il-fortizza hija eżempju ppreservat sew ta' arkitettura militari Brittanika fil-Karibew.[17]
Belt Kolonjali ta' Santo Domingo   Distrito Nacional,

ir-Repubblika Dominicana 18°29′0″N 69°55′0″W / 18.483333°N 69.916667°W / 18.483333; -69.916667 (Colonial City of Santo Domingo)

kulturali:

(ii), (iv), (vi)

93 (230) 1990 Santo Domingo ġiet stabbilita fl-1498 ftit wara l-wasla ta' Kristofru Kolombu fuq il-gżira u kellha l-ewwel katidral, sptar, dwana u università li nbnew fid-Dinja l-Ġdida. Il-pjanta tal-belt f'għamla ta' grilja saret mudell għal bliet kolonjali oħra fl-Amerki.[18]
Żona Storika ta' Willemstad, iż-Żona Interna tal-Belt u l-Port, Curaçao   Willemstad, Curaçao, in-Netherlands kulturali: (ii), (iv), (v) 1997 Willemstad ġiet stabbilita bħala insedjament kummerċjali mill-merkanti min-Netherlands fl-1634. Ir-raħal modern jikkonsisti minn diversi distretti storiċi, li jirriflettu t-taħlita ta' influwenzi kulturali Olandiżi, Spanjoli u Portugiżi, kif ukoll mill-Afrika u l-Karibew. Diversi djar storiċi nżebgħu b'kuluri jgħajtu, li hija tradizzjoni li tmur lura għall-bidu tas-seklu 19.[19]
Ċentru Storiku ta' Bridgetown u l-Gwarniġjon   Bridgetown,

Barbados 13°5′48″N 59°36′50″W / 13.09667°N 59.61389°W / 13.09667; -59.61389 (Historic Bridgetown and its Garrison)

kulturali:

(ii), (iii), (iv)

187 (460) 2011 Bridgetown hija eżempju eċċellenti ta' insedjament kolonjali Brittaniku li nbena bejn is-sekli 17 u 19. Għad-differenza tal-insedjamenti Olandiżi u Spanjoli, il-belt ma ġietx stabbilita bi pjanta b'għamla ta' grilja, iżda minflok għandha disinn urban b'toroq iserpu.[20]
Sit Nazzjonali Storiku ta' La Fortaleza u San Juan f'Puerto Rico   San Juan, Puerto Rico, l-Istati Uniti

18°28′0″N 66°7′30″W / 18.466667°N 66.125°W / 18.466667; -66.125 (Old San Juan)

kulturali:

(vi)

33 (82) 1983 Bejn is-sekli 16 u 20 inbnew sensiela ta' strutturi difensivi f'punt strateġiku fil-Baħar tal-Karibew sabiex jipproteġu l-belt u l-bajja ta' San Juan. Dawn l-istrutturi jirrappreżentaw wirja fina ta' arkitettura militari Ewropea adattata għas-siti tal-port fil-kontinent Amerikan.[21]
Park Nazzjonali ta' Morne Trois Pitons   in-Nofsinhar u l-parti ċentrali tal-gżira ta' Dominica

15°16′N 61°17′W / 15.267°N 61.283°W / 15.267; -61.283 (Morne Trois Pitons National Park)

naturali:

(viii), (x)

6,857 (16,940) 1997 [22]
Park Nazzjonali Storiku – Ċittadella, San Souci, Ramiers   Nord, il-Haiti

19°34′25″N 72°14′39″W / 19.57361°N 72.24417°W / 19.57361; -72.24417 (National History Park – Citadel, Sans Souci, Ramiers)

kulturali:

(iv), (vi)

1982 Il-Palazz ta' Sans Souci kien ir-residenza rjali u nbena mir-Re Enriku I. Kien l-iżjed importanti mid-disa' palazzi mibnija mir-re, flimkien ma' ħmistax-il châteaux, bosta fortijiet, u diversi djar tas-sajf fl-għoxrin pjantaġġun tiegħu. Iċ-Ċittadella ta' Laferrière hija fortizza kbira fil-quċċata ta' muntanja fit-Tramuntana ta' Haiti, u hija l-ikbar fortizza fl-Amerki. Il-fortizza fil-quċċata tal-muntanja saret ikona nazzjonali tal-Haiti, u tidher fil-muniti, fil-bolol, u fil-posters tal-ministeru għat-turiżmu. Il-binjiet ta' Ramiers kienu fost l-ewwel monumenti li nbnew wara r-Rivoluzzjoni tal-Haiti.[23]
Żona ta' Ġestjoni tal-Pitons   qrib Soufrière,

Saint Lucia 13°48′26″N 61°4′13″W / 13.80722°N 61.07028°W / 13.80722; -61.07028 (Pitons Management Area)

naturali:

(vii), (viii)

2,909 (7,190) 2004 [24]
Muntanji Blu u John Crow   il-Ġamajka

18°04′39″N 76°34′16″W / 18.077500°N 76.571111°W / 18.077500; -76.571111 (Blue and John Crow Mountains)

imħallat:

(iii), (vi), (x)

26,252 (64,870) 2015 Il-park ikopri bejn wieħed u ieħor madwar 4.5 % tal-Ġamajka.[25]
Żoni Vulkaniċi u Forestali ta' Martinique   Martinique,

Franza

naturali: (vii), (viii), (ix), (x) 2023 It-topografija varjata tal-gżira toħloq firxa wiesgħa ta' bijoklimiu wasslet għall-iżvilupp ta' diversi ekosistemi forestali b'bosta pjanti varjati.[26]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Number of World Heritage Properties by region. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "United Nations Statistics Division - Country and Region Codes". web.archive.org. 2002-06-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2002-06-25. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage List Statistics". web.archive.org. 2021-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-12-05. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "World Heritage List Nominations. UNESCO". web.archive.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-06-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "UNESCO World Heritage Centre - World Heritage in Danger". web.archive.org. 2021-01-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-01-13. Miġbur 2023-08-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Havana and its Fortification System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Trinidad and the Valley de los Ingenios". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Pedro de la Roca Castle, Santiago de Cuba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Desembarco del Granma National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Viñales Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Landscape of the First Coffee Plantations in the South-East of Cuba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Alejandro de Humboldt National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Urban Historic Centre of Cienfuegos". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Camagüey". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Antigua Naval Dockyard and Related Archaeological Sites". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  17. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brimstone Hill Fortress National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  18. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Colonial City of Santo Domingo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  19. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Area of Willemstad, Inner City and Harbour, Curaçao". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
  20. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Bridgetown and its Garrison". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  21. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "La Fortaleza and San Juan National Historic Site in Puerto Rico". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  22. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Morne Trois Pitons National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  23. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "National History Park – Citadel, Sans Souci, Ramiers". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  24. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pitons Management Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  25. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Blue and John Crow Mountains". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  26. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Volcanoes and Forests of Mount Pelée and the Pitons of Northern Martinique". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.