Trinidad, Kuba
Trinidad (pronunzja bl-Ispanjol: [tɾiniˈðað]) hija belt fil-provinċja ta' Sancti Spíritus, f'Kuba ċentrali. Flimkien mal-Wied tal-Inġenji fil-qrib, il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988, minħabba l-importanza storika tagħha bħala ċentru tal-kummerċ taz-zokkor fis-sekli 18 u 19.[1] Trinidad hija waħda mill-iżjed bliet ippreservati fil-Karibew miż-żmien meta l-kummerċ taz-zokkor kien l-industrija prinċipali fir-reġjun.
Trinidad, Kuba | ||
---|---|---|
Kuba | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat gżira | Kuba | |
Province of Cuba | Provinċja ta' Sancti Spiritus | |
Kodiċi postali |
62600 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 21°48′N 79°58′W / 21.8°N 79.97°WKoordinati: 21°48′N 79°58′W / 21.8°N 79.97°W | |
Superfiċjenti | 1,155 kilometru kwadru | |
Għoli | 60 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 51,994 abitanti | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1514 (Gregorian) | |
Żona tal-Ħin | Żona tal-Ħin tal-Lvant | |
bliet ġemellati | San Benedetto del Tronto | |
dtcuba.com… |
Storja
immodifikaTrinidad ġiet stabbilita fit-23 ta' Diċembru 1514 minn Diego Velázquez de Cuéllar bl-isem ta' Villa de la Santísima Trinidad.[2]
Hernán Cortés irrekluta l-irġiel għall-ispedizzjoni tiegħu mid-dar ta' Juan de Grijalva fi Trinidad u f'Sancti Spíritus fil-bidu tal-ispedizzjoni tiegħu tal-1518. Fosthom kien hemm Pedro de Alvarado u l-ħames aħwa tiegħu. Wara għaxart ijiem, Cortes baħħar, u l-uffiċjal inkarigat Francisco Verdugo ma rnexxilux jipprevjeni t-tluq ta' Cortes, minkejja l-ordnijiet mingħand Diego Velázquez.[3]
L-Ispedizzjoni ta' Narvaez żbarkat fi Trinidad fl-1527 fi triqitha lejn Florida. L-ispedizzjoni nqabdet f'urugan, u ntilfu żewġ vapuri, għoxrin żiemel u sittin raġel minħabba l-qilla tal-maltempata.
Il-belt proprja hija maqsuma fil-barrios (kwartieri) ta' Primero, Segundo u Tercero. Il-muniċipalità kollha hija magħmula mill-consejos populares (kunsilli popolari) ta' Centro, Zona Monumento, Armando Mestre, La Purísima, Casilda, Federación Nacional de Trabajadores Azucareros (FNTA), Condado, Topes de Collante, San Pedro, Manacas - Iznaga, Algarrobo, Pitajones u Caracusey.
Ekonomija
immodifikaIllum il-ġurnata, l-industrija prinċipali ta' Trinidad hija l-ipproċessar tat-tabakk. Il-partijiet iktar antiki tal-belt huma ppreservati sew, u l-industrija tat-turiżmu ta' Kuba ddaħħal introjtu mdaqqas mill-gruppi turistiċi. B'kuntrast ma' dan, xi partijiet tal-belt lil hinn miż-żoni turistiċi huma mitluqa sew, speċjalment fiċ-ċentru. It-turiżmu min-nazzjonijiet tal-Punent huwa sors ewlieni ta' introjtu fil-belt.
Turiżmu
immodifikaIl-belt tinsab mal-kosta tal-Karibew qrib il-Muntanji ta' Escambray.
Kultura
immodifikaBelt
immodifika- Plaza Mayor
Il-Plaza Mayor (litteralment il-Pjazza Ewlenija) ta' Trinidad hija pjazza u mużew fil-beraħ tal-arkitettura Kolonjali Spanjola. Iż-żona tal-pjazza storika tinkludi xi ftit blokok kwadri, toroq pavimentati biċ-ċagħaq, djar ikkuluriti bi grilji tal-ferrobattut, u binjiet tal-era kolonjali bħall-Katidral tat-Trinità Mqaddsa u l-Kunvent ta' San Franġisk. Il-Mużew tal-Istorja Muniċipali jinsab fil-belt ukoll.
- Mużika
Hemm diversi casas de musica, inkluż waħda qrib il-katidral fil-Plaza Major. Hemm ukoll diskoteki, inkluż waħda fil-fdalijiet ta' knisja; u hemm oħra f'għar kbir li qabel kien jintuża bħala sptar fi żmien il-gwerra.
Reġjun
immodifika- Fabbriki taz-zokkor
Il-Wied tal-Fabbriki taz-Zokkor jew tal-Inġenji (Valle de los Ingenios), inkluża flimkien mal-belt bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fih madwar 70 fabbrika storika tal-kannamiela. Dawn jirrappreżentaw l-importanza taz-zokkor għall-ekonomija Kubana mis-seklu 18.
Il-wied fih ukoll it-Torre Iznaga, torri ta' 45 metru (148 pied) li nbena minn Alejo Iznaga Borrell fl-1816.
- Kosti u bajjiet
20 kilometru (12-il mil) mill-belt hemm Topes de Collantes, wieħed miċ-ċentri ewlenin tal-ekoturiżmu ta' Kuba. Attrazzjoni oħra hija l-Bajja ta' Casilda, li tattira lill-għawwiema u lill-bugħaddasa.
Gżejra fil-qrib għandha bajjiet mhux mittiefsa. Il-Bajja ta' Ancón — Playa Ancón, hija bajja tar-ramel abjad u kienet waħda mill-ewwel żoni ġodda bil-lukandi li ġew żviluppati f'Kuba wara r-rivoluzzjoni tal-1959. Tul il-Peniżola ta' Ancón hemm tliet lukandi: il-Lukanda ta' Costa Sur, il-Lukanda ta' Ancón, u l-Lukanda ta' Brisas Trinidad del Mar.
Demografija
immodifikaFl-2022, il-muniċipalità ta' Trinidad kellha popolazzjoni ta' 76,500 ruħ. B'erja totali ta' 1,155 km2 (446 mil kwadru), il-belt għandha densità tal-popolazzjoni ta' 63.6/km2 (165/mil kwadru).[4][5]
Gallerija
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Trinidad and the Valle de los Ingenios - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-11-26.
- ^ "Trinidad". www.guije.com. Miġbur 2024-11-26.
- ^ Diaz, B., 1963, The Conquest of New Spain, Londra: Penguin Books, ISBN 0140441239. pp. 49-52.
- ^ "Cuba: Administrative Division (Provinces and Municipalities) - Population Statistics, Charts and Map". www.citypopulation.de. Miġbur 2024-11-26.
- ^ "Cuba Municipalities". statoids.com. Miġbur 2024-11-26.