Jože Plečnik

arkitett Sloven (1872-1957)

Jože Plečnik (twieled fit-23 ta' Jannar 1872 – miet fis-7 ta' Jannar 1957) kien arkitett Sloven li kellu impatt kbir fuq l-arkitettura moderna fi Vjenna, l-Awstrija, f'Praga, iċ-Ċekja, u f'Ljubljana, il-belt kapitali tas-Slovenja, b'mod partikolari bid-disinn tal-Pont Triplu ikoniku u tal-binja tal-Librerija Nazzjonali u tal-Librerija Universitarja Slovena, kif ukoll il-binjiet tul ix-xtut tax-xmara Ljubljanica, il-binja tas-Suq Ċentrali ta' Ljubljana, iċ-ċimiterju ta' Ljubljana, parks, pjazez, eċċ. L-impronta arkitettonika tiegħu fuq Ljubljana ġiet imqabbla mal-impatt li kellu Antoni Gaudí fuq Barċellona, Spanja.[1]

Jože Plečnik
Ħajja
Twelid Ljubljana, 23 Jannar 1872
Nazzjonalità Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja
Renju tal-Jugoslavja
Kingdom of Serbs, Croats and Slovenes (en) Translate
Ċislejtanja
Mewt Ljubljana, 7 Jannar 1957
Post tad-dfin Ċimiterju Ċentrali ta' Žale
Edukazzjoni
Alma mater Akademie der bildenden Künste Wien
Lingwi Sloven
Ġermaniż
Għalliema Otto Wagner
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
għalliem fl-università
pjanifikatur urban
disinjatur
għalliem
Post tax-xogħol Graz
Vjenna
Praga
Ljubljana
Impjegaturi Techical faculty of Ljubljana (en) Translate
Università ta' Ljubljana
Academy of Arts, Architecture and Design in Prague (en) Translate
Xogħlijiet importanti Knisja tal-Qalb l-Aktar Imqaddsa tal-Mulej
Bežigrad Stadium (en) Translate
Villa Loos (en) Translate
Zacherlhaus (en) Translate
Fountain Karl-Borromäus (en) Translate
Knisja tal-Ispirtu s-Santu
National and University Library of Slovenia (en) Translate
Ċimiterju Ċentrali ta' Žale
Premjijiet
Sħubija L-Akkademja Slovena tax-Xjenza u l-Arti
Royal Institute of British Architects (en) Translate
honorary citizenship (en) Translate
Seċessjoni ta' Vjenna

L-istil tiegħu huwa assoċjat mal-istil arkitettoniku tas-Seċessjoni ta' VjennaHis style is associated with the Vienna Secession style of architecture (tip ta' Art Nouveau). Apparti f'Ljubljana, huwa ħadem fi Vjenna, f'Belgrad, is-Serbja, u fuq il-Kastell ta' Praga. Huwa influwenza l-Kubiżmu Ċek avant-garde. Huwa wkoll membru fundatur tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Ljubljana, fejn issieħeb fuq stedina mingħand Ivan Vurnik, arkitett notevoli ieħor ta' Ljubljana.

Ħajja immodifika

Plečnik twieled f'Ljubljana, Carniola, l-Awstrija-l-Ungerija, attwalment is-Slovenja, iben Helena (kunjomha xebba Molka) u Andrej Plečnik.[2] Huwa studja mal-arkitett u l-edukatur notevoli ta' Vjenna Otto Wagner u ħadem fl-uffiċċju tal-arkitettura ta' Wagner sal-1900. Ħabiba bagħtet ittra lil Plečnik biex tistaqsih jiżżewwiġha. Huwa wieġeb, "Jien diġà miżżewweġ mal-arkitettura tiegħi".[3]

Xogħol immodifika

Mill-1900 sal-1910, filwaqt li kien qed jipprattika fl-uffiċċju ta' Wagner fi Vjenna, huwa ddisinja d-Dar ta' Langer (1900) u d-Dar ta' Zacherl (1903-1905).

Il-Knisja tal-Ispirtu s-Santu (bil-Ġermaniż: Heilig-Geist-Kirche) tiegħu tal-1910-1913 hija notevoli għall-użu innovattiv tagħha ta' konkos imferra' fil-post għall-istruttura tagħha u għas-superfiċe esterna tagħha, kif ukoll għal-lingwaġġ tal-forma klassika astratta tagħha. L-iżjed radikali hija l-kripta tal-knisja, bil-kolonni rqaq tagħha tal-konkos u bil-kapitelli u l-bażijiet angolari Kubisti.

Fl-1911, Plečnik mar jgħix f'Praga, fejn għallem fil-kulleġġ tal-arti u l-artiġjanat. L-ewwel President tar-Repubblika l-ġdida taċ-Ċekoslovakkja mill-1918 'il quddiem, Tomáš Masaryk, ħatar lil Plečnik bħala l-arkitett ewlieni għar-rinnovazzjoni tal-1920 tal-Kastell ta' Praga. Mill-1920 sal-1934 Plečnik lesta firxa wiesgħa ta' proġetti fil-kastell, inkluż ir-rinnovazzjoni tal-ġonna u tal-btieħi, id-disinn u l-installazzjoni ta' monumenti u skulturi, u d-disinn ta' bosta spazji interni ġodda, inkluż is-Sala ta' Plečnik li tlestiet fl-1930, li fiha tliet livelli ta' passaġġi b'kolonni Doriċi astratti. Ix-xogħol finali tiegħu f'Praga kien il-Knisja tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù (Kattolika Rumana, 1929-1932).

Mal-istabbiliment fl-1921 tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Ljubljana, huwa ġie mistieden mill-arkitett Sloven sieħbu Ivan Vurnik biex isir membru fundatur ta' fakultà u mar jgħallem l-arkitettura fl-Università ta' Ljubljana. Plečnik baqa' f'Ljubljana sa mewtu, u hemmhekk l-influwenza tiegħu bħala arkitett hija l-iktar notevoli.

L-għoti ta' identità moderna lill-belt ta' Ljubljana immodifika

Plečnik ta l-identità moderna lill-belt kapitali tas-Slovenja billi ddisinja binjiet ikoniċi bħall-binja tal-Librerija Nazzjonali u tal-Librerija Universitarja Slovena. Huwa ddisinja wkoll binjiet notevoli oħra, inkluż l-Uffiċċji tal-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Vzajemna, u kkontribwixxa f'bosta xogħlijiet ta' titjib ċiviku. Huwa ħadem fuq ir-rinnovazzjoni tal-pontijiet tal-belt u tax-xtut tax-xmara Ljubljanica, u dddisinja l-binja tas-Suq Ċentrali ta' Ljubljana, iċ-ċimiterju ta' Ljubljana, parks, pjazez, eċċ. Il-binjiet iddisinjati minn Plečnik inbnew mill-kostruttur Matko Curk.[4]

Matul il-perjodu Komunista tal-istorja Slovena, Plečnik bħala Kattoliku ma baqax meqjus bl-istess mod u r-rwol tiegħu bħala għalliem fl-università gradwalment tnaqqas minħabba li kellu iktar minn 70 sena. Fl-1947, fuq stedina tal-President tal-Assemblea tal-Poplu Sloven biex jiddisinja binja ġdida tal-Parlament, Plečnik ippropona l-Katidral tal-Libertà (magħruf ukoll bħala l-Parlament ta' Plečnik) fejn ried iwaqqa' l-Kastell ta' Ljubljana u minfloku jibni binja ottagonali monumentali. Fl-1952, il-mexxejja tal-belt ta' Ljubljana staqsew lil Plečnik jerġa' jimmudella l-monasteru ta' Križanke f'post adattat għall-Festival ta' Ljubljana, li kien l-aħħar proġett kbir tiegħu f'Ljubljana. Fost il-proġetti l-oħra li lesta dak iż-żmien kien hemm ir-rinnovazzjoni tat-Teatru ta' Prešeren, inkluż l-Arkati ta' Plečnik, it-taraġ u l-funtana, kollha f'Kranj, ir-rikostruzzjoni tal-knejjes, id-disinn tal-Paviljun fuq il-Gżejjer ta' Brijuni (ir-residenza tas-sajf ta' Tito), u bosta monumenti tal-Gwerra tal-Liberazzjoni Nazzjonali (f'Ljubljana-Trnovo, Vipava, Radeče, Črna na Koroškem, Dolenja vas, Sevnica, Laško, Split, Kraljevo, eċċ.). Għax-xogħol tiegħu, ingħata l-Premju Prešeren darbtejn, fl-1949 u fl-1952. Plečnik miet fl-1957 u ngħata funeral statali uffiċjali fiċ-ċimiterju ta' Žale, li attendew għalih bosta mexxejja politiċi, kulturali u tal-knisja.

Legat immodifika

Fis-snin 80 tas-seklu 20, bl-interess Postmodernista fix-xogħol ta' Plečnik, l-interess ġenerali fih ġie rinnovat ukoll, wara li kien intesa matul is-snin 60 u 70 tas-seklu 20. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-legat ta' Plečnik ġie kkommemorat b'diversi modi, l-iktar fis-snin 90 tas-seklu 20 fuq il-karta tal-flus Slovena ta' 500 tolar, bil-Librerija Nazzjonali u Universitarja tas-Slovenja fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus.[5][6]

Il-Katidral tal-Libertà ddisinjat minn Plečnik li baqa' ma twettaqx jidher fuq il-munita Slovena tal-ewro ta' 10 ċenteżmi. Slovenska akropola huwa t-titlu ta' album tal-1987 mill-grupp mużikali industrijali Sloven Laibach. F'Awwissu 2008, maquette tal-Parlament dehret fil-wirja Project Plečnik dwar il-ħajja tal-arkitett, li saret fil-binja tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, il-Belġju, fl-okkażjoni tal-Presidenza Slovena tal-Unjoni Ewropea. Il-kuratur tal-wirja Boris Podrecca ddeskriva l-Parlament bħala "l-iżjed oġġett kariżmatiku" fost l-opri ta' Plečnik.[2]

Barra minn hekk, fit-23 ta' Jannar 2012, biex jiġi ċċelebrat il-140 anniversarju tat-twelid ta' Plečnik, stampa tal-Pont Triplu dehret fl-adattament tal-logo uffiċjali ta' Google (Doodle) fis-Slovenja.[1]

Id-dar ta' Plečnik f'Ljubljana tospita mużew dwar il-ħajja u x-xogħol tiegħu.[7] Hemm diversi busti u skulturi tiegħu madwar il-belt ta' Ljubljana bħala mfakar tax-xogħlijiet u tal-legat tiegħu.

Fl-2021, tmien xogħlijiet ta' Plečnik f'Ljubljana u f'Črna vas tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bit-titlu x-"Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem".[8][9]

Gallerija immodifika

Xogħlijiet fil-Kastell ta' Praga immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ a b "Foto: Plečniku se je za rojstni dan poklonil tudi (slovenski) Google". RTVSLO.si (bl-Isloven). Miġbur 2022-03-23.
  2. ^ a b "Kamniško-komendski biografski leksikon > Oseba". www.leksikon.si. Miġbur 2022-03-23.
  3. ^ "Jože Plečnik's house/museumProfessor of Religious Studies, Author, PhotographerDon Michael Hudson". Don Michael Hudson (bl-Ingliż). 2021-05-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-01-18. Miġbur 2022-03-23.
  4. ^ Kobilica, Katarina; Studen, Andrej (1999). Volja do dela je bogastvo: mikrozgodovinska študija o ljubljanskem stavbnem podjetniku Matku Curku (1885–1953) in njegovi družini [The Will to Work Is a Fortune: A Microhistorical Study About the Ljubljana Construction Businessman Matko Curk (1885–1953)]. Korenine (bis-Sloven). Nova revija. ISBN 961-6017-78-0.
  5. ^ "P-16". banknote.ws. Miġbur 2022-03-23.
  6. ^ Shafer, N., Cuhaj, G. S., Thern, R., & Bruce, C. R. (2019). Standard catalog of world paper money. Iola, WI: Krause Publications. p. 996.
  7. ^ "Plečnik House". www.visitljubljana.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-23.
  8. ^ "Plečnik na Unescovem seznamu kulturne dediščine". Dnevnik. Miġbur 2022-03-23.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The works of Jože Plečnik in Ljubljana – Human Centred Urban Design". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-23.