Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem
Ix-Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Ljubljana, il-belt kapitali tas-Slovenja.[1] Is-sit jinkludi wħud mill-iżjed xogħlijiet prominenti tal-arkitett Sloven Jože Plečnik f'Ljubljana. Matul il-perjodu bejn il-gwerer, Plečnik ħadem biex jittrasforma l-belt ta' Ljubljana minn belt provinċjali għall-belt kapitali tas-Slovenja billi ħoloq sensiela ta' spazji pubbliċi u istituzzjonijiet pubbliċi, u integrahom fin-nisġa urbana li kienet diġà teżisti qabilhom. Ix-xogħlijiet jinkludu l-Knisja ta' San Mikiel f'Črna Vas, u x-xogħlijiet li ġejjin f'Ljubljana: il-mogħdija tal-mixi tul ix-xtut tax-xmara Ljubljanica u l-pontijiet min-naħa għall-oħra tax-xmara, il-"Mogħdija tal-Mixi Ekoloġika": Triq Vegova bil-Librerija Nazzjonali u l-Librerija Universitarja mill-Pjazza tar-Rivoluzzjoni Franċiża sal-Pjazza tal-Kungressi u l-Park tal-Istilla, il-Pont ta' Trnovo, il-Ħitan Rumani f'Mirje, il-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi, u l-Ġnien tal-Qaddisin Kollha fiċ-Ċimiterju ta' Žale.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIx-Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Lista tal-komponenti tas-sit
immodifikaIsem | Stampa | Kodiċi | Koordinati | Erja | Żona ta' Lqugħ |
---|---|---|---|---|---|
Il-Pont ta' Trnovo | 1643-001 | 46°02′36″N 14°30′08″E / 46.04333°N 14.50222°E | Mhux disponibbli | Mhux disponibbli | |
Il-Mogħdija tal-Mixi Ekoloġika tul it-Triq Vegova | 1643-002 | 46°02′52″N 14°30′12″E / 46.04778°N 14.50333°E | Mhux disponibbli | Mhux disponibbli | |
Is-Suq Ċentrali ta' Ljubljana | 1643-003 | 46°02′56″N 14°30′20″E / 46.04889°N 14.50556°E | 12.388 ettaru | Mhux disponibbli | |
Mogħdija tul ix-Xtut u l-Pontijiet tax-xmara Ljubljanica | 1643-003 | 46°02′56″N 14°30′20″E / 46.04889°N 14.50556°E | 12.388 ettaru | Mhux disponibbli | |
Ħitan Rumani f'Mirje | 1643-004 | 46°02′45″N 14°29′54″E / 46.04583°N 14.49833°E | 0.72 ettari | 1.055 ettaru | |
Knisja ta' San Mikiel | 1643-005 | 46°00′44″N 14°30′21″E / 46.01222°N 14.50583°E | 0.281 ettari | 12.984 ettaru | |
Church of St. Francis of Assisi | 1643-006 | 46°04′06″N 14°29′49″E / 46.06833°N 14.49694°E | 1.079 ettaru | 30.23 ettaru | |
Il-Ġnien tal-Qaddisin Kollha fiċ-Ċimiterju ta' Žale | 1643-007 | 46°04′03″N 14°31′43″E / 46.0675°N 14.52861°E | 1.323 ettaru | 45.752 ettaru |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "The works of Jože Plečnik in Ljubljana – Human Centred Urban Design". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-22.