Suq Ċentrali ta' Ljubljana

suq fil-belt kapitali tas-Slovenja

Is-Suq Ċentrali ta' Ljubljana (bis-Sloven: Osrednja ljubljanska tržnica) huwa suq f'Ljubljana, il-belt kapitali tas-Slovenja. Il-binja tas-suq fuq xatt ix-xmara xi kultant jissejjaħ is-Suq ta' Plečnik (bis-Sloven: Plečnikova tržnica). Is-suq ġie ddisinjat minn Jože Plečnik bejn l-1931 u l-1939.[1] Huwa estiż bejn il-Pont Triplu u l-Pont tad-Dragun, fuq ix-xatt tal-lemin tax-xmara Ljubljanica.[1][2] Is-suq u l-Pjazza ta' Vodnik (bis-Sloven: Vodnikov trg) fejn jinsab, huma monumenti kulturali ta' importanza nazzjonali. Is-suq parzjalment jinsab ukoll fix-Xatt ta' Adamič u Lunder Embankment (bis-Sloven: Adamič-Lundrovo nabrežje) u fil-Pjazza ta' Pogačar (Pogačarjev trg).

Is-Suq Ċentrali ta' Ljubljana.

It-terremot tal-1895 qered monasteru antik b'kulleġġ djoċesan għall-bniet. Wara li l-binja mġarrfa tneħħiet, il-Pjazza ta' Vodnik intużat għas-suq fil-beraħ. Il-binja tas-suq attwali, iddisinjata mill-arkitett Jože Plečnik, inbniet bejn l-1940 u l-1942 mill-kumpanija ta' Matko Curk.[3][4] Oriġinarjament il-binja kienet tkopri erja ta' 1,876 metru kwadru.[3]

 
Suq fil-beraħ fejn il-Pjazza ta' Pogačar

Id-disinn tal-kumpless jirrifletti influwenzi Rinaxximentali. Ġie maħsub bħala suq fuq żewġ sulari li jsegwi l-kurvatura tax-xmara. Fuq in-naħa li tħares fuq ix-xmara, is-suq għandu twieqi semiċirkolari, filwaqt li fuq in-naħa tat-triq hemm passaġġ bil-kolonni.[5] Sabiex jitħallew il-veduti tax-xmara, il-binja għandha interruzzjoni fi ħdanha permezz ta' żewġ loġoġ fil-beraħ bil-kolonni. Is-saqaf huwa miksi b'madum tal-konkos.[5]

Plečnik ippjana li jimla l-vojt tan-nofs bejn is-swali tas-suq b'pont mgħotti monumentali li jikkollega max-Xatt ta' Petkovšek (bis-Sloven: Petkovškovo nabrežje), iżda d-disinn tiegħu ma twettaqx mill-ewwel. Il-pjanijiet tiegħu għal pont twettqu finalment f'Lulju 2010, meta ġie inawgurat il-Pont il-ġdid ta' Tal-Laħam.[6]

Is-suq jiftaħ kuljum għajr nhar ta' Ħadd. Għandu suq tal-fjuri f'salib it-toroq bejn il-Pjazza ta' Pogačar u l-Pjazza ta' Vodnik, suq tal-ħut u tal-frott imnixxef fis-sular ta' taħt tas-suq, u gabbani tal-prodotti tal-ħami, tal-ħalib u tal-laħam fiż-żewġ sulari. Il-passaġġ bil-kolonni fuq in-naħa tal-Pont Triplu jagħti kenn għall-gabbani tal-ħxejjex aromatiċi, tal-ħwawar, tal-arti u tal-artiġjanat.[5]

Status legali

immodifika
 
Il-bejjiegħa tal-frott fis-Suq Ċentrali ta' Ljubljana

Minn Ottubru 2008, is-suq ġie proviżorjament protett mill-Ministeru Sloven għall-Kultura taħt Vasko Simoniti bħala monument kulturali ta' importanza nazzjonali. Id-digriet ġie annullat mis-suċċessur tiegħu Majda Širca fi Frar 2009. F'Marzu 2012, il-protezzjoni fil-livell statali reġgħet ġiet ippromulgata minn Žiga Turk għal sena bil-protezzjoni tas-Sit Arkeoloġiku tal-Pjazza ta' Vodnik. Minn Ġunju 2012 hemm tilwim fi ħdan il-Muniċipalità tal-Belt ta' Ljubljana, bl-għan li jinbena parkeġġ taħt is-suq, u dan ittella' fil-Qorti Kostituzzjonali Slovena.[7] Il-protezzjoni ġiet approvata mill-inizjattiva ċivili Tržnice ne damo ("Mhux se nċedu s-suq").[8]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Is-Suq Ċentrali ta' Ljubljana huwa wieħed mit-tmien komponenti li jiffurmaw ix-Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[9]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[9]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Ljubljanske tržnice - DEDI". www.dedi.si. Miġbur 2022-03-23.
  2. ^ "Sightseeing - Ljubljana Life Magazine". web.archive.org. 2010-11-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-23. Miġbur 2022-03-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ a b "dLib.si - Domoljub: slovenskemu ljudstvu v poduk in zabavo". www.dlib.si. Miġbur 2022-03-23.
  4. ^ "Register nepremične kulturne dediščine". giskd2s.situla.org. Miġbur 2022-03-23.
  5. ^ a b ċ "Visit Ljubljana". www.visitljubljana.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-23.
  6. ^ W3bStudio (2021-08-03). "Archaeologists find Butcher's Bridge remains from Medieval Ljubljana" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-23. Miġbur 2022-03-23.
  7. ^ "MOL izpodbija odlok o zaščiti tržnice". RTVSLO.si (bl-Isloven). Miġbur 2022-03-23.
  8. ^ "Vsak dan prvi - 24ur.com". www.24ur.com. Miġbur 2022-03-23.
  9. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "The works of Jože Plečnik in Ljubljana – Human Centred Urban Design". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-23.