FC Bayern Munich

(Rindirizzat minn F.C. Bayern München)

Fußball-Club Bayern München e.V., magħruf ukoll bħala sempliċement FC Bayern München jew FC Bayern Munich, huwa klabb sportiv Ġermaniż ibbażat ġewwa Munich, Bavarja. Huwa magħruf aħjar għall-klabb tal-futbol professjonali tiegħu, li jilgħab fil-Bundesliga, l-ogħla kampjonat tal-futbol Ġermaniż, u huwa l-aktar klabb tal-futbol suċċessiv fil-Ġermanja, li kiseb 22 titli nazzjonali u 15-il tazza.[1]

FC Bayern Munich
Isem sħiħ Fußball-Club Bayern München e. V.
Ismijiet oħra Der FCB (Il-FCB)
Die Bayern (Il-Bavarjani)
FC Hollywood
Stern des Südens (Stilla tan-Nofsinhar)
Fundazzjoni 27 ta' Frar 1900
Grawnd Allianz Arena
Proprjetarju Karl Hopfner
President Karl-Heinz Rummenigge
Kowċ Hans-Dieter Flick
Kampjonat Bundesliga
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Il-Klabb kien fondat fl-1900 minn ħdax il-plejer tal-futbol immexxija minn Franz John.[2] Għalkemm Bayern rebħu l-ewwel kampjonat nazzjonali fl-1932,[3] il-klabb ma kienx magħżul għall-bidu tal-Bundesliga fl-1963.[4] Il-klabb kellu l-akbar perjodu ta' suċċess fin-nofs tas-1970ijiet, taħt it-tmexxija ta' Franz Beckenbauer, meta Bayern rebħu t-Tazza Ewropea tlett darbiet infila (1974–76). Fis-snin reċenti Bayern Munich kien l-aktar klabb ta' suċċess fil-futbol Ġermaniż, meta rebħu 5 mill-aħħar 10 titoli tal-Bundesliga. L-aħħar titolu internazzjonali tal-klabb kien it-Tazza Interkontinentali fl-2001, wara li rebħu r-raba' Tazza Ewropea tagħhom fl-istess sena. Bayern Munich għandhom rivalità ma' Borussia Dortmund, TSV 1860 München, u 1. FC Nuremberg.

Mill-bidu tal-istaġun 2005-06 Bayern bdew jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Allianz Arena. Preċedentement, it-tim kien jilagħab ġewwa l-Istadju Olimpiku ta' Munich għal 33 sena. Il-kuluri tat-tim huma aħmar u abjad, u l-emblema tat-tim turi l-kuluri tal-Bavarja.[5] F'termini ta' dħul, Bayern Munich huwa l-akbar klabb sportiv fil-Ġermanja u r-raba' l-akbar klabb tal-futbol fid-dinja, li ġġenera €368.4 miljun fl-2012.[6] Bayern huwa klabb ibbażata bi sħubija b'aktar minn 185,000 membru.[7] Hemm ukoll 3,202 klabbs tal-partitarji uffiċjalment reġistrati b'231,197 membri.[8] Il-klabb għandhu dipartimenti oħra bħal ċess, ħendbol, baskitbol, ġinnastika, bawling, tennis tal-mejda, referìs, u l-futbol b'aktar minn 1,100 membru attiv.[9]

Snin bikrija (1900-1965)

immodifika
 
Ir-replika tal-Viktoria, it-trofew li Bayern irrċevew għal-ewwel titlu nazzjonali tagħhom, 1932.

FC Bayern Munich kien fondat minn membri ta' klabb tal-ġinnastika ta' Munich (MTV 1879). Meta l-kongregazzjoni ta' membri tal-MTV 1879 iddeċidew fis-27 ta' Frar, 1900 li l-plejers tal-futbol tal-klabb mhux se jitħallew jissieħbu fl-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja (DFB), ħdax-il membru tad-diviżjoni tal-futbol ħallew il-kongregazzjoni u fl-istess lejl Fußball-Club Bayern München kien fondat. Fi ftit xhur Bayern kisbu rebħiet bi skor ogħli kontra kull rivali lokali u laħqu s-semifinali tal-Kampjonat Ġermaniż tan-Nofsinhar fl-istaġun 1900-1901. Fis-snin ta wata' il-klabb rebaħ xi trofej lokali u fl-istaġun 1910-11 Bayern issieħbu fil-kampjonat ġdid "Kreisliga", l-ewwel kampjonat reġjonali Bavarjan. Huma rebħu dan il-kampjonat fl-ewwel sena, iżda ma reġghux rebħuha sal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914, li waqqfet l-attivitajiet kollha tal-futbol fil-Ġermanja.[10]

Fis-snin wara l-gwerra, Bayern rebħu diversi kompetizzjonijiet reġjonali, qabel ma rebħu l-ewwel Kampjonat Ġermaniż tan-Nofsinhar fl-1926, il-kisba kienet ripetuta wara sentejn.[11] L-ewwel titolu nazzjonali tagħhom kien miksub fl-1932, meta l-kowċ Richard "Little Dombi" Kohn wassal it-tim għall-kampjonat Ġermaniż billi għelbu lil Eintracht Frankfurt 2–0 fil-finali.

Il-miġja ta' Nazziżmu itemm ħesrem għall-iżvilupp ta' Bayern. Il-president u l-kowċ, li t-tnejn kienu Lhudin, ħallew il-pajjiż. Ħafna oħrajn fil-klabb kienu ippurifikaw ukoll. Bayern kien provokat "Klabb Lhudi" u bħala klabb semi-professjonali, Bayern kienu wkoll affettwati mid-deċiżjoni li l-plejers tal-futbol kellhom jiġu dilettanti sħaħ mill-ġdid. Fis-snin segwenti Bayern ma setgħux jsostnu r-rwol tagħhom ta' konkorrent għat-titlu nazzjonali, li kisbu nofs riżulti fil-klassifika tal-kampjonat reġjonali tagħhom minflok.[12]

Wara l-gwerra Bayern saret membru tal-Oberliga Süd, il-konferenza tan-Nofsinhar tal-ewwel diviżjoni Ġermaniża, li kienet maqsuma f'ħames modi dak iż-żmien. Il-Bayern tħabtu, huma kellhom b'kollox 13-il kowċ bejn l-1945 u l-1963. Fl-1955 dawn kienu relegati, iżda ġew lura għall-Oberliga u fl-istaġun li wara rebħu d-DFB-Pokal għall-ewwel darba, billi għelbu lil Fortuna Düsseldorf 1–0 fil-finali.[13][14] Il-klabb tħabtu finanzjarjament għalkemm kienu fix-xifer tal-falliment fl-aħħar tal-1950ijiet. Manufacturer Roland Endler pprovduta il-fondi meħtieġa u ġie ippremjat b'erba' snin fit-tmexxija tal-klabb.[15] Fl-1963, l-Oberligas fil-Ġermanja kienu kkonsolidati għall-kampjonat nazzjonali wieħed, il-Bundesliga. Ħames timijiet mill-Oberliga tan-Nofsinhar kienu ammessi. Bayern spiċċaw it-tietel fid-diviżjoni tan-nofsinhar dik is-sena, iżda tim ieħor minn Munich, TSV 1860 Munich, kienu rebħu l-kampjonat. Peress li d-DFB ipprefera li ma jinkludix żewġ timijiet minn belt waħda, Bayern ma kienx magħżula għall-Bundesliga. Huma kisbu l-promozzjoni sentejn wara, li t-tim intela' b'żgħażagħ talentużi bħal Franz Beckenbauer, Gerd Müller, u Sepp Maier — li aktar tard ġew indikati kollettivament bħala l-assi.

Snin tad-deheb (1965–79)

immodifika
 
Sepp Maier, Franz Beckenbauer, u Gerd Müller għenu lil Bayern Munich jirbħu l-UEFA Champions League tliet darbiet infila fl-1974, l-1975, u l-1976 u ħafna trofej oħra.

Fl-ewwel staġun tagħhom fil-Bundesliga, Bayern spiċċaw it-tielet u rebħu wkoll it-Tazza Ġermaniża. Dan ikkwalifikahom għall-European Cup Winners' Cup tas-sena ta' wara, li huma rebħu finali drammatiku kontra l-klabb Skoċċiz Rangers, meta Franz "the Bull" Roth skorja d-deċiżiva fil-ħin supplementari. Fl-1967 Bayern żammu t-tazza, iżda progress ġenerali bil-mod ra lil Branko Zebec jieħu f'idejh il-kariga ta' kowċ. Huwa bidel l-istil ta' logħob offensiv ta' Bayern b'approċċ aktar dixxiplinati, u billi għamlu dan, huma kisbu l-ewwel kampjonat u tazza fl-istorja tal-Bundesliga fl-1969. Bayern Munich huma wieħed mill-erba klabbs Ġermaniżi li rebħu l-Bundesliga u DFB-Pokal doppji flimkien ma Borussia Dortmund, 1. FC Köln, u SV Werder Bremen. Zebec uża 13-il plejer biss matul l-istaġun.[16]

Udo Lattek ħa ħsieb il-klabb fl-1970. Wara rebaħ it-tazza fl-ewwel staġun tiegħu, Lattek wassal lil Bayern għat-tielet kampjonat Ġermaniż tagħhom. Il-logħba deċiżiva fl-istaġun 1971–72 kontra Schalke 04 kienet l-ewwel logħba fl-Istadju Olimpiku l-ġdid, u kienet ukoll l-ewwel logħba televiżiva fl-istorja tal-Bundesliga. Bayern għelbu lil Schalke 5–1 u b'hekk sostnew it-titolu, ukoll stabbilixxu diversi rekords, inklużi punti miksuba u gowls skorjati.[17] Bayern wkoll rebħu ż-żewġ kampjonati ta' wara, iżda zenith kien it-trijonf tagħhom fil-Finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra Atlético Madrid, meta Bayern rebħu 4–0 wara r-repetizzjoni tal-logħba.[18] Matul is-snin segwenti, it-tim ma kellhux suċċess domestikament, iżda ddefendew it-titlu Ewropej tagħhom billi għelbu lil Leeds United fil-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins 1974–75 meta Roth u Müller assiguraw ir-rebħa b'żewġ gowls tard. "Aħna tħalna lura fil-logħba u skorjajna żewġ gowls ixxurtjati, b'hekk fl-aħħar konna r-rebbieħa imma konna ferm, fortunati", stqarr Franz Beckenbauer. Billy Bremner emmen li r-referì Franċiż kien "ħafna suspettuż." Il-partitarji ta' Leeds wara vvandalizzaw Pariġi u kienu pprojbiti mill-Futbol Ewropew għal tliet snin.[19] Sena wara ġewwa Glasgow, AS Saint-Étienne kienu melgħuba minn gowl ieħor ta' Roth u Bayern saru t-tielet klabb li rebaħ it-trofew fi tliet snin konsekuttivi. It-trofew finali mirbuħ minn Bayern f'din l-era kien l-unur tat-Tazza Interkontinentali, fejn huma għelbu lil klabb Brażiljan Cruzeiro f'żewġ legs.[20] Il-bqija tad-deċennju kien żmien ta' bidla u ma ra l-ebda titoli oħra għal Bayern. Fl-1977 Franz Beckenbauer ħalla lil klabb u mar ma New York Cosmos u fl-1979 Sepp Maier u Uli Hoeneß irtiraw filwaqt li Gerd Müller issieħeb ma Fort Lauderdale Strikers.[21] Bayerndusel ġew maħluqa matul dan il-perjodu bħala espressjoni ta' disprezz jew għira dwar ir-rebħiet kultant stretti jew inkelle gowls fl-aħħar minuta kontra timijiet oħra.

Minn FC Breitnigge għal FC Hollywood (1979–98)

immodifika
 
Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-bord Karl-Heinz Rummenigge huwa t-tieni l-aqwa skorer fl-istorja ta' Bayern Munich u rebaħ trofej multipli fit-1980ijiet.

It-1980ijiet kienu perjodu ta' taqlib għall-Bayern, b'ħafna tibdiliet fil-persunal u problemi finanzjarji. Fuq il-qasam, Paul Breitner u Karl-Heinz Rummenigge, sejħu lit-tim FC Breitnigge, li wassal it-tim għat-titoli tal-Bundesliga fl-1980 u l-1981. Barra mir-rebħa tad-DFB-Pokal fl-1982, żewġ staġuni relattivament mingħajr suċċessi kienu segwiti, wara li Breitner irtira u l-eks kowċ Udo Lattek irritorna. Bayern rebħu t-Tazza Ġermaniża fl-1984, imbagħad huma komplew billi rebħu 5 kampjonati f'sitt staġuni, inkluża d-double fl-1986. Madankollu, is-suċċess Ewropew kien elużiv matul id-deċennju; Bayern irnexxielhom jiksbu it-tieni post fit-Tazza Ewropea tal-1982 u l-1987.[22]

Jupp Heynckes kien impjegat bħala kowċ fl-1987, iżda wara żewġ kampjonati konsekuttivi fl-1988–89 u l-1989–90 il-forma ta' Bayern kienet mbilla. Wara t-tieni post fl-istaġun 1990–91, il-klabb lesta biss ħames punti l'fuq il-postijiet tar-relegazzjoni fl-istaġun 1991–92. Fl-istaġun 1993–94, Bayern Munich tilfu t-tieni rawnd tal-UEFA Cup kontra t-tim tal-Premier League Norwich City, li baqgħa l-unika klabb tal-futbol Ingliż li għeleb lil Bayern fl-eks grawnd tagħhom li huwa l-Istadju Olimpiku. Is-suċċess irritorna meta Franz Beckenbauer ħa f'idejh it-tieni taqsima tal-istaġun 1993–94, li rebħu l-kampjonat ġdid wara erba' snin. Ftit wara Beckenbauer ġie maħtur il-president tal-klabb.[23]

Is-suċċessuri tiegħu bħala kowċ, Giovanni Trapattoni u Otto Rehhagel it-tnejn l'huma spiċċaw l-istaġun mingħajr trofej, li dawn ma laħqux l-aspettattivi għoljin tal-klabb. [24] Matul dan iż-żmien il-plejers ta' Bayern ta' spiss dehru fil-paġni ta' gossip aktar milli paġni sportivi, li rriżulta l-laqam FC Hollywood. Fil-qosor Franz Beckenbauer kien lura fl-aħħar tal-istaġun 1995–96 bħala kowċ proviżorju u mexxa t-tim tiegħu lejn ir-rebħa tal-UEFA Cup 1995–96, billi għelbu lil Bordeaux fil-finali. Għall-istaġun 1996–97 Giovanni Trapattoni irritorna biex jirbaħ il-kampjonat. Iżda fl-istaġun segwenti season Bayern tilfu t-titolu billi ġew melgħuba mit-tim promoss Kaiserslautern u Trapattoni kellha jirriżenja għat-tieni darba.[25]

Suċċess internazzjonali mġedded (1998–preżent)

immodifika
 
Allianz Arena, wieħed mill-aktar grawnds moderni fid-dinja.

Wara s-suċċess tiegħu ma Borussia Dortmund, Bayern kienu iggwidati minn Ottmar Hitzfeld mill 1998–2004. Fl-ewwel staġun ta' Hitzfeld, Bayern rebħu l-Bundesliga u kienu viċin li jirbħu ċ-Champions League, iżda tilfu 2–1 kontra Manchester United fil-ħin żejjed wara li kellhom vantaġġ tul il-logħba kollha. L-istaġun 1999–2000 irriżulta li Bayern rebħu t-tielet kampjonat u tazza doppja. It-tielet titolu konsekuttiv tal-Bundesliga kien segwit fl-2001, meta rebħu l-kampjonat fl-aħħar jum tal-istaġun. Ġranet wara, Bayern rebħu ċ-Champions League għar-raba' darba wara 25 sena, wara li għelbu lil Valencia bil-penaltis. L-istaġun 2001–02 beda bir-rebħa tat-Tazza Interkontinentali, iżda minn naħa l-oħra spiċċaw mingħajr trofew. Staġun wara Bayern rebħu r-raba' doppja tagħhom, li kellhom vantaġġ tal-kampjonat b'marġni rekord.[26] Ir-renju ta' Hitzfeld intemm fl-2004, prestazzjoni dgħajfa ta' Bayern, inkluża t-telfa ma' tim tat-tieni diviżjoni Alemannia Aachen fit-Tazza Ġermaniża.

Felix Magath ħa f'idejh il-kariga u wassal lil Bayern għal żewġ doppji konsekuttivi. Qabel il-bidu tal-istaġun 2005–06, Bayern iċċaqalqu mill-Grawnd Olimpiku għall-grawnd ġdid modern Allianz Arena, li l-klabb qasam ma 1860 Munich. Il-prestazzjoni tagħhom fil-grawnd fl-istaġun 2006–07 kien erratiku. Huma batew fil-kampjonat u tilfu għall-darb'oħra mal-istess Alemannia Aachen fit-tazza ġermaniża, il-kowċ Magath kien imkeċċi ftit wara l-waqfa tax-xitwa.[27]

 
Bayern jilgħabu kontra São Paulo fl-2007.

L-eks kowċ ta' Bayern Ottmar Hitzfeld irritorna ġewwa Munich f'Jannar 2007, iżda Bayern spiċċaw ir-raba' fl-istaġun 2006–07, b'hekk naqsu milli jikkwalifikaw għaċ-Champions League għall-ewwel darba f'aktar minn għaxar snin. Telf addizzjonali fit-tazza u t-tazza tal-kampjonat ħalla lil-klabb mingħajr unuri għal dan l-istaġun.

Għall-istaġun 2007–08, Bayern Munich għamlu bidliet drastiċi biex jgħinu lill-iskwadra tinbena mill-ġdid. Huma ffirmaw total ta' tmien plejers ġodda u biegħu, neħħew jew selfu disa' plejers mill-iskwadra.[28] Bayern Munich marru l'quddiem biex jirbħu l-Bundesliga, li kienu fil-quċċata tal-klassifika f'kull ġimgħa waħda ta' logħob, u rebħu t-Tazza Ġermaniża fil-finali kontra Borussia Dortmund.[29]

Fil-11 ta' Jannar 2008 Jürgen Klinsmann kien imsemmi bħala s-suċċessur ta' Hitzfeld, li hu ħa f'idu l-kariga fl-1 ta' Lulju 2008. Hu ffirma kuntratt ta' sentejn.[30] Bayern Munich tildu d-DFL-Supercup 1–2 kontra Borussia Dortmund fl-2008. Bayer Leverkusen eliminaw lil Bayern fil-kwarti tal-finali tad-DFB-Pokal. Fiċ-Champions League Bayern laħqu wkoll il-Kwarti tal-Finali wara li rebħu Group F u għelbu lil Sporting Clube de Portugal fl-ewwel rawnd ta' eliminatorja, li kisbu rekord taċ-Champions League b'aggregat ta' 12–1. Fis-27 t'April, jumejn wara t-telfa f'darhom kontra Schalke li rat lil Bayern jinżlu t-tielet post fil-klassifika, Klinsmann kien maħruq. L-eks kowċ Jupp Heynckes kien imsemmi bħala proviżorju sal-aħħar tal-istaġun.[31] Bayern eventwalment spiċċaw it-tieni, b'hekk ikkwalifikaw direttament għaċ-Champions League 2009-10.

Imbagħad Bayern iffirmaw lil kowċ Louis van Gaal għall-istaġun 2009–10. Fit-8 ta' Mejju 2010, Bayern Munich rebħu l-Bundesliga 2009–10 wara rebħa ta' 3–1 kontra Hertha Berlin.[32] Bayern ukoll rebħu t-Tazza Ġermaniża (DFB-Pokal) fil-15 ta' Mejju 2010, b'hekk żguraw id-doppja.[33] Bayern Munich tilfu l-finali taċ-Champions League kontra Inter Milan.[34]

Fl-istaġun 2010–11, Bayern Munich ġew eliminati fl-ewwel rawnd ta' eliminatorja tal-UEFA Champions League kontra Inter Milan bir-regola ta' gowls barra mid-dar u spiċċaw it-tielet fil-Bundesliga.[35]

Fl-istaġun 2011–12, Bayern Munich sofrew hat-trick tat-2 pożizzjoni. Domestikament huma spiċċaw it-tieni fil-Bundesliga u tilfu l-finali tad-DFB Pokal 2–5, kontra Borussia Dortmund. Huma wkoll laħqu l-finali tal-UEFA Champions League fl-istadju tagħhom, iżda tilfu kontra Chelsea bil-penaltis (3–4), li din kienet biss it-tieni telfa tagħhom kontra tim Ingliż fi Munich, u l-ewwel ġewwa Allianz Arena.[36][37]

Fl-istaġun 2012–13, Bayern Munich saru l-ewwel tim fl-istorja biex jirbħu l-ewwel tmien logħbiet tagħhom fil-Bundesliga wara rebħa ta' 5-0 barra minn darhom kontra Fortuna Dusseldorf.[38][39] Fis-6 ta' April 2013, Bayern Munich rebħu l-Bundesliga 2012–13 wara rebħa ta' 1–0 kontra Eintracht Frankfurt b'sitt logħbiet jonqos fil-kampjonat, huma stabbilixxew rekord ġdid tal-aktar rebbieħa kmieni tal-Bundesliga.[40] Fil-25 ta' Mejju 2013, Bayern Munich għelbu lil Borussia Dortmund fil-Finali tal-UEFA Champions League 2013.[41]

Fl-1 ta' Ġunju 2013, Bayern għelbu lil VfB Stuttgart 3–2 fil-finali tad-DFB-Pokal 2013 biex b'hekk sar l-ewwel klabb Ġermaniż li lesta t-tripletta.[42]

L-eks kowċ ta' FC Barcelona Pep Guardiola se jieħu f'idejha l-kariga ta' trejner fil-bidu tal-istaġun 2013–14.[43]

 
Mudell tal-ewwel grawnd ta' Bayern, li kien darhom fis-snin 1906-1924

Bayern lagħbu l-ewwel logħob ta' taħriġ tagħhom ġewwa Schyrenplatz fiċ-ċentru ta' Munich. L-ewwel logħob uffiċjali ġew miżmuma f'Theresienwiese. Fl-1901 Bayern bidlu l-ewwel grawnd tagħhom, li kien jinsab ġewwa Schwabing f'Clemensstraße. Wara li tgħaqqdu ma Münchner Sport-Club (MSC) fl-1906, Bayern mxew għall-grawnd MSC f'Mejju 1907 li jimsab ġewwa Leopoldstraße.[44] Peress li l-folol għal-logħob ta' Bayern żdiedu fil-bidu tal-1920ijiet, Bayern kellhom jaqilbu għal postijiet varji fi Munich.[45]

Mill-1925 Bayern qasmu l-Grünwalder Stadion ma 1860 Munich.[46] sat-Tieni Gwerra Dinjija l-istadju kien proprjetà ta' 1860 Munich, u għadu s'issa magħruf bħala Stadju Sechz'ger ("Sittinijiet"). Huwa kien meqrud matul il-gwerra, u l-isforzi biex jinbena dan irriżulta frammentazzjoni. Ir-rekord ta' folla fil-Grünwalder Stadion huwa rrappurtat aktar minn 50,000 f'logħba kontra 1. FC Nuremberg fl-istaġun 1961–62.[47] Fl-era tal-Bundesliga l-istadju kellu kapaċità massima ta' 44,000 spettatur li kien intlaħaq diversi drabi, iżda l-kapaċità dakinhar ġiet imnaqqsa għal 21,272. Kif kien il-każ fil-maġġoranza tal-perjodu tal-grawnds, il-maġġoranza kbira tal-istadju kienet mogħtija lill-imtarraġ. Illum it-timijiet riservi ta' dawn iż-żewġ timijiet jilagħbu f'dan l-istadju.[48][49]

 
L-Istadju Olimpiku, id-dar ta' Bayern Munich fis-snin 1972-2005

Għall-Olimpjadi tas-sajf 1972 il-belt ta' Munich bniet l-Istadju Olimpiku. L-istadju, magħruf għall-arkitettura tiegħu,[50] kien inawgurat fl-aħħar logħba tal-Bundesliga fl-istaġun 1971–72. Il-logħba ġibdet folla ta' 79,000 spettatur, total li kien intlaħaq mill-ġdid f'diversi okkażjonijiet. L-istadju fil-bidu tiegħu kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-istadju qabel kollox fid-dinja u intlagħbu fih finali ospitanti numerużi, bħal dik tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 1974.[51] Fis-snin segwenti l-istadju għadda minn diversi modifiki, bħal żieda fl-ispazju ta' bilqiegħda minn madwar 50% għal 66%. Eventwalment l-istadju kellu kapaċità ta' 63,000 għal logħbiet nazzjonali, u 59,000 għal okkażjonijiet internazzjonali bħall-kompetizzjonijiet tat-Tazza Ewropea. Ħafna nies, madankollu, bdew iħossu li l-istadju kien wisq kiesaħ fix-xitwa, b'nofs l-udjenza esposta għat-temp minħabba nuqqas ta' kopertura. Ilment ieħor kien id-distanza bejn l-ispettaturi u l-grawnd, l-istadju ttradixxa binarji u wirt fil-qasam tiegħu. Modifika tal-istadju ppruvat impossibbli li l-perit Günther Behnisch evita modifiki maġġuri tal-istadju.[52]

 
Allianz Arena mixgħul aħmar, jfisser li dan il-kulur huwa użat għal-logħob ta' Bayern

Wara ħafna diskussjoni fil-belt, l-istat ta' Bavarja, FC Bayern, u TSV 1860 kienu deċiżi konġuntament fi tmiem l-2000 sabiex jibni grawnd ġdid. Filwaqt li Bayern riedu jibnu grawnd għal bosta snin, l-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 għall-Ġermanja stimula d-diskussjoni li l-Istaju Olimpiku ma jibqgħax jiġu sodisfatt lil kriterji tal-FIFA sabiex jospita logħba tat-Tazza tad-Dinja. Jinsab fuq il-periferija tat-tramuntana ta' Munich, l-Allianz Arena ilu jintuża sa mill-bidu tal-istaġun 2005–06.Il-kapaċità inizjali tiegħu huwa 66,000 sedili kompletament koperti minn dakinhar li ġew miżjuda għall-logħbiet ta' livell nazzjonali għal 69,901 permezz tat-trasformazzjoni ta' 3,000 sedili għal proporzjon imtarraġ ta' 2:1.[53] Minn Awwissu 2012, 2,000 aktar siġġijiet ġew miżjuda fl-aħħar ringiela tal-indana ta' fuq li żdidet il-kapaċità għal 71,000[54]

L-iktar karatteristika prominenti tal-istadju hija s-saff ta' barra trasluċida, li tista tkun imdawla f'kuluri differenti għall-effetti impressjonanti. Normalment dawl aħmar huwa użat għall-logħob ta' Bayern, blu għall-logħob ta' 1860 Munich u abjad għall-logħob tat-tim nazzjonali Ġermaniż.[55]

Rivalitajiet

immodifika

Bayern Munich għandhom rivalità ma' Borussia Dortmund.[56] Bayern u Dortmund ikkompetew kontra xulxin għal bosta titoli tal-Bundesliga. Bayern u Dortmund lagħbu kontra xulxin fil-finali tad-DFB-Pokal tal-2008 kif ukoll tal-2012. It-telfa 2-5 kontra Dortmund fil-finali tad-DFB-Pokal 2012 kienet l-agħar telfa ta' Bayern fil-finali. Bayern u Dortmund lagħbu ukoll kontra xulxin fid-DFL-Supercup fl-1989, 2008, ul-2012. Il-logħba prinċipali tar-rivalità kienet meta Bayern lagħbu kontra Dortmund fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1998. Dortmund avvanzaw minn fuq Bayern b'aggragate ta' 1-0.

Bayern huwa wieħed minn tliet klabbs tal-futbol professjonali fi Munich. Ir-rivali prinċipali lokali ta' Bayern huma TSV 1860 Munich, li kien l-aktar klabb suċċessiv fis-1960ijiet, billi rebħu t-tazza u l-kampjonat. Fis-1970ijiet u t-1980ijiet, TSV 1860 iċcaqalqu bejn l-ewwel u t-tielet diviżjoni, iżda fl-aħħar stabbilixxew ruħhom fit-tieni diviżjoni. Id-Derby ta' Munich għadha avveniment antiċipat ħafna, li jkolla ħafna attenzjoni żejda mill-partitarji taż-żewġ timijiet.[57] 1860 huma kkunsidrati għall-iktar xogħol ta' klassi, u għalhekk ibatu minn bażi ta' partitarju li tonqos fil-belt fejn is-settur tal-manifattura qed jonqos. Bayern huwa meqjus bħala l-klabb ta' stabbiliment,[58] li huwa rifless minn ħafna membri tal-bord li huma jmexxu n-negozju u inkluż l-ewwel president ministru tal-Bavarja, Edmund Stoiber. Minkejja r-rivalità, ripetutament Bayern ġew appoġġjati minn Munich 1860 fi żminijiet ta' finanzjarji diżordinati.

Mill-1920, 1. FC Nuremberg saru r-rivali prinċipali u tradizzjonali ta' Bayern ġewwa Bavarja.[59] Philipp Lahm qal li meta jilagħab kontra Nuremberg ikun "dejjem speċjali" u f'"atmosfera sħuna". Iż-żewġ klabbs lagħbu fl-istess kampjonat fin-nofs tal-1920ijied, iżda fl-1920ijiet u t-1930ijiet, Nuremberg kien ferm aktar suċċessivi, li rebħu ħames kampjonati fl-1920ijiet, li għamlu lil klabb Ġermaniż ċampjins tar-rekords. Bayern ħadu f'idejhom it-titolu aktar minn 60 sena wara, meta huma rebħu l-għaxar kampjonat tagħhom fl-1987, b'hekk qabżu n-numru ta' kampjonati mirbuħa minn Nuremberg.[60] Il-dwel bejn Bayern u Nuremberg huwa spiss imsejjaħ bħala d-Derby ta' Bavarja .

Bayern ukoll igawdu minn rivalità b'saħħitha ma' 1. FC Kaiserslautern, li joriġinaw fil-partijiet minn logħba fl-1973, meta Bayern kellhom vantaġġ ta' 4–1 u spiċċaw telfa ta' 7–4,[61][62] iżda wkoll miż-żewġ klabbs ikkompetu għall-unuri tal-kampjonat Ġermaniż fi żminijiet differenti fil-Bundesliga, kif ukoll il-belt ta' Kaiserslautern li kienet parti mill-Bavarja sat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Mill-1970, ir-rivali ewlenin ta' Bayern kienu l-klabbs li jippakkjaw il-ġlieda b'saħħitha kontra dominanza nazzjonali tagħhom. Fis-1970ijiet dawn kienu Borussia Mönchengladbach, fit-1980ijiet il-kategorija ġiet estiża li inkludiet lil Hamburger SV. Fid-1990ijiet Borussia Dortmund, Werder Bremen, u Bayer Leverkusen[63][64] ħarġu bħala l-aktar avversarji ħerqana. Riċentement Borussia Dortmund, Schalke,[65] u Werder Bremen huma l-isfidanti ewlenin tal-Bundesliga.

Fost ir-rivali ewlenin Ewropej ta' Bayern huma Real Madrid,[66] AC Milan,[67] u Manchester United minħabba ħafna rebħiet, dros u telf klassiċi. Real Madrid kontra Bayern hija l-logħba li storikament kienet tintlagħab ħafna drabi fiċ-Champions League b'14-il logħba u t-Tazza Ewropea b'19-il logħba. L-akbar telfa ta' Real f'darhom kienet fiċ-Champions League meta Bayern skorjaw 4 gowls (2–4) ġewwa Bernabéu fid-29 ta' Frar 2000.[68] Minħabba li Bayern kienu tradizzjonalment diffiċli biex jiġu melgħuba għal Madrid, il-partitarju ta' Madrid sikwit jirreferu għal Bayern bħala 'Bestia negra' li tfisser The Black Beast. Minkejja n-numru ta' dwelijiet, Bayern u Real qatt ma kienu ltaqgħu fil-finali taċ-Champions League jew tat-Tazza Ewropea. L-aħħar darba li ż-żewġ timijiet ltaqgħu kienu fir-rebħa ta' 2–1 għal Real Madrid fis-semi finali taċ-Champions League 2011–12 (3–3 bl-aggregat) li sfurzaw għall-ħin żejjed u penaltis. Bayern Munich rebħu 3–1 bil-penaltis billi laħqu l-ewwel finali taċ-Champions League f'darhom.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' rekords u statistiki ta' FC Bayern Munich.

Bayern huwa storikament l-aktar tim ta' suċċess fil-futbol Ġermaniż, kif huma rebħu l-aktar kampjonat u t-tazzi. Huma wkoll l-aktar tim Ġermaniż ta' suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali, li rebħu 6 tazzi Ewropej.[69] Bayern huwa wieħed minn biss tliet klabbs li rebħu tliet kompetizzjonijiet Ewropej ewlenin u wkoll l-aħħar klabb li rebeħ it-Tazza taċ-Ċampjins tlett darbiet infila.

Domestiċi

immodifika
  • Ċampjins Ġermaniżi
    • Rebbieħa (22) (rekord): 1931–32, 1968–69, 1971–72, 1972–73, 1973–74, 1979–80, 1980–81, 1984–85, 1985–86, 1986–87, 1988–89, 1989–90, 1993–94, 1996–97, 1998–99, 1999–2000, 2000–01, 2002–03, 2004–05, 2005–06, 2007–08, 2009–10, 2012–13
  • DFB-Pokal
    • Rebbieħa (15) (rekord): 1957, 1966, 1967, 1969, 1971, 1982, 1984, 1986, 1998, 2000, 2003, 2005, 2006, 2008, 2010, 2013
  • DFB-Ligapokal
    • Rebbieħa (6) (rekord): 1997, 1998, 1999, 2000, 2004, 2007
  • DFL-Supercup
    • Rebbieħa (5) (rekord): 1982, 1987, 1990, 2010, 2012
 
It-tliet trofej konsekuttivi taċ-Champions League mirbuħa minn Bayern Munich. (1974–76)

Mill-31 ta' Awwissu 2015[70]

N. Poż. Plejer
1   G Manuel Neuer (viċi-kaptan)
5   D Medhi Benatia
6   M Thiago
7   M Franck Ribéry
8   M Javi Martínez
9   A Robert Lewandowski
10   M Arjen Robben
11   M Douglas Costa
13   D Rafinha
14   M Xabi Alonso
15   D Jan Kirchhoff
16   M Gianluca Gaudino
17   D Jérôme Boateng
18   D Juan Bernat
19   M Mario Götze
20   M Sebastian Rode
N. Poż. Plejer
21   D Philipp Lahm (kaptan)
22   G Tom Starke
23   M Arturo Vidal
24   A Sinan Kurt
25   A Thomas Müller
26   G Sven Ulreich
27   D David Alaba
28   D Holger Badstuber
29   A Kingsley Coman (taħt self minn Juventus)
32   M Joshua Kimmich
33   G Ivan Lučić
36   A Patrick Weihrauch
37   A Julian Green
39   D Phillipp Steinhart
40   M Fabian Benko

Plejers barra f'self

immodifika

Skwadra riżerva

immodifika

Ara Bayern Munich II

Plejers notevoli tal-passat

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' plejers ta' Bayern Munich.
L-iskwadra magħżula minn aktar 79,901 partitarji, fl-2005. Il-kowċ magħżul kien Ottmar Hitzfeld.[71]

Fil-logħba tat-tislima tiegħu, Oliver Kahn ġie ddikjarat kaptan onorarju ta' Bayern Munich.[72] Il-plejers t'hawn taħt huma parti mill-Hall of Fame ta' FC Bayern Munich.[73]

1930s

1970s:

1980s:

1990s:

2000s:


Mark van Bommel, kien kaptan mill-bidu tal-istaġun 2008, iżda telaq ma Milan f'Jannar 2011 u Philipp Lahm ingħata l-irwol. Bastian Schweinsteiger, li qabel kien it-tieni viċi-kaptan, issa huwa l-viċi-kaptan.

Snin Kaptan
1965–70   Werner Olk (D)
1970–77   Franz Beckenbauer (D)
1977–79   Sepp Maier (G)
1979   Gerd Müller (A)
1979–80   Georg Schwarzenbeck (D)
1980–83   Paul Breitner (M)
1983–84   Karl-Heinz Rummenigge (A)
1984–91   Klaus Augenthaler (D)
1991–94   Raimond Aumann (G)
1994–96   Lothar Matthäus (D)
1997–99   Thomas Helmer (D)
1999–02   Stefan Effenberg (M)
2002–08   Oliver Kahn (G)
2008–11   Mark van Bommel (M)
2011–   Philipp Lahm (D)

Ara wkoll: Kowċis ta' FC Bayern Munich u Lista ta' rekords u statistiki ta' FC Bayern Munichs#Kowċis

 
Il-kowċ attwali ta' Bayern Pep Guardiola

Staff kurrenti

immodifika

Mis-26 ta' Ġunju 2013 [74][75]

  Pep Guardiola Kowċ prinċipali
  Manel Estiarte Personal assistent
  Hermann Gerland Kowċ assistent
  Domènec Torrent Kowċ assistent
  Toni Tapalović Kowċ tal-gowlers
  Lorenzo Buenaventura Kowċ tas-saħħa
  Andreas Kornmayer Kowċ tas-saħħa
  Thomas Wilhelmi Kowċ tas-saħħa
  Matthias Sammer Direttur sportiv
  Carles Planchart Analista tal-logħba
  Lars Kornetka Analista tal-vidjo
  Michael Niemeyer Analista tal-vidjo
  Hans-Wilhelm Müller-Wohlfahrt Kap mediku
  Lutz Hänsel Tabib tal-klabb
  Peter Ueblacker Tabib tal-klabb
  Roland Schmidt Kardjoloġista
  Fredi Binder Fiżjoterapista
  Gianni Bianchi Fiżjoterapista
  Gerry Hoffmann Fiżjoterapista
  Stephan Weickert Fiżjoterapista
  Helmut Erhard Fiżjoterapista

Kowċis mill-1963

immodifika

Bayern kellhom 17-il kowċ mill-promozzjoni tagħhom għall-Bundesliga fl-1965. Udo Lattek, Giovanni Trapattoni, u Ottmar Hitzfeld servew żewġ termini bħala kowċ prinċipali. Franz Beckenbauer serva terminu wieħed bħala kowċ prinċipali u wieħed bħala proviżorju.[76] Lattek kien l-aktar kowċ suċċessiv tal-klabb, li rebaħ sitt titli tal-Bundesliga, żewġ Tazzi Ġermaniżi u t-Tazza taċ-Ċampjins; segwit mill-qrib minn Ottmar Hitzfeld, li rebaħ ħames titli tal-Bundesliga, żewġ Tazzi Ġermaniżi u Champions League. L-inqas kowċ suċċessiv tal-klabb kien Søren Lerby, li rebaħ inqas minn terz ta' logħbiet tiegħu fil-kariga u kważi presjeduta lil-klabb għar-relegazzjoni fl-istaġun 1991-92.

Il-kowċ preżenti huwa Jupp Heynckes, li qiegħed fit-3 kariga tiegħu wara li kien bħala kowċ prinċipali bejn is-snin 1987-1991 u bħala kowċ proviżorju fl-2009. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2013,[77] iżda Heynckes ripetutament iddikjara li jiddependi fuq il-motivazzjoni tiegħu li huwa jrid jestendi l-kuntratt minkejja l-età tiegħu.[78] Minkejja li l-klabb ħabbar il wasla ta' Josep Guardiola, il-kowċ preċedenti ta' Barcelona ser imexxi lil-klabb minn Lulju 2013.

# Kowċ minn sa ġranet Titoli Maġġuri
1   Zlatko Čajkovski 01/07/63 30/06/68 1096 3 żewġ Tazzi Nazzjonali, European Cup Winners' Cup
2   Branko Zebec 01/07/68 13/03/70 621 2 Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali
3   Udo Lattek 14/03/70 02/01/75 1756 5 tlett Kampjonati, Tazzi Nazzjonali, Tazza taċ-Ċampjins
4   Dettmar Cramer 16/01/75 01/12/77 1051 3 żewġ Tazzi Ewropej, Tazza Interkontinentali
5   Gyula Lorant 02/12/77 28/02/79 454 0
6   Pal Csernai 01/03/79 16/05/83 1538 3 żewġ Kampjonati, Tazzi Nazzjonali
7   Reinhard Saftig* 17/05/83 30/06/83 45 0
8   Udo Lattek 01/07/83 30/06/87 1461 5 tlett Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali
9   Jupp Heynckes 01/07/87 08/10/91 1561 4 żewġ Kampjonati, żewġ SuperCups
10   Søren Lerby 09/10/91 11/03/92 155 0
11   Erich Ribbeck 12/03/92 27/12/93 656 0
12   Franz Beckenbauer 07/01/94 30/06/94 175 1 Kampjonat wieħed
13   Giovanni Trapattoni 01/07/94 30/06/95 365 0
14   Otto Rehhagel 01/07/95 27/04/96 302 0
15   Franz Beckenbauer* 29/04/96 30/06/96 63 1 UEFA Cup waħda
16   Giovanni Trapattoni 01/07/96 30/06/98 730 3 Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat
17   Ottmar Hitzfeld 01/07/98 30/06/04 2192 11 erba' Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali, tlett Tazzi tal-kampjonat, Champions League, Tazza Interkontinentali
18   Felix Magath 01/07/04 31/01/07 945 5 żewġ Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat
19   Ottmar Hitzfeld 01/02/07 30/06/08 516 3 Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat
20   Jürgen Klinsmann 01/07/08 27/04/09 302 0
21   Jupp Heynckes* 27/04/09 31/05/09 35 0
22   Louis van Gaal 01/07/09 10/04/11 648 3 Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, SuperCup
23   Andries Jonker* 10/04/11 26/06/11 61 0
24   Jupp Heynckes 01/07/11 30/06/13 622 1 SuperCup
25   Pep Guardiola[79] 27/07/13 0

* Serva bħala kowċ proviżorju.

Bord kurrenti

immodifika
 
Il-President attwali Uli Hoeneß
Bord Superviżorju
Membri Noti
Uli Hoeneß Ċermen tal-bord ta' Bayern Munich AG
u President ta' Bayern Munich e.V.
Herbert Hainer Viċi-Ċermen tal-bord u Ċermen tal-Adidas
Rupert Stadler Viċi-Ċermen tal-bord u Ċermen tal-Audi
Helmut Markwort Pubblikatur tal-Magażin FOCUS
Dieter Rampl Ċermen konsultattiv tal-bord tal-Grupp UniCredit
Karl Hopfner Viċi-president superjur ta' Bayern Munich e.V.
Dr. Edmund Stoiber Eks Ministru-President tal-Bavarja
Timotheus Höttges Ċermen tat-Telekom AG
Prof. Dr. Martin Winterkorn Ċermen tal-Volkswagen
Bord eżekuttiv
Membri Rwol
Karl-Heinz Rummenigge Ċermen
Jan-Christian Dreesen Ċermen deputat
Matthias Sammer Direttur Sportivi u Membru tal-bord eżekuttiv
Andreas Jung Membru deputat tal-bord eżekuttiv

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ FIFA (ed.). "Bayern München" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  2. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 17–33. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  3. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "Success from the Outset". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  4. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 134. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  5. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 581. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  6. ^ Deloitte LLP (ed.). "Bayern Munich" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-29. Miġbur 2013-03-11. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  7. ^ Bayern Munich, ed. (23 ta' Awwissu 2012). "Bayern overtake Barca" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ FC Bayern Munich, ed. (16 ta' Novembru 2012). "A club in great shape" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2007). "Other Sports" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  10. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 30–40. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  11. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 51–63. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  12. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 101–2. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  13. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 105–120. It-test "ISBN 3-89533-426-X" mhux se jintuża (għajnuna); Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  14. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "A Period of Reconstruction" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  15. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 120–126. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  16. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 155–158. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  17. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 165–171. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  18. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "The Golden Years" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  19. ^ British Broadcasting Corporation, ed. (19 ta' Mejju 1999). "Unlucky Paris match for Leeds". BBC Sport (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  20. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 190–198. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  21. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters. pp. 214–226. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |lingea= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  22. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 226–267. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  23. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 273–299. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  24. ^ "Forward into the next Millenium" (bl-Ingliż). FC Bayern Munich Official Website. 2003. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  25. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 307–345. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  26. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 351–433. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  27. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (31 ta' Jannar 2007). "Bayern part company with Felix Magath" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ Bayern Magazin: 1/59, paġni: 16–21, 11 ta' Awwissu 2007 (Ġermaniż)
  29. ^ fussballdaten.de, ed. (17 ta' Mejju 2008). "Fussballdaten – Zahlen, Texte, Bilder" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  30. ^ The official FC Bayern Munich website, ed. (11 ta' Jannar 2008). "Jürgen Klinsmann to succeed Hitzfeld at Bayern" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  31. ^ The official FC Bayern Munich website (ed.). "Bayern part company with Jürgen Klinsmann" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |datea= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  32. ^ "Bayern celebrate title with win". ESPN (bl-Ingliż). 8 ta' Mejju 2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2013-03-13. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  33. ^ "Bayern win Cup to clinch Double". BBC (bl-Ingliż). 15 ta' Mejju 2010. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  34. ^ "Champions League Final 2010 Statistics" (bl-Ingliż). WhoScored.com. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  35. ^ "Bayern München 2 – 3 Internazionale". Yahoo!Sport (bl-Ingliż). 15 ta' Marzu 2011. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  36. ^ FC Bayern Munich, ed. (24 ta' April 2012). "FCB hofft auf eine 'bayerische Sternstunde'" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  37. ^ UEFA,com, ed. (20 ta' Mejju 2012). "Bayern and Chelsea renew rivalry" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  38. ^ fcbayern.telekom.de, ed. (19 ta' Ottubru 2012). "Bayern keen to extend lead at the top" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  39. ^ fcbayern.telekom.de, ed. (20 ta' Ottubru 2012). "Heynckes: Our best game of the season so far" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  40. ^ FC Bayern Munich, ed. (6 ta' April 2013). "Records fall as Bayern seal stunning title triumph". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  41. ^ "UEFA Champions League 2013 - Dortmund-Bayern Players – UEFA.com".
  42. ^ "DFB - Deutscher Fußball-Bund e.V. - Aktuelle Saison".
  43. ^ The Guardian, ed. (26 ta' Mejju 2013). "Pep Guardiola's task will now be to build a Bayern Munich dynasty". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  44. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 451–452. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  45. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 55. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  46. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 453–455. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X
  47. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 122. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  48. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2005). "Das Grünwalder Stadion" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  49. ^ Freunde des Sechz'ger Stadions e.V., ed. (2007). "Sportliche Höhepunkte in der Geschichte des Sechz'gers" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  50. ^ Manfred Brocks .... (1985). Harenberg (ed.). Monumente der Welt (bil-Ġermaniż). pp. 286–287. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna) ISBN 3-88379-035-4
  51. ^ Olympiapark München GmbH, ed. (31 ta' Diċembru 2007). "The Olympic Stadium – Event Highlights" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-07. Miġbur 2013-03-13. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  52. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 463–469. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  53. ^ Allianz Arena München Stadion GmbH, ed. (2007). "General information about the Allianz Arena" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  54. ^ fcbayern.com (ed.). "Allianz Arena capacity increased to 71,000" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  55. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 465–469. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  56. ^ "Der Klassiker: Borussia Dortmund – FC Bayern München". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-16. Miġbur 2013-03-14.
  57. ^ Bayern Magazin: Sonderheft DFB-Pokal, 27 ta' Frar 2008 (bil-Ġermaniż)
  58. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 439–449. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X
  59. ^ FC Bayern Munich (ed.). "Bavarian derby's long and turbulent history" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  60. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 55–57, 64, 256–257. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 3-89533-426-X
  61. ^ Bundesliga 1973/1974 » 12. Spieltag Kaiserslautern versus bayern Weltfussball.de. Miġjub 15 ta' Mejju 2009
  62. ^ The "Roten Teufel" (xjaten ħomor) – tradizzjoni u sorprendenti sportfive.com. Miġjub 15 ta' Mejju 2009
  63. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2008). "Emotion, drama and glory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  64. ^ Sit Uffiċjali ta' FC Bayern Munich, ed. (6 ta' Mejju 2002). "Kahn: We'll be back with a vengeance" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  65. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (30 ta' Marzu 2007). "Bayern fired up for Schalke showdown" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  66. ^ FC Bayern Munich Official Website (ed.). "Bayern seek maximum return in Hamburg" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  67. ^ "Bayern paired with old foes Milan" (bl-Ingliż). 9 ta' Marzu 2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  68. ^ sportal.de, ed. (25 ta' April 2012). "Acht Fakten zum Halbfinal-Rückspiel Real – Bayern" (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-28. Miġbur 2013-03-14. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  69. ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (Ġunju 2008). "Klubstatistik" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  70. ^ fcbayern.de, ed. (2013). "FC Bayern München – First Team" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  71. ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (1 ta' Ġunju 2005). "Fans name greatest Reds of all time" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  72. ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (15 ta' Awwissu 2008). "Kahn wird Ehrenspielführer des FCB" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  73. ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (2012). "Hall of Fame" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  74. ^ fcbayern.de, ed. (2013). "FC Bayern München – Profis" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  75. ^ "Neues Quintett: Das ist Guardiolas Trainerstab" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  76. ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 595. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X
  77. ^ Deutsche Welle (ed.). "Bayern Appoint Jupp Heynckes as new coach" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  78. ^ Financial Times Deutschland, ed. (5 ta' Settembru 2011). "Bayern-Trainer Heynckes: Nach 2013 "mal schauen"" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  79. ^ FC Bayern Munich, ed. (16 ta' Jannar 2013). "Guardiola to take Bayern helm in July 2013" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika

Koordinati: 48°6′6.64″N 11°34′22.00″E / 48.1018444°N 11.57278°E / 48.1018444; 11.57278