Ewro

(Rindirizzat minn Euro)

Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea.

Karti tal-flus tal-ewro
Muniti tal-flus tal-Ewro

L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' għoxrin-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:

  • l-Awstrija
  • il-Belġju
  • Ċipru
  • l-Estonja
  • il-Finlandja
  • Franza
  • il-Ġermanja
  • il-Greċja
  • l-Irlanda
  • l-Italja
  • il-Kroazja
  • il-Latvja
  • il-Litwanja
  • il-Lussemburgu
  • l-Pajjiżi l-Baxxi
  • Malta
  • il-Portugall
  • is-Slovakkja
  • is-Slovenja
  • u Spanja

li flimkien jissejħu ż-żona tal-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra ż-żona tal-ewro iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:

  • Andorra
  • il-Kosovo
  • Monako
  • il-Montenegro
  • San Marino
  • u l-Vatikan

flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Guadeloupe, Martinique u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri taż-żona tal-ewro, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.

Il-muniti ewro tal-pajjiżi fiż-żona tal-ewro

immodifika
 
Ewro 2023
L-Ewropa fid-dinja L-Ewropa bħala għaqda ta' stati L-Ewropa bla fruntieri
€0.01 €0.02 €0.05 €0.10 €0.20 €0.50 €1 €2
               

Il-muniti ewro tal-Awstrija

immodifika
  • 1ċ : turi l-ġenzjana, fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 2ċ : turi l-'edelweiss', fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 5ċ : turi l-primula, fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 1ċ : turi l-Katidral ta' San Stiefnu, Arkitettura Gotika ta' Vjenna
  • 20ċ : turi l-Palazz Belvedere, eżempju ta' stil Barokk
  • 50ċ : turi l-Bini tas-Seċessjoni ta' Vjenna, eżempju ta' art nouveau
  • 1 ewro: turi lil Wolfgang Amadeus Mozart, kompożitur Awstrijak famuż
  • 2 ewro : turi lil Bertha von Suttner, paċifista radikali u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi

Il-muniti ewro tal-Belġju

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġiefri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha u monogramma tar-Re Albertu II tal-Belġju.

Il-muniti ewro ta' Ċipru

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ :
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru 'xini ta' Kyrenia', xini tipiku Ċiprijott, ta' żmien 400 sena Q.K.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru l-'Idolu ta' Pomos', skultura preistorika ta' madwar 3000 Q.K.

Il-muniti ewro tal-Estonja

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-mappa ġeografika tal-pajjiż, akkumpanjata mill-kelma "Eesti" (Estonja).

Il-muniti ewro tal-Finlandja

immodifika
  • Il-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, u 50ċ juru l-Iljun Ħabbar tal-Finlandja, li jinsab fuq l-arma Finlandiża.
  • 1 ewro : turi ċ-ċinji jtiru fuq pajsaġġ Finlandiż. Iċ-ċinju hu l-għasfur nazzjonali tal-Finlandja.
  • 2 ewro: turi l-frotta u l-werqa ta' pjanta li ġejja mill-familja ta' tuta.

Il-muniti ewro ta' Franza

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Pittura ta' Marianne, is-simbolu tar-Repubblika Franċiża
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru ż-żarrgħaja, tema meħuda mill-munita Franċiża ta' qabel.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru siġra bi stil magħmula f'eżagonu bil-kliem 'Liberté Egalité Fraternité'

Il-muniti ewro tal-Ġermanja

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru fergħa mis-siġra tal-Balluta Ġermaniża, li kienet tidher ukoll fuq il-munita Ġermaniża.
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-Bieb ta' Brandeburgu, li hu simbolu ta' diviżjoni u unità.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru l-ajkla Ġermaniża, li hi simbolu tas-sovranità tal-Ġermanja

Il-muniti ewro tal-Greċja

immodifika
  • 1ċ: turi xini Ateniż tas-seklu 5 Q.K.
  • 2ċ: turi xini tal-bidu tas-seklu 19 magħruf bħala 'korvetta'
  • 5ċ: turi tanker modern, simbolu tal-impriża Griega
  • 10ċ: turi lil Rigas Velestinlis-Fereos (1757 - 1798), poeta Grieg
  • 20ċ: turi lil Ioannis Kapodistrias (1776 - 1831), statista Grieg
  • 50ċ: turi lil Eleftherios Venizelos (1864 - 1936), politiku Grieg
  • 1 ewro: dehra tas-seklu 5 Q.K., il-munita tal-4 drakmi ta' Ateni (munita f'munita)
  • 2 ewro: turi l-ħtief ta' Ewropa minn Żeus f'forma ta' barri

Il-muniti ewro tal-Irlanda

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-arpa tradizzjonali tal-Irlanda.

Il-muniti ewro tal-Italja

immodifika
  • 1ċ: turi l-Castel del Monte, kastell tas-seklu 13 li jinsab qrib Andria, fil-Pulja
  • 2ċ: turi t-Torri Mole Antonelliana, torri li jissimbolizza l-belt ta' Turin
  • 5ċ: turi l-Kolossew ta' Ruma, anfiteatru Ruman famuż
  • 10ċ: turi t-twelid ta' Venere, pittura ta' Sandro Botticelli
  • 20ċ: turi l-iskultura 'Forom Uniċi tal-Kontinwità fl-Ispazju' ta' Umberto Boccioni
  • 50ċ: turi l-istatwa ekwestra ta' Marku Awrelju
  • 1 ewro: turi r-Raġel Vetruvjan, tpinġija ta' Leonardo da Vinci
  • 2 ewro: turi xbieha ta' Dante Alighieri, pittura ta' Raffaello

Il-muniti ewro tal-Latvja

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro.

Il-muniti ewro ta' Litwanja

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro.

Il-muniti ewro tal-Lussemburgu

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Gran Duka Enriku tal-Lussemburgu

Il-muniti ewro ta' Malta

immodifika

Fl-artiklu Muniti tal-ewro ta' Malta għandek issib iktar dettall dwar il-muniti tal-ewro Maltin

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Altar tat-Tempji tal-Imnajdra
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru l-Arma tar-Repubblika ta' Malta
  • 1 ewro, 2 ewro: juru is-Salib tal-Kavallieri ta' Malta

Il-muniti ewro ta' Monako

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma ta' Monako
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-monogramma tal-Prinċep Albertu II
  • 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tal-Prinċep Albertu II

Il-muniti ewro tal-Pajjiżi l-Baxxi

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tar-Reġina Beatriċe, bit-titlu tagħha madwar ix-xifer.

Il-muniti ewro tal-Portugall

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma rjali tal-1134
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-arma rjali tal-1142
  • 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma rjali tal-1144

Il-muniti ewro ta' San Marino

immodifika
  • 1ċ: turi t-tielet torri "Il Montale"
  • 2ċ: turi l-istatwa tal-Libertà
  • 5ċ: turi l-ewwel torri "La Guaita"
  • 10ċ: turi l-Bażilika ta' San Marino
  • 20ċ: turi pittura ta' San Marino mill-iskola ta' Guercina
  • 50ċ: turi t-tliet torrijiet li huma: La Guaita; La Cresta u Il Montale
  • 1 ewro: turi l-arma nazzjonali ta' San Marino
  • 2 ewro: turi l-bini tal-gvern

Il-muniti ewro tas-Slovakkja

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-muntanja Kriváň, fil-katina tal-Muntanji Tatra
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-kastell ta' Bratislava
  • 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma tas-Slovakkja (salib patrijarkali fuq tliet għoljiet)

Il-muniti ewro tas-Slovenja

immodifika
  • 1ċ: turi ċ-Ċikonja, meħuda mit-talleru Sloven ta' qabel
  • 2ċ: turi l-Ġebla tal-Prinċep
  • 5ċ: turi l-pittura, 'The Sower' ta' Ivan Grohar
  • 10ċ: turi idea ta' Joze Plecnik, għal bini tal-Parlament Sloven
  • 20ċ: turi żewġ żwiemel Lipizzani
  • 50ċ: turi l-muntanja Triglav
  • 1 ewro: turi lil Primoz Trubar, protestant riformista Sloven
  • 2 ewro: turi lil France Preseren, Poeta romantiku Sloven u l-ewwel linja tas-seba' strofa tal-innu nazzjonali

Il-muniti ewro ta' Spanja

immodifika
  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-Katidral ta' Santiago de Compostela
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru lil Miguel de Cervantes, kittieb Spanjol
  • 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tar-Re Juan Carlos I

Il-muniti ewro tal-Vatikan

immodifika
  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI

Il-Karti tal-Flus tal-ewro

immodifika
Valur tal-karta 5 € 10 € 20 € 50 € 100 € 200 € 500 €
Qies tal-karta 120mm x 62mm 127mm x 67mm 133mm x 72mm 140mm x 77mm 147mm x 82mm 153mm x 82mm 160mm x 82mm
Quddiem              
Wara              

Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - "Żminijiet u Stili Ewropej".

Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum.

Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.

Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Il-karti tal-flus tal-ewro huma dawn:

immodifika
  • Il-Ħames Ewro: għandha l-kulur griż u tirrappreżenta l-Arkitettura Klassika
  • L-Għaxar Ewro: għandha l-kulur aħmar u tirrappreżenta l-Arkitettura Romanika
  • L-Għoxrin Ewro: għandha l-kulur ikħal u tirrappreżenta l-Arkitettura Gotika
  • Il-Ħamsin Ewro: għandha l-kulur oranġjo u tirrappreżenta l-Arkitettura Rinaxximentali
  • Il-Mitt Ewro: għandha l-kulur aħdar u tirrappreżenta l-Arkitettura Barokka u tar-Rokokò
  • Il-Mitejn Ewro: għandha l-kulur isfar fil-kannella u tirrappreżenta l-Arkitettura tal-Art Nouveau
  • Il-Ħames Mitt Ewro: għandha l-kulur vjola u tirrappreżenta l-Arkitettura Moderna tas-seklu 20

Unjoni Monetarja u Ekonomika

immodifika

L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro.

L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa.

Referenzi

immodifika

1. Rapport dwar l-Ismijiet tal-Munita Ewropea (PDF)

Ħoloq esterni

immodifika