FC Bayern Munich
Fußball-Club Bayern München e.V., magħruf ukoll bħala sempliċement FC Bayern München jew FC Bayern Munich, huwa klabb sportiv Ġermaniż ibbażat ġewwa Munich, Bavarja. Huwa magħruf aħjar għall-klabb tal-futbol professjonali tiegħu, li jilgħab fil-Bundesliga, l-ogħla kampjonat tal-futbol Ġermaniż, u huwa l-aktar klabb tal-futbol suċċessiv fil-Ġermanja, li kiseb 22 titli nazzjonali u 15-il tazza.[1]
Isem sħiħ | Fußball-Club Bayern München e. V. | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Der FCB (Il-FCB) Die Bayern (Il-Bavarjani) FC Hollywood Stern des Südens (Stilla tan-Nofsinhar) | |||
Fundazzjoni | 27 ta' Frar 1900 | |||
Grawnd | Allianz Arena | |||
Proprjetarju | Karl Hopfner | |||
President | Karl-Heinz Rummenigge | |||
Kowċ | Hans-Dieter Flick | |||
Kampjonat | Bundesliga | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Il-Klabb kien fondat fl-1900 minn ħdax il-plejer tal-futbol immexxija minn Franz John.[2] Għalkemm Bayern rebħu l-ewwel kampjonat nazzjonali fl-1932,[3] il-klabb ma kienx magħżul għall-bidu tal-Bundesliga fl-1963.[4] Il-klabb kellu l-akbar perjodu ta' suċċess fin-nofs tas-1970ijiet, taħt it-tmexxija ta' Franz Beckenbauer, meta Bayern rebħu t-Tazza Ewropea tlett darbiet infila (1974–76). Fis-snin reċenti Bayern Munich kien l-aktar klabb ta' suċċess fil-futbol Ġermaniż, meta rebħu 5 mill-aħħar 10 titoli tal-Bundesliga. L-aħħar titolu internazzjonali tal-klabb kien it-Tazza Interkontinentali fl-2001, wara li rebħu r-raba' Tazza Ewropea tagħhom fl-istess sena. Bayern Munich għandhom rivalità ma' Borussia Dortmund, TSV 1860 München, u 1. FC Nuremberg.
Mill-bidu tal-istaġun 2005-06 Bayern bdew jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Allianz Arena. Preċedentement, it-tim kien jilagħab ġewwa l-Istadju Olimpiku ta' Munich għal 33 sena. Il-kuluri tat-tim huma aħmar u abjad, u l-emblema tat-tim turi l-kuluri tal-Bavarja.[5] F'termini ta' dħul, Bayern Munich huwa l-akbar klabb sportiv fil-Ġermanja u r-raba' l-akbar klabb tal-futbol fid-dinja, li ġġenera €368.4 miljun fl-2012.[6] Bayern huwa klabb ibbażata bi sħubija b'aktar minn 185,000 membru.[7] Hemm ukoll 3,202 klabbs tal-partitarji uffiċjalment reġistrati b'231,197 membri.[8] Il-klabb għandhu dipartimenti oħra bħal ċess, ħendbol, baskitbol, ġinnastika, bawling, tennis tal-mejda, referìs, u l-futbol b'aktar minn 1,100 membru attiv.[9]
Storja
immodifikaSnin bikrija (1900-1965)
immodifikaFC Bayern Munich kien fondat minn membri ta' klabb tal-ġinnastika ta' Munich (MTV 1879). Meta l-kongregazzjoni ta' membri tal-MTV 1879 iddeċidew fis-27 ta' Frar, 1900 li l-plejers tal-futbol tal-klabb mhux se jitħallew jissieħbu fl-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Ġermanja (DFB), ħdax-il membru tad-diviżjoni tal-futbol ħallew il-kongregazzjoni u fl-istess lejl Fußball-Club Bayern München kien fondat. Fi ftit xhur Bayern kisbu rebħiet bi skor ogħli kontra kull rivali lokali u laħqu s-semifinali tal-Kampjonat Ġermaniż tan-Nofsinhar fl-istaġun 1900-1901. Fis-snin ta wata' il-klabb rebaħ xi trofej lokali u fl-istaġun 1910-11 Bayern issieħbu fil-kampjonat ġdid "Kreisliga", l-ewwel kampjonat reġjonali Bavarjan. Huma rebħu dan il-kampjonat fl-ewwel sena, iżda ma reġghux rebħuha sal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914, li waqqfet l-attivitajiet kollha tal-futbol fil-Ġermanja.[10]
Fis-snin wara l-gwerra, Bayern rebħu diversi kompetizzjonijiet reġjonali, qabel ma rebħu l-ewwel Kampjonat Ġermaniż tan-Nofsinhar fl-1926, il-kisba kienet ripetuta wara sentejn.[11] L-ewwel titolu nazzjonali tagħhom kien miksub fl-1932, meta l-kowċ Richard "Little Dombi" Kohn wassal it-tim għall-kampjonat Ġermaniż billi għelbu lil Eintracht Frankfurt 2–0 fil-finali.
Il-miġja ta' Nazziżmu itemm ħesrem għall-iżvilupp ta' Bayern. Il-president u l-kowċ, li t-tnejn kienu Lhudin, ħallew il-pajjiż. Ħafna oħrajn fil-klabb kienu ippurifikaw ukoll. Bayern kien provokat "Klabb Lhudi" u bħala klabb semi-professjonali, Bayern kienu wkoll affettwati mid-deċiżjoni li l-plejers tal-futbol kellhom jiġu dilettanti sħaħ mill-ġdid. Fis-snin segwenti Bayern ma setgħux jsostnu r-rwol tagħhom ta' konkorrent għat-titlu nazzjonali, li kisbu nofs riżulti fil-klassifika tal-kampjonat reġjonali tagħhom minflok.[12]
Wara l-gwerra Bayern saret membru tal-Oberliga Süd, il-konferenza tan-Nofsinhar tal-ewwel diviżjoni Ġermaniża, li kienet maqsuma f'ħames modi dak iż-żmien. Il-Bayern tħabtu, huma kellhom b'kollox 13-il kowċ bejn l-1945 u l-1963. Fl-1955 dawn kienu relegati, iżda ġew lura għall-Oberliga u fl-istaġun li wara rebħu d-DFB-Pokal għall-ewwel darba, billi għelbu lil Fortuna Düsseldorf 1–0 fil-finali.[13][14] Il-klabb tħabtu finanzjarjament għalkemm kienu fix-xifer tal-falliment fl-aħħar tal-1950ijiet. Manufacturer Roland Endler pprovduta il-fondi meħtieġa u ġie ippremjat b'erba' snin fit-tmexxija tal-klabb.[15] Fl-1963, l-Oberligas fil-Ġermanja kienu kkonsolidati għall-kampjonat nazzjonali wieħed, il-Bundesliga. Ħames timijiet mill-Oberliga tan-Nofsinhar kienu ammessi. Bayern spiċċaw it-tietel fid-diviżjoni tan-nofsinhar dik is-sena, iżda tim ieħor minn Munich, TSV 1860 Munich, kienu rebħu l-kampjonat. Peress li d-DFB ipprefera li ma jinkludix żewġ timijiet minn belt waħda, Bayern ma kienx magħżula għall-Bundesliga. Huma kisbu l-promozzjoni sentejn wara, li t-tim intela' b'żgħażagħ talentużi bħal Franz Beckenbauer, Gerd Müller, u Sepp Maier — li aktar tard ġew indikati kollettivament bħala l-assi.
Snin tad-deheb (1965–79)
immodifikaFl-ewwel staġun tagħhom fil-Bundesliga, Bayern spiċċaw it-tielet u rebħu wkoll it-Tazza Ġermaniża. Dan ikkwalifikahom għall-European Cup Winners' Cup tas-sena ta' wara, li huma rebħu finali drammatiku kontra l-klabb Skoċċiz Rangers, meta Franz "the Bull" Roth skorja d-deċiżiva fil-ħin supplementari. Fl-1967 Bayern żammu t-tazza, iżda progress ġenerali bil-mod ra lil Branko Zebec jieħu f'idejh il-kariga ta' kowċ. Huwa bidel l-istil ta' logħob offensiv ta' Bayern b'approċċ aktar dixxiplinati, u billi għamlu dan, huma kisbu l-ewwel kampjonat u tazza fl-istorja tal-Bundesliga fl-1969. Bayern Munich huma wieħed mill-erba klabbs Ġermaniżi li rebħu l-Bundesliga u DFB-Pokal doppji flimkien ma Borussia Dortmund, 1. FC Köln, u SV Werder Bremen. Zebec uża 13-il plejer biss matul l-istaġun.[16]
Udo Lattek ħa ħsieb il-klabb fl-1970. Wara rebaħ it-tazza fl-ewwel staġun tiegħu, Lattek wassal lil Bayern għat-tielet kampjonat Ġermaniż tagħhom. Il-logħba deċiżiva fl-istaġun 1971–72 kontra Schalke 04 kienet l-ewwel logħba fl-Istadju Olimpiku l-ġdid, u kienet ukoll l-ewwel logħba televiżiva fl-istorja tal-Bundesliga. Bayern għelbu lil Schalke 5–1 u b'hekk sostnew it-titolu, ukoll stabbilixxu diversi rekords, inklużi punti miksuba u gowls skorjati.[17] Bayern wkoll rebħu ż-żewġ kampjonati ta' wara, iżda zenith kien it-trijonf tagħhom fil-Finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra Atlético Madrid, meta Bayern rebħu 4–0 wara r-repetizzjoni tal-logħba.[18] Matul is-snin segwenti, it-tim ma kellhux suċċess domestikament, iżda ddefendew it-titlu Ewropej tagħhom billi għelbu lil Leeds United fil-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins 1974–75 meta Roth u Müller assiguraw ir-rebħa b'żewġ gowls tard. "Aħna tħalna lura fil-logħba u skorjajna żewġ gowls ixxurtjati, b'hekk fl-aħħar konna r-rebbieħa imma konna ferm, fortunati", stqarr Franz Beckenbauer. Billy Bremner emmen li r-referì Franċiż kien "ħafna suspettuż." Il-partitarji ta' Leeds wara vvandalizzaw Pariġi u kienu pprojbiti mill-Futbol Ewropew għal tliet snin.[19] Sena wara ġewwa Glasgow, AS Saint-Étienne kienu melgħuba minn gowl ieħor ta' Roth u Bayern saru t-tielet klabb li rebaħ it-trofew fi tliet snin konsekuttivi. It-trofew finali mirbuħ minn Bayern f'din l-era kien l-unur tat-Tazza Interkontinentali, fejn huma għelbu lil klabb Brażiljan Cruzeiro f'żewġ legs.[20] Il-bqija tad-deċennju kien żmien ta' bidla u ma ra l-ebda titoli oħra għal Bayern. Fl-1977 Franz Beckenbauer ħalla lil klabb u mar ma New York Cosmos u fl-1979 Sepp Maier u Uli Hoeneß irtiraw filwaqt li Gerd Müller issieħeb ma Fort Lauderdale Strikers.[21] Bayerndusel ġew maħluqa matul dan il-perjodu bħala espressjoni ta' disprezz jew għira dwar ir-rebħiet kultant stretti jew inkelle gowls fl-aħħar minuta kontra timijiet oħra.
Minn FC Breitnigge għal FC Hollywood (1979–98)
immodifikaIt-1980ijiet kienu perjodu ta' taqlib għall-Bayern, b'ħafna tibdiliet fil-persunal u problemi finanzjarji. Fuq il-qasam, Paul Breitner u Karl-Heinz Rummenigge, sejħu lit-tim FC Breitnigge, li wassal it-tim għat-titoli tal-Bundesliga fl-1980 u l-1981. Barra mir-rebħa tad-DFB-Pokal fl-1982, żewġ staġuni relattivament mingħajr suċċessi kienu segwiti, wara li Breitner irtira u l-eks kowċ Udo Lattek irritorna. Bayern rebħu t-Tazza Ġermaniża fl-1984, imbagħad huma komplew billi rebħu 5 kampjonati f'sitt staġuni, inkluża d-double fl-1986. Madankollu, is-suċċess Ewropew kien elużiv matul id-deċennju; Bayern irnexxielhom jiksbu it-tieni post fit-Tazza Ewropea tal-1982 u l-1987.[22]
Jupp Heynckes kien impjegat bħala kowċ fl-1987, iżda wara żewġ kampjonati konsekuttivi fl-1988–89 u l-1989–90 il-forma ta' Bayern kienet mbilla. Wara t-tieni post fl-istaġun 1990–91, il-klabb lesta biss ħames punti l'fuq il-postijiet tar-relegazzjoni fl-istaġun 1991–92. Fl-istaġun 1993–94, Bayern Munich tilfu t-tieni rawnd tal-UEFA Cup kontra t-tim tal-Premier League Norwich City, li baqgħa l-unika klabb tal-futbol Ingliż li għeleb lil Bayern fl-eks grawnd tagħhom li huwa l-Istadju Olimpiku. Is-suċċess irritorna meta Franz Beckenbauer ħa f'idejh it-tieni taqsima tal-istaġun 1993–94, li rebħu l-kampjonat ġdid wara erba' snin. Ftit wara Beckenbauer ġie maħtur il-president tal-klabb.[23]
Is-suċċessuri tiegħu bħala kowċ, Giovanni Trapattoni u Otto Rehhagel it-tnejn l'huma spiċċaw l-istaġun mingħajr trofej, li dawn ma laħqux l-aspettattivi għoljin tal-klabb. [24] Matul dan iż-żmien il-plejers ta' Bayern ta' spiss dehru fil-paġni ta' gossip aktar milli paġni sportivi, li rriżulta l-laqam FC Hollywood. Fil-qosor Franz Beckenbauer kien lura fl-aħħar tal-istaġun 1995–96 bħala kowċ proviżorju u mexxa t-tim tiegħu lejn ir-rebħa tal-UEFA Cup 1995–96, billi għelbu lil Bordeaux fil-finali. Għall-istaġun 1996–97 Giovanni Trapattoni irritorna biex jirbaħ il-kampjonat. Iżda fl-istaġun segwenti season Bayern tilfu t-titolu billi ġew melgħuba mit-tim promoss Kaiserslautern u Trapattoni kellha jirriżenja għat-tieni darba.[25]
Suċċess internazzjonali mġedded (1998–preżent)
immodifikaWara s-suċċess tiegħu ma Borussia Dortmund, Bayern kienu iggwidati minn Ottmar Hitzfeld mill 1998–2004. Fl-ewwel staġun ta' Hitzfeld, Bayern rebħu l-Bundesliga u kienu viċin li jirbħu ċ-Champions League, iżda tilfu 2–1 kontra Manchester United fil-ħin żejjed wara li kellhom vantaġġ tul il-logħba kollha. L-istaġun 1999–2000 irriżulta li Bayern rebħu t-tielet kampjonat u tazza doppja. It-tielet titolu konsekuttiv tal-Bundesliga kien segwit fl-2001, meta rebħu l-kampjonat fl-aħħar jum tal-istaġun. Ġranet wara, Bayern rebħu ċ-Champions League għar-raba' darba wara 25 sena, wara li għelbu lil Valencia bil-penaltis. L-istaġun 2001–02 beda bir-rebħa tat-Tazza Interkontinentali, iżda minn naħa l-oħra spiċċaw mingħajr trofew. Staġun wara Bayern rebħu r-raba' doppja tagħhom, li kellhom vantaġġ tal-kampjonat b'marġni rekord.[26] Ir-renju ta' Hitzfeld intemm fl-2004, prestazzjoni dgħajfa ta' Bayern, inkluża t-telfa ma' tim tat-tieni diviżjoni Alemannia Aachen fit-Tazza Ġermaniża.
Felix Magath ħa f'idejh il-kariga u wassal lil Bayern għal żewġ doppji konsekuttivi. Qabel il-bidu tal-istaġun 2005–06, Bayern iċċaqalqu mill-Grawnd Olimpiku għall-grawnd ġdid modern Allianz Arena, li l-klabb qasam ma 1860 Munich. Il-prestazzjoni tagħhom fil-grawnd fl-istaġun 2006–07 kien erratiku. Huma batew fil-kampjonat u tilfu għall-darb'oħra mal-istess Alemannia Aachen fit-tazza ġermaniża, il-kowċ Magath kien imkeċċi ftit wara l-waqfa tax-xitwa.[27]
L-eks kowċ ta' Bayern Ottmar Hitzfeld irritorna ġewwa Munich f'Jannar 2007, iżda Bayern spiċċaw ir-raba' fl-istaġun 2006–07, b'hekk naqsu milli jikkwalifikaw għaċ-Champions League għall-ewwel darba f'aktar minn għaxar snin. Telf addizzjonali fit-tazza u t-tazza tal-kampjonat ħalla lil-klabb mingħajr unuri għal dan l-istaġun.
Għall-istaġun 2007–08, Bayern Munich għamlu bidliet drastiċi biex jgħinu lill-iskwadra tinbena mill-ġdid. Huma ffirmaw total ta' tmien plejers ġodda u biegħu, neħħew jew selfu disa' plejers mill-iskwadra.[28] Bayern Munich marru l'quddiem biex jirbħu l-Bundesliga, li kienu fil-quċċata tal-klassifika f'kull ġimgħa waħda ta' logħob, u rebħu t-Tazza Ġermaniża fil-finali kontra Borussia Dortmund.[29]
Fil-11 ta' Jannar 2008 Jürgen Klinsmann kien imsemmi bħala s-suċċessur ta' Hitzfeld, li hu ħa f'idu l-kariga fl-1 ta' Lulju 2008. Hu ffirma kuntratt ta' sentejn.[30] Bayern Munich tildu d-DFL-Supercup 1–2 kontra Borussia Dortmund fl-2008. Bayer Leverkusen eliminaw lil Bayern fil-kwarti tal-finali tad-DFB-Pokal. Fiċ-Champions League Bayern laħqu wkoll il-Kwarti tal-Finali wara li rebħu Group F u għelbu lil Sporting Clube de Portugal fl-ewwel rawnd ta' eliminatorja, li kisbu rekord taċ-Champions League b'aggregat ta' 12–1. Fis-27 t'April, jumejn wara t-telfa f'darhom kontra Schalke li rat lil Bayern jinżlu t-tielet post fil-klassifika, Klinsmann kien maħruq. L-eks kowċ Jupp Heynckes kien imsemmi bħala proviżorju sal-aħħar tal-istaġun.[31] Bayern eventwalment spiċċaw it-tieni, b'hekk ikkwalifikaw direttament għaċ-Champions League 2009-10.
Imbagħad Bayern iffirmaw lil kowċ Louis van Gaal għall-istaġun 2009–10. Fit-8 ta' Mejju 2010, Bayern Munich rebħu l-Bundesliga 2009–10 wara rebħa ta' 3–1 kontra Hertha Berlin.[32] Bayern ukoll rebħu t-Tazza Ġermaniża (DFB-Pokal) fil-15 ta' Mejju 2010, b'hekk żguraw id-doppja.[33] Bayern Munich tilfu l-finali taċ-Champions League kontra Inter Milan.[34]
Fl-istaġun 2010–11, Bayern Munich ġew eliminati fl-ewwel rawnd ta' eliminatorja tal-UEFA Champions League kontra Inter Milan bir-regola ta' gowls barra mid-dar u spiċċaw it-tielet fil-Bundesliga.[35]
Fl-istaġun 2011–12, Bayern Munich sofrew hat-trick tat-2 pożizzjoni. Domestikament huma spiċċaw it-tieni fil-Bundesliga u tilfu l-finali tad-DFB Pokal 2–5, kontra Borussia Dortmund. Huma wkoll laħqu l-finali tal-UEFA Champions League fl-istadju tagħhom, iżda tilfu kontra Chelsea bil-penaltis (3–4), li din kienet biss it-tieni telfa tagħhom kontra tim Ingliż fi Munich, u l-ewwel ġewwa Allianz Arena.[36][37]
Fl-istaġun 2012–13, Bayern Munich saru l-ewwel tim fl-istorja biex jirbħu l-ewwel tmien logħbiet tagħhom fil-Bundesliga wara rebħa ta' 5-0 barra minn darhom kontra Fortuna Dusseldorf.[38][39] Fis-6 ta' April 2013, Bayern Munich rebħu l-Bundesliga 2012–13 wara rebħa ta' 1–0 kontra Eintracht Frankfurt b'sitt logħbiet jonqos fil-kampjonat, huma stabbilixxew rekord ġdid tal-aktar rebbieħa kmieni tal-Bundesliga.[40] Fil-25 ta' Mejju 2013, Bayern Munich għelbu lil Borussia Dortmund fil-Finali tal-UEFA Champions League 2013.[41]
Fl-1 ta' Ġunju 2013, Bayern għelbu lil VfB Stuttgart 3–2 fil-finali tad-DFB-Pokal 2013 biex b'hekk sar l-ewwel klabb Ġermaniż li lesta t-tripletta.[42]
L-eks kowċ ta' FC Barcelona Pep Guardiola se jieħu f'idejha l-kariga ta' trejner fil-bidu tal-istaġun 2013–14.[43]
Grawnds
immodifikaBayern lagħbu l-ewwel logħob ta' taħriġ tagħhom ġewwa Schyrenplatz fiċ-ċentru ta' Munich. L-ewwel logħob uffiċjali ġew miżmuma f'Theresienwiese. Fl-1901 Bayern bidlu l-ewwel grawnd tagħhom, li kien jinsab ġewwa Schwabing f'Clemensstraße. Wara li tgħaqqdu ma Münchner Sport-Club (MSC) fl-1906, Bayern mxew għall-grawnd MSC f'Mejju 1907 li jimsab ġewwa Leopoldstraße.[44] Peress li l-folol għal-logħob ta' Bayern żdiedu fil-bidu tal-1920ijiet, Bayern kellhom jaqilbu għal postijiet varji fi Munich.[45]
Mill-1925 Bayern qasmu l-Grünwalder Stadion ma 1860 Munich.[46] sat-Tieni Gwerra Dinjija l-istadju kien proprjetà ta' 1860 Munich, u għadu s'issa magħruf bħala Stadju Sechz'ger ("Sittinijiet"). Huwa kien meqrud matul il-gwerra, u l-isforzi biex jinbena dan irriżulta frammentazzjoni. Ir-rekord ta' folla fil-Grünwalder Stadion huwa rrappurtat aktar minn 50,000 f'logħba kontra 1. FC Nuremberg fl-istaġun 1961–62.[47] Fl-era tal-Bundesliga l-istadju kellu kapaċità massima ta' 44,000 spettatur li kien intlaħaq diversi drabi, iżda l-kapaċità dakinhar ġiet imnaqqsa għal 21,272. Kif kien il-każ fil-maġġoranza tal-perjodu tal-grawnds, il-maġġoranza kbira tal-istadju kienet mogħtija lill-imtarraġ. Illum it-timijiet riservi ta' dawn iż-żewġ timijiet jilagħbu f'dan l-istadju.[48][49]
Għall-Olimpjadi tas-sajf 1972 il-belt ta' Munich bniet l-Istadju Olimpiku. L-istadju, magħruf għall-arkitettura tiegħu,[50] kien inawgurat fl-aħħar logħba tal-Bundesliga fl-istaġun 1971–72. Il-logħba ġibdet folla ta' 79,000 spettatur, total li kien intlaħaq mill-ġdid f'diversi okkażjonijiet. L-istadju fil-bidu tiegħu kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-istadju qabel kollox fid-dinja u intlagħbu fih finali ospitanti numerużi, bħal dik tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 1974.[51] Fis-snin segwenti l-istadju għadda minn diversi modifiki, bħal żieda fl-ispazju ta' bilqiegħda minn madwar 50% għal 66%. Eventwalment l-istadju kellu kapaċità ta' 63,000 għal logħbiet nazzjonali, u 59,000 għal okkażjonijiet internazzjonali bħall-kompetizzjonijiet tat-Tazza Ewropea. Ħafna nies, madankollu, bdew iħossu li l-istadju kien wisq kiesaħ fix-xitwa, b'nofs l-udjenza esposta għat-temp minħabba nuqqas ta' kopertura. Ilment ieħor kien id-distanza bejn l-ispettaturi u l-grawnd, l-istadju ttradixxa binarji u wirt fil-qasam tiegħu. Modifika tal-istadju ppruvat impossibbli li l-perit Günther Behnisch evita modifiki maġġuri tal-istadju.[52]
Wara ħafna diskussjoni fil-belt, l-istat ta' Bavarja, FC Bayern, u TSV 1860 kienu deċiżi konġuntament fi tmiem l-2000 sabiex jibni grawnd ġdid. Filwaqt li Bayern riedu jibnu grawnd għal bosta snin, l-għoti tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 għall-Ġermanja stimula d-diskussjoni li l-Istaju Olimpiku ma jibqgħax jiġu sodisfatt lil kriterji tal-FIFA sabiex jospita logħba tat-Tazza tad-Dinja. Jinsab fuq il-periferija tat-tramuntana ta' Munich, l-Allianz Arena ilu jintuża sa mill-bidu tal-istaġun 2005–06.Il-kapaċità inizjali tiegħu huwa 66,000 sedili kompletament koperti minn dakinhar li ġew miżjuda għall-logħbiet ta' livell nazzjonali għal 69,901 permezz tat-trasformazzjoni ta' 3,000 sedili għal proporzjon imtarraġ ta' 2:1.[53] Minn Awwissu 2012, 2,000 aktar siġġijiet ġew miżjuda fl-aħħar ringiela tal-indana ta' fuq li żdidet il-kapaċità għal 71,000[54]
L-iktar karatteristika prominenti tal-istadju hija s-saff ta' barra trasluċida, li tista tkun imdawla f'kuluri differenti għall-effetti impressjonanti. Normalment dawl aħmar huwa użat għall-logħob ta' Bayern, blu għall-logħob ta' 1860 Munich u abjad għall-logħob tat-tim nazzjonali Ġermaniż.[55]
Rivalitajiet
immodifikaBayern Munich għandhom rivalità ma' Borussia Dortmund.[56] Bayern u Dortmund ikkompetew kontra xulxin għal bosta titoli tal-Bundesliga. Bayern u Dortmund lagħbu kontra xulxin fil-finali tad-DFB-Pokal tal-2008 kif ukoll tal-2012. It-telfa 2-5 kontra Dortmund fil-finali tad-DFB-Pokal 2012 kienet l-agħar telfa ta' Bayern fil-finali. Bayern u Dortmund lagħbu ukoll kontra xulxin fid-DFL-Supercup fl-1989, 2008, ul-2012. Il-logħba prinċipali tar-rivalità kienet meta Bayern lagħbu kontra Dortmund fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1998. Dortmund avvanzaw minn fuq Bayern b'aggragate ta' 1-0.
Bayern huwa wieħed minn tliet klabbs tal-futbol professjonali fi Munich. Ir-rivali prinċipali lokali ta' Bayern huma TSV 1860 Munich, li kien l-aktar klabb suċċessiv fis-1960ijiet, billi rebħu t-tazza u l-kampjonat. Fis-1970ijiet u t-1980ijiet, TSV 1860 iċcaqalqu bejn l-ewwel u t-tielet diviżjoni, iżda fl-aħħar stabbilixxew ruħhom fit-tieni diviżjoni. Id-Derby ta' Munich għadha avveniment antiċipat ħafna, li jkolla ħafna attenzjoni żejda mill-partitarji taż-żewġ timijiet.[57] 1860 huma kkunsidrati għall-iktar xogħol ta' klassi, u għalhekk ibatu minn bażi ta' partitarju li tonqos fil-belt fejn is-settur tal-manifattura qed jonqos. Bayern huwa meqjus bħala l-klabb ta' stabbiliment,[58] li huwa rifless minn ħafna membri tal-bord li huma jmexxu n-negozju u inkluż l-ewwel president ministru tal-Bavarja, Edmund Stoiber. Minkejja r-rivalità, ripetutament Bayern ġew appoġġjati minn Munich 1860 fi żminijiet ta' finanzjarji diżordinati.
Mill-1920, 1. FC Nuremberg saru r-rivali prinċipali u tradizzjonali ta' Bayern ġewwa Bavarja.[59] Philipp Lahm qal li meta jilagħab kontra Nuremberg ikun "dejjem speċjali" u f'"atmosfera sħuna". Iż-żewġ klabbs lagħbu fl-istess kampjonat fin-nofs tal-1920ijied, iżda fl-1920ijiet u t-1930ijiet, Nuremberg kien ferm aktar suċċessivi, li rebħu ħames kampjonati fl-1920ijiet, li għamlu lil klabb Ġermaniż ċampjins tar-rekords. Bayern ħadu f'idejhom it-titolu aktar minn 60 sena wara, meta huma rebħu l-għaxar kampjonat tagħhom fl-1987, b'hekk qabżu n-numru ta' kampjonati mirbuħa minn Nuremberg.[60] Il-dwel bejn Bayern u Nuremberg huwa spiss imsejjaħ bħala d-Derby ta' Bavarja .
Bayern ukoll igawdu minn rivalità b'saħħitha ma' 1. FC Kaiserslautern, li joriġinaw fil-partijiet minn logħba fl-1973, meta Bayern kellhom vantaġġ ta' 4–1 u spiċċaw telfa ta' 7–4,[61][62] iżda wkoll miż-żewġ klabbs ikkompetu għall-unuri tal-kampjonat Ġermaniż fi żminijiet differenti fil-Bundesliga, kif ukoll il-belt ta' Kaiserslautern li kienet parti mill-Bavarja sat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Mill-1970, ir-rivali ewlenin ta' Bayern kienu l-klabbs li jippakkjaw il-ġlieda b'saħħitha kontra dominanza nazzjonali tagħhom. Fis-1970ijiet dawn kienu Borussia Mönchengladbach, fit-1980ijiet il-kategorija ġiet estiża li inkludiet lil Hamburger SV. Fid-1990ijiet Borussia Dortmund, Werder Bremen, u Bayer Leverkusen[63][64] ħarġu bħala l-aktar avversarji ħerqana. Riċentement Borussia Dortmund, Schalke,[65] u Werder Bremen huma l-isfidanti ewlenin tal-Bundesliga.
Fost ir-rivali ewlenin Ewropej ta' Bayern huma Real Madrid,[66] AC Milan,[67] u Manchester United minħabba ħafna rebħiet, dros u telf klassiċi. Real Madrid kontra Bayern hija l-logħba li storikament kienet tintlagħab ħafna drabi fiċ-Champions League b'14-il logħba u t-Tazza Ewropea b'19-il logħba. L-akbar telfa ta' Real f'darhom kienet fiċ-Champions League meta Bayern skorjaw 4 gowls (2–4) ġewwa Bernabéu fid-29 ta' Frar 2000.[68] Minħabba li Bayern kienu tradizzjonalment diffiċli biex jiġu melgħuba għal Madrid, il-partitarju ta' Madrid sikwit jirreferu għal Bayern bħala 'Bestia negra' li tfisser The Black Beast. Minkejja n-numru ta' dwelijiet, Bayern u Real qatt ma kienu ltaqgħu fil-finali taċ-Champions League jew tat-Tazza Ewropea. L-aħħar darba li ż-żewġ timijiet ltaqgħu kienu fir-rebħa ta' 2–1 għal Real Madrid fis-semi finali taċ-Champions League 2011–12 (3–3 bl-aggregat) li sfurzaw għall-ħin żejjed u penaltis. Bayern Munich rebħu 3–1 bil-penaltis billi laħqu l-ewwel finali taċ-Champions League f'darhom.
Unuri
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' rekords u statistiki ta' FC Bayern Munich.
Bayern huwa storikament l-aktar tim ta' suċċess fil-futbol Ġermaniż, kif huma rebħu l-aktar kampjonat u t-tazzi. Huma wkoll l-aktar tim Ġermaniż ta' suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali, li rebħu 6 tazzi Ewropej.[69] Bayern huwa wieħed minn biss tliet klabbs li rebħu tliet kompetizzjonijiet Ewropej ewlenin u wkoll l-aħħar klabb li rebeħ it-Tazza taċ-Ċampjins tlett darbiet infila.
Domestiċi
immodifika- Ċampjins Ġermaniżi
- Rebbieħa (22) (rekord): 1931–32, 1968–69, 1971–72, 1972–73, 1973–74, 1979–80, 1980–81, 1984–85, 1985–86, 1986–87, 1988–89, 1989–90, 1993–94, 1996–97, 1998–99, 1999–2000, 2000–01, 2002–03, 2004–05, 2005–06, 2007–08, 2009–10, 2012–13
- DFB-Pokal
- Rebbieħa (15) (rekord): 1957, 1966, 1967, 1969, 1971, 1982, 1984, 1986, 1998, 2000, 2003, 2005, 2006, 2008, 2010, 2013
- DFB-Ligapokal
- Rebbieħa (6) (rekord): 1997, 1998, 1999, 2000, 2004, 2007
- DFL-Supercup
- Rebbieħa (5) (rekord): 1982, 1987, 1990, 2010, 2012
Ewropej
immodifika- Tazza tat-Tazez Ewropej
- Rebbieħa (1): 1967
- UEFA Europa League / UEFA Cup
- Rebbieħa (1): 1996
Dinjija
immodifika- Tazza Interkontinentali
- Rebbieħa (2): 1976, 2001
Plejers
immodifikaSkwadra
immodifikaMill-31 ta' Awwissu 2015[70]
|
|
Plejers barra f'self
immodifikaSkwadra riżerva
immodifikaAra Bayern Munich II
Plejers notevoli tal-passat
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' plejers ta' Bayern Munich.
L-iskwadra magħżula minn aktar 79,901 partitarji, fl-2005. Il-kowċ magħżul kien Ottmar Hitzfeld.[71] |
Fil-logħba tat-tislima tiegħu, Oliver Kahn ġie ddikjarat kaptan onorarju ta' Bayern Munich.[72] Il-plejers t'hawn taħt huma parti mill-Hall of Fame ta' FC Bayern Munich.[73]
1930s
1970s:
- Franz Beckenbauer (D)
- Gerd Müller (A)
- Uli Hoeneß (A)
- Paul Breitner (M)
- Sepp Maier (G)
- Hans-Georg Schwarzenbeck (D)
- Franz Roth (M)
1980s:
1990s:
2000s:
- Oliver Kahn (G)
- Mehmet Scholl (M)
- Bixente Lizarazu (D)
- Giovane Elber (A)
Kaptani
immodifikaMark van Bommel, kien kaptan mill-bidu tal-istaġun 2008, iżda telaq ma Milan f'Jannar 2011 u Philipp Lahm ingħata l-irwol. Bastian Schweinsteiger, li qabel kien it-tieni viċi-kaptan, issa huwa l-viċi-kaptan.
Snin | Kaptan |
---|---|
1965–70 | Werner Olk (D) |
1970–77 | Franz Beckenbauer (D) |
1977–79 | Sepp Maier (G) |
1979 | Gerd Müller (A) |
1979–80 | Georg Schwarzenbeck (D) |
1980–83 | Paul Breitner (M) |
1983–84 | Karl-Heinz Rummenigge (A) |
1984–91 | Klaus Augenthaler (D) |
1991–94 | Raimond Aumann (G) |
1994–96 | Lothar Matthäus (D) |
1997–99 | Thomas Helmer (D) |
1999–02 | Stefan Effenberg (M) |
2002–08 | Oliver Kahn (G) |
2008–11 | Mark van Bommel (M) |
2011– | Philipp Lahm (D) |
Kowċis
immodifikaAra wkoll: Kowċis ta' FC Bayern Munich u Lista ta' rekords u statistiki ta' FC Bayern Munichs#Kowċis
Staff kurrenti
immodifikaMis-26 ta' Ġunju 2013 [74][75]
Pep Guardiola | Kowċ prinċipali |
Manel Estiarte | Personal assistent |
Hermann Gerland | Kowċ assistent |
Domènec Torrent | Kowċ assistent |
Toni Tapalović | Kowċ tal-gowlers |
Lorenzo Buenaventura | Kowċ tas-saħħa |
Andreas Kornmayer | Kowċ tas-saħħa |
Thomas Wilhelmi | Kowċ tas-saħħa |
Matthias Sammer | Direttur sportiv |
Carles Planchart | Analista tal-logħba |
Lars Kornetka | Analista tal-vidjo |
Michael Niemeyer | Analista tal-vidjo |
Hans-Wilhelm Müller-Wohlfahrt | Kap mediku |
Lutz Hänsel | Tabib tal-klabb |
Peter Ueblacker | Tabib tal-klabb |
Roland Schmidt | Kardjoloġista |
Fredi Binder | Fiżjoterapista |
Gianni Bianchi | Fiżjoterapista |
Gerry Hoffmann | Fiżjoterapista |
Stephan Weickert | Fiżjoterapista |
Helmut Erhard | Fiżjoterapista |
Kowċis mill-1963
immodifikaBayern kellhom 17-il kowċ mill-promozzjoni tagħhom għall-Bundesliga fl-1965. Udo Lattek, Giovanni Trapattoni, u Ottmar Hitzfeld servew żewġ termini bħala kowċ prinċipali. Franz Beckenbauer serva terminu wieħed bħala kowċ prinċipali u wieħed bħala proviżorju.[76] Lattek kien l-aktar kowċ suċċessiv tal-klabb, li rebaħ sitt titli tal-Bundesliga, żewġ Tazzi Ġermaniżi u t-Tazza taċ-Ċampjins; segwit mill-qrib minn Ottmar Hitzfeld, li rebaħ ħames titli tal-Bundesliga, żewġ Tazzi Ġermaniżi u Champions League. L-inqas kowċ suċċessiv tal-klabb kien Søren Lerby, li rebaħ inqas minn terz ta' logħbiet tiegħu fil-kariga u kważi presjeduta lil-klabb għar-relegazzjoni fl-istaġun 1991-92.
Il-kowċ preżenti huwa Jupp Heynckes, li qiegħed fit-3 kariga tiegħu wara li kien bħala kowċ prinċipali bejn is-snin 1987-1991 u bħala kowċ proviżorju fl-2009. Il-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2013,[77] iżda Heynckes ripetutament iddikjara li jiddependi fuq il-motivazzjoni tiegħu li huwa jrid jestendi l-kuntratt minkejja l-età tiegħu.[78] Minkejja li l-klabb ħabbar il wasla ta' Josep Guardiola, il-kowċ preċedenti ta' Barcelona ser imexxi lil-klabb minn Lulju 2013.
# | Kowċ | minn | sa | ġranet | Titoli Maġġuri | |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | Zlatko Čajkovski | 01/07/63 | 30/06/68 | 1096 | 3 | żewġ Tazzi Nazzjonali, European Cup Winners' Cup |
2 | Branko Zebec | 01/07/68 | 13/03/70 | 621 | 2 | Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali |
3 | Udo Lattek | 14/03/70 | 02/01/75 | 1756 | 5 | tlett Kampjonati, Tazzi Nazzjonali, Tazza taċ-Ċampjins |
4 | Dettmar Cramer | 16/01/75 | 01/12/77 | 1051 | 3 | żewġ Tazzi Ewropej, Tazza Interkontinentali |
5 | Gyula Lorant | 02/12/77 | 28/02/79 | 454 | 0 | |
6 | Pal Csernai | 01/03/79 | 16/05/83 | 1538 | 3 | żewġ Kampjonati, Tazzi Nazzjonali |
7 | Reinhard Saftig* | 17/05/83 | 30/06/83 | 45 | 0 | |
8 | Udo Lattek | 01/07/83 | 30/06/87 | 1461 | 5 | tlett Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali |
9 | Jupp Heynckes | 01/07/87 | 08/10/91 | 1561 | 4 | żewġ Kampjonati, żewġ SuperCups |
10 | Søren Lerby | 09/10/91 | 11/03/92 | 155 | 0 | |
11 | Erich Ribbeck | 12/03/92 | 27/12/93 | 656 | 0 | |
12 | Franz Beckenbauer | 07/01/94 | 30/06/94 | 175 | 1 | Kampjonat wieħed |
13 | Giovanni Trapattoni | 01/07/94 | 30/06/95 | 365 | 0 | |
14 | Otto Rehhagel | 01/07/95 | 27/04/96 | 302 | 0 | |
15 | Franz Beckenbauer* | 29/04/96 | 30/06/96 | 63 | 1 | UEFA Cup waħda |
16 | Giovanni Trapattoni | 01/07/96 | 30/06/98 | 730 | 3 | Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat |
17 | Ottmar Hitzfeld | 01/07/98 | 30/06/04 | 2192 | 11 | erba' Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali, tlett Tazzi tal-kampjonat, Champions League, Tazza Interkontinentali |
18 | Felix Magath | 01/07/04 | 31/01/07 | 945 | 5 | żewġ Kampjonati, żewġ Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat |
19 | Ottmar Hitzfeld | 01/02/07 | 30/06/08 | 516 | 3 | Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, Tazza tal-kampjonat |
20 | Jürgen Klinsmann | 01/07/08 | 27/04/09 | 302 | 0 | |
21 | Jupp Heynckes* | 27/04/09 | 31/05/09 | 35 | 0 | |
22 | Louis van Gaal | 01/07/09 | 10/04/11 | 648 | 3 | Kampjonat wieħed, Tazzi Nazzjonali, SuperCup |
23 | Andries Jonker* | 10/04/11 | 26/06/11 | 61 | 0 | |
24 | Jupp Heynckes | 01/07/11 | 30/06/13 | 622 | 1 | SuperCup |
25 | Pep Guardiola[79] | 27/07/13 | — | 0 |
* Serva bħala kowċ proviżorju.
Bord kurrenti
immodifikaBord Superviżorju | ||
---|---|---|
Membri | Noti | |
Uli Hoeneß | Ċermen tal-bord ta' Bayern Munich AG u President ta' Bayern Munich e.V. | |
Herbert Hainer | Viċi-Ċermen tal-bord u Ċermen tal-Adidas | |
Rupert Stadler | Viċi-Ċermen tal-bord u Ċermen tal-Audi | |
Helmut Markwort | Pubblikatur tal-Magażin FOCUS | |
Dieter Rampl | Ċermen konsultattiv tal-bord tal-Grupp UniCredit | |
Karl Hopfner | Viċi-president superjur ta' Bayern Munich e.V. | |
Dr. Edmund Stoiber | Eks Ministru-President tal-Bavarja | |
Timotheus Höttges | Ċermen tat-Telekom AG | |
Prof. Dr. Martin Winterkorn | Ċermen tal-Volkswagen | |
Bord eżekuttiv | ||
Membri | Rwol | |
Karl-Heinz Rummenigge | Ċermen | |
Jan-Christian Dreesen | Ċermen deputat | |
Matthias Sammer | Direttur Sportivi u Membru tal-bord eżekuttiv | |
Andreas Jung | Membru deputat tal-bord eżekuttiv |
Ara wkoll
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ FIFA (ed.). "Bayern München" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 17–33. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "Success from the Outset". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 134. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 581. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Deloitte LLP (ed.). "Bayern Munich" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-29. Miġbur 2013-03-11. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Bayern Munich, ed. (23 ta' Awwissu 2012). "Bayern overtake Barca" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich, ed. (16 ta' Novembru 2012). "A club in great shape" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2007). "Other Sports" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 30–40. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 51–63. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 101–2. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 105–120. It-test "ISBN 3-89533-426-X" mhux se jintuża (għajnuna); Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "A Period of Reconstruction" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 120–126. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 155–158. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 165–171. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2003). "The Golden Years" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ British Broadcasting Corporation, ed. (19 ta' Mejju 1999). "Unlucky Paris match for Leeds". BBC Sport (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 190–198. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters. pp. 214–226. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|lingea=
injorat (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 226–267. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 273–299. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ "Forward into the next Millenium" (bl-Ingliż). FC Bayern Munich Official Website. 2003. Parametru mhux magħruf
|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 307–345. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 351–433. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (31 ta' Jannar 2007). "Bayern part company with Felix Magath" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Bayern Magazin: 1/59, paġni: 16–21, 11 ta' Awwissu 2007 (Ġermaniż)
- ^ fussballdaten.de, ed. (17 ta' Mejju 2008). "Fussballdaten – Zahlen, Texte, Bilder" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The official FC Bayern Munich website, ed. (11 ta' Jannar 2008). "Jürgen Klinsmann to succeed Hitzfeld at Bayern" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The official FC Bayern Munich website (ed.). "Bayern part company with Jürgen Klinsmann" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|datea=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Bayern celebrate title with win". ESPN (bl-Ingliż). 8 ta' Mejju 2010. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2013-03-13. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Bayern win Cup to clinch Double". BBC (bl-Ingliż). 15 ta' Mejju 2010. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Champions League Final 2010 Statistics" (bl-Ingliż). WhoScored.com. Parametru mhux magħruf
|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna) - ^ "Bayern München 2 – 3 Internazionale". Yahoo!Sport (bl-Ingliż). 15 ta' Marzu 2011. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich, ed. (24 ta' April 2012). "FCB hofft auf eine 'bayerische Sternstunde'" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ UEFA,com, ed. (20 ta' Mejju 2012). "Bayern and Chelsea renew rivalry" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ fcbayern.telekom.de, ed. (19 ta' Ottubru 2012). "Bayern keen to extend lead at the top" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ fcbayern.telekom.de, ed. (20 ta' Ottubru 2012). "Heynckes: Our best game of the season so far" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich, ed. (6 ta' April 2013). "Records fall as Bayern seal stunning title triumph". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "UEFA Champions League 2013 - Dortmund-Bayern Players – UEFA.com".
- ^ "DFB - Deutscher Fußball-Bund e.V. - Aktuelle Saison".
- ^ The Guardian, ed. (26 ta' Mejju 2013). "Pep Guardiola's task will now be to build a Bayern Munich dynasty". Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċessdata=
injorat (għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 451–452. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 55. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 453–455. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 122. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2005). "Das Grünwalder Stadion" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Freunde des Sechz'ger Stadions e.V., ed. (2007). "Sportliche Höhepunkte in der Geschichte des Sechz'gers" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Manfred Brocks .... (1985). Harenberg (ed.). Monumente der Welt (bil-Ġermaniż). pp. 286–287. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|1=
(għajnuna) ISBN 3-88379-035-4 - ^ Olympiapark München GmbH, ed. (31 ta' Diċembru 2007). "The Olympic Stadium – Event Highlights" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-07. Miġbur 2013-03-13. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 463–469. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Allianz Arena München Stadion GmbH, ed. (2007). "General information about the Allianz Arena" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ fcbayern.com (ed.). "Allianz Arena capacity increased to 71,000" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 465–469. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ "Der Klassiker: Borussia Dortmund – FC Bayern München". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-16. Miġbur 2013-03-14.
- ^ Bayern Magazin: Sonderheft DFB-Pokal, 27 ta' Frar 2008 (bil-Ġermaniż)
- ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 439–449. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X - ^ FC Bayern Munich (ed.). "Bavarian derby's long and turbulent history" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). pp. 55–57, 64, 256–257. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 3-89533-426-X - ^ Bundesliga 1973/1974 » 12. Spieltag Kaiserslautern versus bayern Weltfussball.de. Miġjub 15 ta' Mejju 2009
- ^ The "Roten Teufel" (xjaten ħomor) – tradizzjoni u sorprendenti sportfive.com. Miġjub 15 ta' Mejju 2009
- ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (2008). "Emotion, drama and glory" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Sit Uffiċjali ta' FC Bayern Munich, ed. (6 ta' Mejju 2002). "Kahn: We'll be back with a vengeance" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (30 ta' Marzu 2007). "Bayern fired up for Schalke showdown" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich Official Website (ed.). "Bayern seek maximum return in Hamburg" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|date=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Bayern paired with old foes Milan" (bl-Ingliż). 9 ta' Marzu 2007. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ sportal.de, ed. (25 ta' April 2012). "Acht Fakten zum Halbfinal-Rückspiel Real – Bayern" (bil-Ġermaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-28. Miġbur 2013-03-14. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich Official Website, ed. (Ġunju 2008). "Klubstatistik" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ fcbayern.de, ed. (2013). "FC Bayern München – First Team" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (1 ta' Ġunju 2005). "Fans name greatest Reds of all time" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (15 ta' Awwissu 2008). "Kahn wird Ehrenspielführer des FCB" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ The official FC Bayern Munich Website, ed. (2012). "Hall of Fame" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ fcbayern.de, ed. (2013). "FC Bayern München – Profis" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Neues Quintett: Das ist Guardiolas Trainerstab" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Die Werkstatt, ed. (2003). Die Bayern. Die Geschichte des deutschen Rekordmeisters (bil-Ġermaniż). p. 595. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN = 3-89533-426-X - ^ Deutsche Welle (ed.). "Bayern Appoint Jupp Heynckes as new coach" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Financial Times Deutschland, ed. (5 ta' Settembru 2011). "Bayern-Trainer Heynckes: Nach 2013 "mal schauen"" (bil-Ġermaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ FC Bayern Munich, ed. (16 ta' Jannar 2013). "Guardiola to take Bayern helm in July 2013" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': FC Bayern Munich |
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati ma': Bayern Munich |
- Sit Uffiċjali bl-Ingliż (Ġappuniż, Ġermaniż, Spanjol, Ċiniż, Russu, u Għarbi huma wkoll verżjonijiet disponibbli)
- Rekord annwali fil-Bundesliga