Teotihuacan
Teotihuacan (pronunzjata /teɪˌoʊtiːwəˈkɑːn/[1] u spelluta wkoll Teotihuacán) hija belt antika Mesoamerikana li tinsab f'sottowied tal-Wied tal-Messiku, li jinsab fl-Istat tal-Messiku, madwar 40 kilometru (25 mil) fil-Grigal tal-Belt tal-Messiku moderna. Teotihuacan illum il-ġurnata hija magħrufa bħala s-sit fejn hemm bosta mill-iżjed piramidi Mesoamerikani sinifikanti mill-puntdivista arkitettoniku li nbnew fl-Amerki pre-Kolumbjani, fosthom il-Piramida tax-Xemx u l-Piramida tal-Qamar. Fl-aqwa tagħha, x'aktarx fl-ewwel nofs tal-ewwel millenju (1 W.K. sal-500 W.K.), Teotihuacan kienet l-ikbar belt fl-Amerki, b'popolazzjoni li huwa stmat li kienet tlaħħaq il-125,000 jew iktar[2][3], u b'hekk kienet mill-inqas is-sitt l-ikbar belt fid-dinja dak iż-żmien.[4]
Il-belt kienet tkopri tmien mil kwadru (21 km2), u 80 sa 90 fil-mija tal-popolazzjoni totali tal-wied kienet tirresjedi f'Teotihuacan. Minbarra l-piramidi, Teotihuacan hija sinifikanti wkoll mill-puntdivista antropoloġiku għall-kumplessi residenzjali għal diversi familji, għat-Triq tal-Mejtin, u għall-affreski vibranti u ppreservati sew tagħha. Barra minn hekk, Teotihuacan kienet tesporta għodod fini tal-ossidjana li nstabu fil-Mesoamerka kollha. Huwa maħsub li l-belt ġiet stabbilita għall-ħabta tal-100 Q.K., b'bosta monumenti ewlenin li bdew jinbnew madwar il-250 W.K. Il-belt jaf damet teżisti sal-ħabta tas-sekli 7 u 8 W.K., iżda l-monumenti ewlenin tagħha nsterqu u ngħataw in-nar sistematikament għall-ħabta tal-550 W.K. Il-waqgħa tal-belt jaf hija relatata mal-fenomeni estremi tat-temp tal-535-536 W.K.
Teotihuacan bdiet bħala ċentru reliġjuż fl-Artijiet Għoljin Messikani għall-ħabta tas-seklu 1 W.K u saret l-ikbar ċentru u l-iżjed wieħed popolat fl-Amerki pre-Kolombjani. Teotihuacan kien fiha kumplessi residenzjali b'diversi sulari li nbnew biex jakkomodaw il-popolazzjoni daqstant kbira. It-terminu Teotihuacan (jew Teotihuacano) jintuża wkoll biex jirreferi għaċ-ċivilizzazzjoni kollha kif ukoll għall-kumpless kulturali assoċjat mas-sit.
Għalkemm huwa parti minn dibattitu miftuħ jekk Teotihuacan kinitx iċ-ċentru ta' imperu statali, l-influwenza tagħha fil-Mesoamerka kollha hija ddokumentata sew. Evidenza tal-preżenza Teotihuacano nstabet f'bosta siti f'Veracruz u fir-reġjun tal-Maja. L-Azteki ta' warajhom raw dawn il-fdalijiet tal-għaġeb u sostnew li kellhom nisel komuni mat-Teotihuacanos, u b'hekk immodifikaw u adottaw ċertu aspetti tal-kultura tagħhom. L-etniċità tal-abitanti ta' Teotihuacan għadu dibattitu miftuħ. Kandidati possibbli huma l-gruppi etniċi tan-Nahua, tal-Otomi jew tat-Totonac. Studjużi oħra ssuġġerew li Teotihuacan kienet multietnika, minħabba l-iskoperta ta' aspetti kulturali marbuta mal-Maja kif ukoll mal-poplu Oto-Pamean. Mhuwiex ċar jekk bosta gruppi kulturali differenti għexux f'Teotihuacan fl-aqwa tagħha, b'migranti li wasslu minn kullimkien, iżda speċjalment minn Oaxaca u l-Kosta tal-Golf.[5][6]
Wara l-waqgħa ta' Teotihuacan, il-Messiku ċentrali ġie ddominat minn setgħat iktar reġjonali, l-aktar dawk ta' Xochicalco u ta' Tula.
Il-belt u s-sit arkeoloġiku jinsabu fil-muniċipalità moderna ta' San Juan Teotihuacán fl-Istat tal-Messiku, madwar 40 kilometru (25 mil) fil-Grigal tal-Belt tal-Messiku. Is-sit ikopri erja totali ta' 83 kilometru kwadru (32 mil kwadru) u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[7] Huwa l-iżjed sit arkeoloġiku li jżuruh nies fil-Messiku, b'saħansitra 4,185,017 viżitatur fl-2017.[8]
Etimoloġija
immodifikaL-isem Teōtīhuacān ingħata mill-Azteki li kienu jitkellmu l-lingwa Nahuatl, sekli wara l-waqgħa tal-belt għall-ħabta tal-550 W.K. It-terminu jingħad li jfisser "il-post tat-twelid tal-allat" jew "il-post fejn twieldu l-allat"[9], skont riflessjoni tal-miti tal-ħolqien bin-Nahuatl li kien jingħad li kienu jseħħu f'Teotihuacan. Studjuża tan-Nahuatl Thelma D. Sullivan tinterpreta l-isem bħala "l-post ta' dawk li għandhom it-triq tal-allat".[10] Dan għaliex l-Azteki kienu jemmnu li l-allat ħolqu l-univers f'dak is-sit. L-isem huwa ppronunzjat [te.oːtiːˈwakaːn] bin-Nahuatl, bl-aċċent fuq is-sillaba wa. Skont il-konvenzjonijiet ortografiċi normali tan-Nahuatl, aċċent bil-miktub ma jitpoġġiex f'dik il-pożizzjoni. Jintużaw kemm din il-pronunzja kif ukoll il-pronunzja u l-ortografija bl-Ispanjol [te.otiwaˈkan].
L-isem oriġinali tal-belt mhuwiex magħruf, iżda jidher fit-testi ġeroglifiċi mir-reġjun tal-Maja bħal puh jew "il-Post tal-Qasab".[11] Dan jissuġġerixxi li, fiċ-ċivilizzazzjoni tal-Maja tal-perjodu Klassiku, Teotihuacan kienet mifhuma bħala l-Post tal-Qasab, b'mod simili bħal insedjamenti Post-Klassiċi oħra tal-Messiku Ċentrali li ngħataw l-isem ta' Tollan, bħal Tula-Hidalgo u Cholula.
Din il-konvenzjoni fit-tismija wasslet għal konfużjoni sħiħa fil-bidu tas-seklu 20, peress li diversi studjużi bdew jiddibattu liema minn Teotihuacan jew Tula-Hidalgo kienet it-Tollan deskritta mill-ġrajjiet tas-seklu 16. Milli jidher issa huwa ċar li Tollan tista' tinftiehem bħala terminu ġeneriku bin-Nahuatl li kien jiġi applikat għal kwalunkwe insedjament kbir. Fil-kunċett Mesoamerikan tal-urbaniżmu, Tollan u ekwivalenti lingwistiċi oħra jservu bħala metafora, li torbot il-qatgħat tal-qasab u tal-arbuxelli li kienu jiffurmaw parti mill-ambjent tal-lagi tal-Wied tal-Messiku u l-għadd kbir ta' nies f'belt.[12]
Mit-23 ta' Jannar 2018, l-isem Teotihuacan tpoġġa taħt skrutinju mill-esperti, li issa jħossu li isem is-sit seta' tbiddel mill-kolonizzaturi Spanjoli fis-seklu 16. L-arkeologa Veronica Ortega tal-Istitut Nazzjonali tal-Antropoloġija u tal-Istorja tistqarr li l-belt milli jidher effettivament ingħatat l-isem ta' Teohuacan, li tfisser "il-Belt tax-Xemx" iktar milli "l-Belt tal-Allat", kif jissuġġerixxi l-isem attwali.[13]
Storja
immodifikaKronoloġija storika
immodifikaL-ewwel insedjament uman fl-inħawi ta' Teotihuacan imur lura għas-600 Q.K., u sal-200 Q.K. is-sit kien jikkonsisti minn għadd ta' villaġġi żgħar mifruxa 'l hemm u 'l hawn. Huwa stmat li l-popolazzjoni totali tal-Wied ta' Teotihuacan f'dak iż-żmien kienet tlaħħaq madwar 6,000 ruħ. Mill-100 Q.K. sas-750 W.K., Teotihuacan evolviet f'ċentru urban u amministrattiv kbir b'influwenzi kulturali mifruxa fir-reġjun Mesoamerikan usa'.[14]
L-istorja ta' Teotihuacan tiġi distinta f'erba' perjodu konsekuttivi:
Il-Perjodu I li seħħ bejn il-200 u l-1 Q.K. jimmarka l-iżvilupp ta' żona urbana distinta. Matul dan il-perjodu, Teotihuacan bdiet tikber f'belt u l-bdiewa lokali bdew jinġabru madwar il-fawwara abbundanti ta' Teotihuacan.[15]
Il-Perjodu II dam mill-1 W.K sat-350 W.K. Matul dan il-perjodu, Teotihuacan esperjenzat tkabbir enormi u żviluppat fl-ikbar metropoli tal-Mesoamerka. Fost il-fatturi li influwenzaw dan it-tkabbir hemm il-qerda ta' insedjamenti oħra minħabba żbroffar vulkaniku u l-attraenza ekonomika tal-belt li kulma jmur kienet qed tespandi. Dan l-influss ta' residenti ġodda kkawża l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-abitazzjonijiet urbani fil-kumplessi residenzjali uniċi li huma tipiċi ta' Teotihuacan. Dan il-perjodu huwa notevoli għall-arkitettura u għall-iskultura monumentali tiegħu, speċjalment il-kostruzzjoni ta' wħud mill-iżjed siti magħrufa sew ta' Teotihuacan, jiġifieri l-Piramidi tax-Xemx u tal-Qamar.[16] Barra minn hekk, kien hemm ukoll it-tranżizzjoni tal-poter politiku mit-Tempju tas-Serp tar-Rix u mill-istruttura tal-palazz ta' madwaru għall-Kumpless tat-Triq tal-Mejtin għall-ħabta tal-250 W.K. u t-350 W.K.[17] Xi awturi jemmnu li dan jirrappreżenta tranżizzjoni minn sistema politika ċċentralizzata u monarkika għal waħda iktar deċentralizzata u burokratika. Għall-ħabta tat-300 W.K., it-Tempju tas-Serp bir-Rix ġie skonsagrat u l-kostruzzjoni fil-belt kompliet b'mod iktar egalitarju, b'enfasi fuq il-kostruzzjoni ta' akkomodazzjonijiet komdi tal-ġebel għall-popolazzjoni.[18]
Il-Period III dam mit-350 sas-650 W.K. u huwa magħruf bħala l-perjodu Klassiku ta' Teotihuacan. Matulu l-belt laħqet l-apoġew tal-influwenza tagħha fil-Mesoamerka. Huwa stmat li l-popolazzjoni tagħha kienet tlaħħaq minimu ta' 125,000 abitant, u l-belt kienet fost l-ikbar bliet fid-dinja tal-qedem, b'2,000 binja f'erja ta' 18-il kilometru kwadru. F'dan il-perjodu wkoll, Teotihuacan kien fiha bejn wieħed u ieħor nofs in-nies kollha tal-Wied tal-Messiku, u b'hekk saret qisha belt ewlenija tal-Mesoamerka.[19] F'dan il-perjodu kien hemm il-kostruzzjoni mill-ġdid ta' diversi binjiet, fosthom it-Tempju tas-Serp tar-Rix, li jmur lura għall-perjodu preċedenti, u li tgħatta bi pjattaforma mżejna bi skulturi rikki. L-artefatti artistiċi tipiċi ta' dan il-perjodu huma l-maskri funebri, magħmula minn ħaġar aħdar u miksija bil-mużajk tal-ossidjana, tal-qxur tal-baħar jew tal-tal-ġada. Dawn il-maskri kienu tassew uniformi fin-natura tagħhom.[20]
Il-Perjodu IV jiddeskrivi l-perjodu bejn is-650 u s-750 W.K. Jimmarka l-waqgħa ta' Teotihuacan bħala setgħa ewlenija fil-Mesoamerka. Il-kumplessi residenzjali tal-elit tal-belt, raggruppati madwar it-Triq tal-Mejtin, fihom bosta maskri tal-ħruq, u l-arkeologi ħarġu bl-ipoteżi li l-belt esperjenzat diffikultajiet ċivili li għaġlu d-deklin tagħha. Fost il-fatturi li wasslu wkoll għad-deklin tal-belt kien hemm ukoll it-tfixkil fir-relazzjonijiet tributarji, iż-żieda ta' stratifikazzjoni soċjali, u t-taqbidiet għall-poter bejn l-elit fit-tmexxija u l-elit intermedjarju. Wara dan id-deklin, Teotihuacan baqgħet abitata, iżda qatt ma reġgħet laħqet il-livelli preċedenti bħala popolazzjoni.[21]
Oriġini u stabbiliment
immodifikaL-istorja bikrija ta' Teotihuacan hija pjuttost misterjuża, u l-oriġini tal-fundaturi tagħha hija pjuttost inċerta. Għall-ħabta tat-300 Q.K., il-popli tal-inħawi ċentrali u tax-Xlokk tal-Mesoamerka bdew jinġabru f'insedjamenti ikbar. Teotihuacan kienet l-ikbar ċentru urban tal-Mesoamerka qabel il-wasla tal-Azteki, kważi 1,000 sena qabel il-perjodu tagħhom. Il-belt diġà kienet tinstab fi stat ta' fdalijiet sal-wasla tal-Azteki. Għal bosta snin, l-arkeologi kienu jemmnu li nbniet mit-Tolteki. Dan it-twemmin kien ibbażat fuq testi tal-perjodu kolonjali, bħall-Kodiċi Fjorentin, li kien jattribwixxi s-sit lit-Tolteki. Madankollu, it-terminu bin-Nahuatl "Tolteki" ġeneralment ifisser "artiġjan tal-ogħla livell" u mhux dejjem jaf jirreferi għaċ-ċivilizzazzjoni tat-Tolteki ċċentrata f'Tula, Hidalgo. Peress li ċ-ċivilizzazzjoni tat-Tolteki ffjorixxiet sekli wara Teotihuacan, it-Tolteki ma setgħux ikunu l-fundaturi tal-belt.[22]
Fil-Perjodu Formattiv Aħħari, għadd ta' ċentri urbani feġġew fil-Messiku ċentrali. L-iżjed prominenti minnhom milli jidher kienet Cuicuilco, fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tal-Lag ta' Texcoco. L-istudjużi spekulaw li l-iżbroffar tal-vulkan ta' Xitle jaf wassal għal emigrazzjoni tal-massa 'l barra mill-wied ċentrali u fil-Wied ta' Teotihuacan. Dawn l-insedjaturi jaf stabbilew jew aċċelleraw it-tkabbir ta' Teotihuacan.[23]
Studjużi oħra sostnew li l-poplu tat-Totonaki kienu l-fundaturi ta' Teotihuacan u ssuġġerew li Teotihuacan kien stat multietniku peress li nstabu aspetti kulturali varjati marbuta mal-popli Zapoteki, Miksteki, u Maja.[24] Il-bennejja ta' Teotihuacan ħadu vantaġġ mill-ġeografija fil-Baċir tal-Messiku. Mill-art bassasa, huma bnew pjattaformi olzati msejħa chinampas, u b'hekk ħolqu produttività agrikola għolja minkejja l-metodi antiki tal-kultivazzjoni. Dan ippermetta l-formazzjoni ta' kanali, u sussegwentement it-traffiku tal-kenura, għat-trasport tal-ikel mill-irziezet madwar il-belt. L-iżjed binjiet bikrin f'Teotihuacan imorru lura għall-ħabta tal-200 Q.K. L-ikbar piramida, il-Piramida tax-Xemx, tlestiet sal-100 W.K.[25]
Is-Sena 378: il-Konkwista ta' Tikal
immodifikaXi ħaġa li tispikka hi n-nuqqas ta' evidenza ta' xi re jew mexxej awtoritarju ieħor f'Teotihuacan. Bliet kontemporanji fl-istess reġjun, inkluż tal-Maja u taz-Zapoteki, kif ukoll taċ-ċivilizzazzjoni iktar bikrija tal-Olmeki, kellhom bosta attestazzjonijiet ta' sovranità awtoritarja dinastika, fosthom palazzi rjali, spazji tal-logħba ċerimonjali tal-ballun, u tpinġijiet ta' gwerer, konkwisti u priġunieri umiljati. Madankollu, l-ebda minn dan ma nstab f'Teotihuacan. Bosta studjużi għaldaqstant ikkonkludew li Teotihuacan kienet immexxija minn xi tip ta' "governanza kollettiva".[26]
F'Jannar 378, il-ġellied Sihyaj K'ahk' (litterlament, "imwieled min-nar"), muri b'artefatti u xbihat ta' serp tar-rix assoċjati mal-kultura ta' Teotihuacan, ħakem lil Tikal, 600 mil 'il bogħod minn Teotihuacan, u neħħa u ssostitwixxa r-re tal-Maja, bl-appoġġ ta' El Peru u Naachtun, kif irreġistrat fl-Istele 31 f'Tikal u f'monumenti oħra fir-reġjun tal-Maja. F'dak iż-żmien, il-mexxej magħruf bħala l-Kokka li Twaddab il-Lanez kien assoċjat ukoll mal-kultura ta' Teotihuacan.[27]
Fit-378 grupp ta' ċittadini ta' Teotihuacan organizzaw kolp ta' stat f'Tikal, il-Gwatemala. Dan ma kienx jirrappreżenta lill-istat ta' Teotihuacan; kien grupp ta' nies tat-Tempju tas-Serp tar-Rix li tkeċċew mill-belt. Il-Piramida tas-Serp tar-Rix ingħatat in-nar, l-iskulturi kollha tneħħew mit-tempju, u nbniet pjattaforma oħra biex tgħatti l-faċċata tat-tempju ...[28]
Is-Sena 426: il-Konkwista ta' Copán u ta' Quiriguá
immodifikaFl-426, id-dinastija li rrenjat f'Copán inħolqot b'K'inich Yax K'uk' Mo' bħala l-ewwel re. Id-dinastija kellha sittax-il mexxej b'kollox. Copán illum il-ġurnata tinsab fil-Ħonduras, kif deskritt ukoll fl-Artal Q ta' Copán.[29] Minn hemm 'il quddiem, Yax K'uk' Mo' ħatar lil Tok Casper bħala r-re ta' Quiriguá, il-Gwatemala, madwar 50 kilometru fit-Tramuntana ta' Copán.[30]
Quċċata
immodifikaIl-belt laħqet il-quċċata tagħha fl-450 W.K. meta kienet iċ-ċentru ta' kultura setgħana li kellha influwenza estiża tul ir-reġjun Mesoamerikan kważi kollu. Matul dak iż-żmien, il-belt kellha erja ta' iktar minn 30 km2 (iktar minn 11.5 mil kwadru), u x'aktarx kellha popolazzjoni ta' madwar 150,000 ruħ, b'sors saħansitra jsostni li kellha sa 250,000 ruħ.[31] Diversi distretti fil-belt kienu jospitaw nies mir-reġjun ta' influwenza kollu ta' Teotihuacan, saħansitra min-Nofsinhar sa Gwatemala. Xi ħaġa oħra li tispikka fil-belt hija n-nuqqas ta' fortifikazzjonijiet u strutturi militari.
In-natura tal-interazzjonijiet politiċi u kulturali bejn Teotihuacan u ċ-ċentri tar-reġjun tal-Maja (kif ukoll fil-kumplament tal-Mesoamerka) ilha dibattitu miftuħ u sinifikanti. Saru skambji u interazzjonijiet sostanzjali matul is-sekli mill-perjodu Preklassiku Aħħari sal-Klassiku Nofsani. "Idealoġiji ispirati minn Teotihuacan" kif ukoll motivi ppersistew fiċ-ċentri tal-Maja sal-perjodu Klassiku Aħħari, ferm wara li Teotihuacan stess kienet qabdet it-triq tan-niżla.[32] Madankollu, l-istudjużi jiddibattu l-kobor u l-livell tal-influwenza ta' Teotihuacan. Uħud jemmnu li kellha dominanza diretta u militari, filwaqt li oħrajn huma tal-fehma li l-adozzjoni ta' tratti "barranin" kienet parti minn diffużjoni kulturali bidirezzjonali, konxja u selettiva. Skoperti ġodda ssuġġerew li Teotihuacan ma kinitx wisq differenti fl-interazzjonijiet tagħha ma' ċentri oħra mill-imperi li ġew wara, bħat-Tolteki u l-Azteki. Jingħad li Teotihuacan kellha influwenza kbira fuq il-perjodu Pre-Klassiku u Klassiku tal-Maja.[33][34]
L-istil arkitettoniċi prominenti f'Teotihuacan jinsabu mifruxa b'mod wiesgħa f'għadd ta' siti Mesoamerikani 'l bogħod. Xi riċerkaturi interpretaw dan bħala evidenza għall-interazzjonijiet u għad-dominanza politika jew militari.[35] Stil partikolarment assoċjat ma' Teotihuacan huwa magħruf bħala talud-tablero, fejn fuq naħa esterna li xxaqleb 'il ġewwa ta' struttura (talud) is ikun hemm panew rettangolari (tablero). Varjanti ta' dan l-istil ġeneriku jinstabu f'għadd ta' siti tar-reġjun tal-Maja, inkluż Tikal, Kaminaljuyu, Copan, Becan u Oxkintok, u partikolarment fil-Baċir ta' Petén u l-artijiet għoljin ċentrali tal-Gwatemala.[36] L-istil talud-tablero kien intuża qabel Teotihuacan fil-perjodu Klassiku Bikri; milli jidher oriġina fir-reġjun ta' Tlaxcala-Puebla matul il-perjodu Pre-Klassiku.[37] Xi analiżijiet intraċċaw l-iżvilupp f'varjanti lokali tal-istil talud-tablero f'siti bħal Tikal, fejn l-użu tiegħu jippreċedi l-motivi ikonografiċi li ntużaw fir-seklu 5 f'Teotihuacan. L-istil talud-tablero nfirex fil-Mesoamerka ġeneralment mill-aħħar tal-perjodu Pre-Klassiku, u mhux speċifikament jew unikament, permezz tal-influwenza ta' Teotihuacan. Mhux ċar kif jew minn fejn infirex l-istil għall-kumplament tar-reġjun tal-Maja. Meta l-belt kienet fil-quċċata tagħha, l-istrutturi prinċipali ta' Teotihuacan, inkluż il-piramidi, kienu mpittrin bi sfumaturi impressjonanti ta' aħmar skur. Għad fadal ftit fdalijiet ta' dan it-tpittir 'l hemm u 'l hawn fis-sit sa llum il-ġurnata.[38]
Il-belt kienet ċentru industrijali, u kienet tospita bosta produtturi tal-bċejjeċ tal-fuħħar, ġojjelliera u artiġjani. Teotihuacan hija magħrufa għall-produzzjoni ta' għadd kbir ta' artefatti tal-ossidjana. Ma jeżisti l-ebda test mhux ideografiku ta' Teotihuacan (jew magħruf li xi darba eżista). Iskrizzjonijiet mill-bliet tal-Maja juru li n-nobbiltà ta' Teotihuacan ivvjaġġaw u x'aktarx anke ħakmu artijiet 'il bogħod b'mexxejja lokali, saħansitra sal-Ħonduras. Fl-iskrizzjonijiet tal-Maja jissemma individwu li l-istudjużi jirreferu għalih bħala "Kokka li Twaddab il-Lanez", x'aktarx mexxej ta' Teotihuacan, li rrenja għal iktar minn 60 sena u ħatar lill-qrabatu bħala l-mexxejja ta' Tikal u ta' Uaxactun fil-Gwatemala.
L-istudjużi bbażaw l-interpretazzjonijiet tal-kultura ta' Teotihuacan fuq l-arkeoloġija, l-affreski li jżejnu s-sit (u oħrajn, bħall-Affreski ta' Wagner, li jinsabu f'kollezzjonijiet privati), u iskrizzjonijiet ġeroglifiċi magħmula mill-Maja li jiddeskrivu meta ltaqgħy mal-konkwistaturi ta' Teotihuacan. Il-ħolqien tal-affreski, x'aktarx għexieren ta' eluf ta' affreski, laħaq il-quċċata tiegħu bejn l-450 u s-650. Is-sengħa tal-pitturi ma għandiex rivali fil-Mesoamerka u tqabblet saħansitra ma' dik tal-pitturi Rinaxximentali ta' Firenze, l-Italja.[39]
Waqgħa
immodifikaOriġinarjament l-istudjużi ħasbu li xi invażuri attakkaw il-belt fis-seklu 7 jew 8, u serqulha r-rikkezzi kollha u mbagħad tawha n-nar. Madankollu, evidenza iktar reċenti milli jidher tindika li l-ħruq kien limitat għall-istrutturi u l-abitazzjonijiet assoċjati primarjament mal-klassi mexxejja. Uħud jaħsbu li dan jissuġġerixxi li l-ħruq kien frott xi rewwixta interna u li t-teorija tal-invażjoni hija difettuża minħabba li l-isforzi arkeoloġiċi bikrin kienu ffukati b'mod esklużiv fuq il-palazzi u t-tempji, li kienu postijiet li ntużaw mill-klassijiet għoljin. Peress li dawn is-siti kollha kellhom sinjali ta' ħruq, l-arkeologi kkonkludew li l-belt kollha kienet ingħatat in-nar. Minflok, issa huwa magħruf li l-qerda kienet iċċentrata fuq l-istrutturi ċiviċi ewlenin tul it-Triq tal-Mejtin. L-iskulturi fuq ġewwa fil-palazzi, bħal Xalla, tkissru matul din il-qerda.[40] Ma hemm l-ebda traċċa viżibbli ta' invażjoni barranija fis-sit.[41]
L-evidenza tad-deklin fil-popolazzjoni li beda għall-ħabta tas-seklu 6 toffri appoġġ għall-ipoteżi tar-rewwixta interna. Id-deklin ta' Teotihuacan ġie marbut fl-istess ħin ma' perjodi twal ta' nixfa b'rabta mat-tibdil fil-klima tal-535-536, li x'aktarx ġew ikkawżati mill-iżbroffar tal-vulkan Ilopango f'El Salvador. Din it-teorija ta' deklin ekoloġiku hija appoġġata mill-fdalijiet arkeoloġiċi li juru żieda fil-persentaġġ ta' skeletri ta' tfal u ta' żgħażagħ b'evidenza ta' malnutrizzjoni matul is-seklu 6, li jkomplu jappoġġaw ukoll l-ipoteżi tal-ġuħ minħabba l-iskarsezza tal-ikel bħala waħda mir-raġunijiet plawżibbli tad-dekliun ta' Teotihuacan. Iċ-ċittadini urbanizzati ta' Teotihuacan x'aktarx li kienu dipendenti fuq l-għelejjel agrikoli bħall-qamħirrum, il-fażola, l-amaranth, it-tomatillos, u l-qargħa aħmar. Jekk it-tibdil fil-klima affettwa r-rendimenti tal-għelejjel, il-ħsad imbagħad ma kienx ikun biżżejjed biex jitma l-popolazzjoni estensiva ta' Teotihucan.[42] Madankollu, iż-żewġ ipoteżi prinċipali ma jeskludux lil xulxin. In-nixfa li mbagħad wasslet għall-ġuħ setgħet wasslet ukoll għal invażjonijiet minn ċivilizzazzjonijiet iżgħar tal-madwar kif ukoll għal rewwixti interni.[43]
Fl-istess żmien tal-waqgħa ta' Teotihuacan fejn ma baqgħetx daqshekk prominenti lokalment, ċentri oħra fil-qrib, bħal Cholula, Xochicalco u Cacaxtla, ikkompetew biex jieħdu postha. Saħansitra jaf allinjaw ruħhom kontra Teotihuacan biex jaħtfu l-opportunità u jkomplu jnaqqsu l-influwenza u s-setgħa tal-belt antika. L-arti u l-arkitettura f'dawn is-siti jemulaw l-għamliet ta' Teotihuacan iżda juru wkoll taħlita eklettika ta' motivi u ta' ikonografija minn inħawi oħra tal-Mesoamerka, b'mod partikolari r-reġjun tal-Maja.
Il-qerda ħesrem ta' Teotihuacan kienet xi ħaġa komuni għall-bliet-stati Mesoamerikani tal-perjodi Klassiċi u Epi-Klassiċi. Bosta stati tal-Maja kellhom l-istess destin fis-sekli ta' wara u dawn l-avvenimenti spiss jiġu rreferiti bħala l-waqgħa tal-Maja tal-perjodu Klassiku. Fil-qrib, fil-wied ta' Morelos, ir-rikkezzi ta' Xochicalco nsterqu u l-belt ingħatat in-nar fid-900, filwaqt li Tula kellha destin simili għall-ħabta tal-1150.[44]
Perjodu tal-Azteki
immodifikaMatul l-1200, il-migranti Nahuatl reġgħu ppopolaw l-inħawi tal-belt. Sas-seklu 14, il-belt spiċċat f'idejn Huexotla, u fl-1409 ġiet assenjata t-tlatoani tagħha, Huetzin, li kien iben it-tlatoani ta' Huexotla. Iżda r-renju tiegħu spiċċa ħesrem meta Tezozomoc, it-tlatoani ta' Azcapotzalco, invada Huexotla u l-artijiet tal-madwar ta' Acolhua fl-1418. Huetzin tilef kontra l-invażuri, u minfloku Tezozomoc ħatar raġel imsejjaħ Totomochtzin. Inqas minn deċennju wara, fl-1427, ifforma l-Imperu tal-Azteki, u Teotihuacan saret vassall għal darb'oħra taħt l-Acolhua.[45]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIl-Belt Pre-Ispanika ta' Teotihuacan ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987.[7]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[7]
Kultura
immodifikaL-evidenza arkeoloġika tissuġġerixxi li Teotihuacan kienet belt multietnika, u filwaqt li l-lingwa jew il-lingwi predominanti li kienu jintużaw f'Teotihuacan intilfu matul l-istorja, it-Totonac u n-Nahuatl, li kienu forom bikrin ta' lingwi mitkellma mill-Azteki, jidher li kienu pjuttost plawżibbli. Din il-popolazzjoni ta' Teotihuacan pjuttost varjata reġjonalment x'aktarx li tmur lura għal diżastru naturali li seħħ qabel iż-żieda kbira fil-popolazzjoni. F'mument fl-istorja, Teotihuacan kellha rivali setgħana oħra li kienet Cuicuilco. Iż-żewġ bliet, li bejn wieħed u ieħor kellhom l-istess daqs u li t-tnejn kienu ċentri kummerċjali, kienu ċentri produttivi tal-artiġjanat u tal-kummerċ. Madankollu, għall-ħabta tal-100 Q.K., id-dinamika tal-poter inbidlet meta meta żbroffa l-vulkan attiv Xitle u kellu impatt kbir fuq Cuicuilco u r-raba' agrikolu tal-belt. Huwa maħsub li t-tkabbir esponenzjali iktar 'il quddiem tal-popolazzjoni ta' Teotihuacan kien dovut għall-migrazzjoni sussegwenti ta' dawk li kellhom jiċċaqilqu minħabba l-iżbroffar.[46] Filwaqt li dan l-iżbroffar huwa maħsub li kien il-kawża primarja tal-eżodu tal-massa, l-avvanzi reċenti fid-datazzjoni xeħtu dawl fuq żbroffar li kien seħħ qabel. L-iżbroffar tal-vulkan Popocatepetl f'nofs is-seklu 1 ippreċeda l-iżbroffar tal-vulkan Xitle, u huwa maħsub li beda d-degradazzjoni msemmija qabel tar-raba' agrikolu u kkawża l-ħsara strutturali tal-belt. L-iżbroffar ta' Xitle kompla jistiga l-abbandun ta' Cuicuilco.[47]
Fil-fażi ta' Tzacualli (għall-ħabta tal-1-150 W.K.), Teotihuacan esperjenzat tkabbir tal-popolazzjoni għal bejn wieħed u ieħor 60,000 sa 80,000 ruħ, u huwa maħsub li l-biċċa l-kbira minnhom ġew mill-baċir Messikan. Madankollu, wara t-tkabbir, l-influss ta' residenti ġodda batta, u l-evidenza tissuġġerixxi li sal-fażi ta' Miccaotli, għall-ħabta tal-200 W.K., il-popolazzjoni urbana kienet laħqet livell massimu.[48]
Fl-2001, Terrence Kaufman ippreżenta evidenza lingwistika li tissuġġerixxi li grupp etniku importanti f'Teotihuacan kellu affiljazzjoni lingwistika mat-Totonacan jew Mixe–Zoquean.[49] Huwa juża din l-evidenza biex jispjega l-influwenzi ġenerali minn lingwi bħat-Totonacan u l-Mixe–Zoquean f'bosta lingwi Mesoamerikani oħra, minkejja li ma kien hemm l-ebda storja ddokumentata ta' kuntatt ma' dawn il-gruppi lingwistiċi. Studjużi oħra jsostnu li l-ikbar grupp tal-popolazzjoni x'aktar li kellu etniċità Otomi, peress li huwa magħruf li l-lingwa Otomi kienet mitkellma fl-inħawi madwar Teotihuacan kemm qabel u wara l-perjodu Klassiku iżda mhux matul il-perjodu nofsani.[50]
Il-kumplessi ta' Teotihuacan juru evidenza ta' segregazzjoni fi tliet klassijiet: l-elit, il-klassi intermedja, u l-klassi tal-ħaddiema. L-istrutturi arkitettoniċi residenzjali milli jidher saru b'livelli differenti ta' arti u ta' kumplessità.[51] Abbażi tal-kwalità tal-materjali tal-kostruzzjoni u d-daqs tal-kompartimenti tal-istrutturi, kif ukoll il-kwalità tad-diversi oġġetti fir-residenzi, l-abitazzjonijiet li jirradjaw 'il barra mid-distrett ċentrali u tul it-Triq tal-Mejtin jaf kienu okkupati minn individwi bi status għoli. Madankollu, b'mod kumplessiv ma jidhirx li Teotihuacan kienet organizzata f'żoni diskreti ta' distretti. L-iżjed kumplessi tal-elit sikwit kienu mżejna b'affreski elaborati. Fost l-elementi tematiċi ta' dawn l-affreski hemm purċissjonijiet ta' patrijiet lebsin ilbies lussuż, figuri ta' ġagwari, id-divinità tal-maltemp, u divinità anonima b'idejha 'l fuq toffri d-doni ta' qamħirrum, ħaġar prezzjuż u ilma.[52][53] Xi ħaġa notevoli hi li x-xbihat ta' mexxejja mhumiex preżenti fl-arti ta' Teotihuacan. Minflok, ix-xogħlijiet tal-arti għandhom it-tendenza li juru karigi u divinitajiet istituzzjonalizzati.[54] Mhux preżenti wkoll fl-arti ta' Teotihuacan hija l-kitba, minkejja li l-belt kellha network qawwi ta' kuntatt mal-Maja litterati.[55]
Il-klassijiet tal-ħaddiema, minnhom infushom stratifikati, kienu jikkonsistu minn bdiewa, artiġjani b'bosta ħiliet, u popolazzjoni rurali fil-periferija. L-artiġjani li kienu jgħixu fil-belt kellhom diversi speċjalitajiet u kienu joqogħdu f'kumplessi ta' appartamenti madwar il-belt, magħrufa bħala ċentri distrettwali, u l-evidenza turina li dawn iċ-ċentri kienu l-muturi ekonomiċi u kulturali ta' Teotihuacan. Stabbiliti mill-elit sabiex juru l-oġġetti lussużi pprovduti mill-artiġjani residenti, iċ-ċentri distrettwali kienu jirrappreżentaw id-diversità fl-oġġetti u kienu megħjuna mill-konċentrazzjoni kbira ta' immigranti minn reġjuni differenti tal-Mesoamerka. Flimkien mal-evidenza arkeoloġika li tindika li wħud mill-oġġetti primarji li kien isir kummerċ fihom kienu t-tessuti, l-artiġjani kkapitalizzaw fuq il-ħiliet tagħhom fil-pittura, fil-bini, fid-daqq tal-mużika u fit-taħriġ militari. Dawn iċ-ċentri distrettwali kienu qishom kumplessi individwali, spiss imdawra b'ħitan li kienu jisseparawhom fiżikament mill-oħrajn.
B'dan il-mod, Teotihuacan żviluppat kompetizzjoni ekonomika interna li xprunat il-produttività u għenet biex tinħoloq struttura soċjali partikolari li kienet differenti mill-istruttura tal-belt inġenerali. L-azzjonijiet ripetuti tal-artiġjana ħallew il-marka fiżika tagħhom. Abbażi tal-kundizzjoni tas-snien li nstabu, l-arkeologi rnexxielhom jiddeterminaw li, meta kienu ħajjin, xi katavri li nstabu kienu jaħdmu bil-fibri mas-snien ta' quddiem tagħhom, u insinwaw li x'aktarx kienu produtturi ta' xbieki, bħal dawk li jidhru fl-arti mal-ħitan. L-iskeletri femminili pprovdew evidenza li x'aktarx kienu jaħdmu fil-ħjata jew fil-pittura għal perjodi twal ta' żmien, u dan joħroġ fid-dieher anke mix-xedd ir-ras li kienu nħolqu kif ukoll mill-bċejjeċ tal-fuħħar li ġew prodotti u mpittra. It-tkagħbir fuq ġogi speċifiċi jindika li kienu jġorru oġġetti tqal għal perjodu twil ta' żmien. L-evidenza ta' dawn il-materjali tqal tinstab fl-ammont kbar ta' bċejjeċ tal-fuħħar importati, u fil-materja prima fis-sit, bħal biċċiet tal-ħġieġ rijolitiku, tal-irħam u tal-lavanja. Ir-residenzi tal-popolazzjoni rurali tal-belt kienu jinsabu miġbura flimkien bejn ir-residenzi tal-klassi medja jew fil-periferija tal-belt, filwaqt li mill-bċejjeċ tal-fuħħar li nstabu minn reġjuni oħra f'raggruppamenti iżgħar, donnhom jissuġġerixxu li l-merkanti kellhom ir-raggruppamenti residenzjali tagħhom ukoll.[56]
Reliġjon
immodifikaF'An Illustrated Dictionary of the Gods and Symbols of Ancient Mexico and the Maya, Miller u Taube jelenkaw tmien divinitajiet:[57]
- l-alla tal-maltemp;[58]
- l-alla femminili l-kbira;
- is-serp bir-rix, divinità importanti f'Teotihuacan, li x'aktarx kien assoċjat mal-Piramida/mat-Tempju tas-Serp bir-Rix;[59]
- l-alla x-xiħ;
- is-serp tal-gwerra; Taube għamel distinzjoni bejn iż-żewġ divinitajiet sriep skont kif jidhru mal-Piramida tas-Serp bir-Rix, iżda riċerkaturi oħra huma xettiċi;[60]
- il-ġagwar bix-xbieki;
- l-alla tal-alkoħol Pulque;
- l-alla oħxon; magħruf primarjament mill-figurini u li huwa preżunt li huwa marbut ma' ritwali tal-unitajiet domestiċi.[61]
Esther Pasztory iżid divinità oħra:[62]
- l-alla mqaxxar; magħruf primarjament mill-figurini u li huwa preżunt li huwa marbut ukoll ma' ritwali tal-unitajiet domestiċi.
Il-konsensus fost l-istudjużi hu li d-divinità primarja ta' Teotihuacan kienet l-alla femminili l-kbira ta' Teotihuacan.[63][64] L-arkitettura ċivika dominanti hija l-piramida. Il-politika kienet ibbażata fuq ir-reliġjon statali, u l-mexxejja politiċi kienu l-mexxejja reliġjużi.[65] Il-mexxejja reliġjużi kienu jikkummissjonaw lill-artisti biex joħolqu xogħlijiet tal-arti reliġjużi għaċ-ċerimonji u għar-ritwali. X'aktarx li x-xogħlijiet tal-arti li kienu jiġu kkummissjonati kienu jkunu affreski jew inċensaturi bix-xbihat tad-divinitajiet bħall-alla femminili l-kbira ta' Teotihuacan jew is-serp bir-rix. L-inċensaturi kienu jiġu mixgħula matul ir-ritwali reliġjużi sabiex jinvokaw l-allat, inkluż f'ritwali b'sagrifiċċji umani.[66]
Kif joħroġ fid-dieher mill-fdalijiet umani u tal-annimali li nstabu matul l-iskavi tal-piramidi fil-belt, f'Teotihuacan kienu jiġu ssagrifikati l-bnedmin. L-istudjużi jemmnu li n-nies kienu joffru sagrifiċċji umani bħala parti minn dedika meta l-binjiet kienu jiġu mkabbra jew jinbnew. Il-vittmi x'aktarx li kienu jkunu ġellieda għedewwa tal-battalji u kienu jinġabu fil-belt għas-sagrifiċċji umani sabiex jiġi żgurat li l-belt ikollha l-prosperità.[67] Xi rġiel qatgħulhom rashom, uħud qalawlhom qalbhom minn postha, uħud inqatlu b'diversi daqqiet fuq rashom, u oħrajn indifnu ħajjin. L-annimali li kienu meqjusa sagri u kienu jirrappreżentaw is-setgħat mitiċi, filwaqt li l-militar indifnu wkoll ħajjin jew inqabdu u ntefgħu f'gaġeġ bħall-cougars, il-lupu, l-ajkli, il-falkuni, il-kokki, u saħansitra s-sriep velenużi.[68]
Bosta maskri tal-ġebel instabu f'Teotihuacan, u ġeneralment ġie maħsub li kienu ntużaw matul kuntest funebri.[69] Madankollu, studjużi oħra għandhom id-dubji tagħhom dwar dan, u jinnutaw li l-maskri "ma jidhrux li ġejjin minn xi difniet".[70]
Popolazzjoni
immodifikaTeotihuacan kellha waħda mill-ikbar jekk mhux l-ikbar popolazzjoni fost il-bliet insedjati fil-Baċir tal-Messiku. Teotihuacan kienet belt preistorika kbira li esperjenzat tkabbir enormi fil-popolazzjoni u dan it-tkabbir baqa' sostnut matul il-biċċa l-kbira tal-insedjament tal-belt. Fil-100 W.K., il-popolazzjoni x'aktarx li kienet tlaħħaq madwar 60,000-80,000 ruħ, wara 200 sena li l-belt kienet insedjata, f'erja ta' 20 km2. Il-popolazzjoni, eventwalment, stabilizzat ruħha madwar il-100,000 ruħ għall-ħabta tat-300 W.K.[71]
Il-popolazzjoni laħqet il-quċċata tagħha għall-ħabta tal-400 sal-500 W.K. Matul dan il-perjodu, magħruf bħala l-perjodu ta' Xolalpan, il-popolazzjoni tal-belt x'aktarx li kienet bejn 100,000 u 200,000 ruħ. Dawn iċ-ċifri nkisbu billi ġew stmati d-daqsijiet tal-2,000 kumpless, li x'aktarx li kienu jesgħu bejn 60 u 100 ruħ kull wieħed. Dan l-għadd għoli baqa' stabbli sa meta l-belt qabdet it-triq tad-deklin tagħha bejn is-600 u s-700 W.K.
Wieħed mid-distretti ta' Teotihuacan, Teopancazco, kien insedjat matul il-biċċa l-kbira taż-żmien meta Teotihuacan kienet insedjata wkoll. Dan juri li Teotihuacan kienet belt multietnika li kienet maqsuma f'żoni b'etniċitajiet ta' ħaddiema differenti. Dan id-distrett kien importanti għal żewġ raġunijiet: ir-rata għolja ta' mortalità tat-trabi u r-rwol tal-etniċitajiet differenti. Ir-rata għolja ta' mortalità tat-trabi kienet importanti fi ħdan id-distrett u fil-belt inġenerali, u nstabu għadd kbir ta' skeletri perinatali f'Teopancazco. Dan jissuġġerixxi li l-popolazzjoni ta' Teotihuacan kienet sostnuta u kibret bis-saħħa tal-influss ta' nies li ġew jgħixu fil-belt, iktar milli permezz tar-riproduzzjoni tal-istess popolazzjoni. L-influss ta' nies ġie mill-inħawi tal-madwar, u b'hekk kien hemm etniċitajiet differenti fil-belt.[72]
Teotihuacan kellha wkoll żewġ distretti oħra li b'mod prominenti kellha din il-bixra multietnika. Iż-żewġ distretti kien fihom mhux biss arkitettura differenti minn partijiet oħra ta' Teotihuacan iżda wkoll artefatti u prattiċi funebri li taw bidu għan-narrativa ta' dawn il-postijiet. L-arkeologi wettqu wkoll ittestjar tal-proporzjon ta' isotopi tal-ossiġenu u ta' isotopi tal-istronzju sabiex jiddeterminaw permezz tal-għadam u tas-snien li nstabu, jekk dawn kinux tan-nattivi ta' Teotihuacan jew kinux ta' immigranti li ġew jgħixu fil-belt. L-ittestjar tal-proporzjon ta' ossiġenu jista' jintuża sabiex jiġi ddeterminat fejn trabba dak li jkun u fejn kien jgħix meta miet. Dawn it-testijiet żvelaw ħafna informazzjoni, iżda b'mod speċifiku ppermettew li ssir distinzjoni ċara bejn in-nies li kienu jgħixu fid-distretti etniċi u dawk nattivi ta' Teotihuacan.[73]
Distrett partikolari kien jissejjaħ Tlailotlacan u huwa maħsub li kien distrett ta' migranti li b'mod predominanti ġew mir-reġjun ta' Oaxaca. L-iskavi hemmhekk żvelaw artefatti bl-istil mir-reġjun ta' Zapoteco, inkluż qabar b'antikamra. L-ittestjar tal-proporzjon ta' isotopi tal-ossiġenu kien partikolarment siewi fl-analiżi ta' dan id-distrett għaliex ta stampa ċara tal-influss inizjali minn Oaxaca, segwit minn vjaġġi ta' rutina lura lejn art twelidhom sabiex il-kulturali u l-patrimonju tagħhom inżamm għal bosta ġenerazzjonijiet li ġew wara. L-ittestjar tal-proporzjon ta' isotopi tal-ossiġenu li sar wara żvela wkoll li mill-iskeletri li ġew ittestjati, 80 % minnhom kienu immigranti li ġew jgħixu fil-belt jew li twieldu fil-belt, iżda li qattgħu tfulithom f'art twelidhom qabel ma reġgħu lura f'Teotihuacan. Kien hemm evidenza ta' interazzjoni kostanti bejn Teotihuacan u r-reġjun ta' Oaxaca permezz ta' vjaġġi li kienu jagħmlu t-tfal u l-ommijiet, u b'hekk il-kultura ta' art twelidhom u l-għeruq tagħhom baqgħu ħajjin.[74]
Distrett prinċipali ieħor kien jissejjaħ Barrio de Los Comerciantes, jew id-Distrett tal-Merkanti. Hemm inqas informazzjoni dwar min kien jgħix f'dan id-distrett (jew inkella hija meħtieġa iktar riċerka), iżda dan id-distrett kellu wkoll differenzi ċari meta mqabbel ma' nħawi oħra tal-belt. L-arkitettura kienet differenti, u kellha strutturi tondi magħmula bit-tajn, kif ukoll bċejjeċ tal-fuħħar u artefatti barranin li ġew identifikati li jappartjenu għar-reġjun tal-Kosta tal-Golf. Dan id-distrett, b'mod simili għal Tlailotclan, kellu influss enormi ta' immigranti, skont l-eżitu tal-ittestjar tal-proporzjon ta' isotopi tal-istronzju fuq l-għadam u s-snien, u n-nies x'aktarx li qattgħu parti sinifikanti minn ħajjithom f'Teotihuacan qabel mietu.[6]
Kitba u letteratura
immodifikaFid-distrett ta' La Ventilla kien hemm sejba kbir ta' iktar minn 30 sinjal u raggruppamenti ta' sinjali mal-art ta' terrazzin.[75] Il-biċċa l-kbira tas-sejbiet f'Teotihuacan jissuġġerixxu li l-abitanti kellhom l-istil ta' kitba tagħhom. Dawn is-sinjali saru "malajr u juru l-kontroll". B'hekk huwa maħsub li jagħtu l-idea li ġew ipprattikati u kienu adegwati għall-ħtiġijiet tas-soċjetà ta' dak iż-żmien.[76] Soċjetajiet oħra madwar Teotihuacan adottaw uħud mis-sinjali jew mis-simboli li kienu jintużaw fil-belt. L-abitanti tagħhom qajla użaw xi tip ieħor ta' simboli jew arti mis-soċjetajiet l-oħra ta' madwar il-belt.[77] Dawn is-sistemi ta' kitba ma kinux bħal dawk tal-ġirien, iżda l-istess kitbiet juru li x'aktarx kienu konxji li kienu jeżistu kitbiet oħra.[78]
Laboratorju tal-ossidjana
immodifikaL-ipproċessar tal-ossidjana kien l-iżjed arti żviluppata u s-sors ewlieni ta' ġid f'Teotihuacan. Il-laboratorji pproduċew diversi tipi ta' għodod jew ta' oġġetti tal-ossidjana, maħsuba għal tranżazzjonijiet kummerċjali lil hinn mill-konfini ġeografiċi tal-belt, fosthom figurini, xfafar, ponot, manki tas-skieken, ġojjellerija jew ornamenti, eċċ. L-ossidjana ġiet primarjament mill-minjieri ta' Pachuca (Teotihuacan) u l-ipproċessar tal-ossidjana kien l-iżjed industrija importanti fil-belt, li kienet kisbet il-monopolju fil-kummerċ tal-ossidjana fir-reġjun Mesoamerikan usa'.[79] L-istat wettaq ukoll monitoraġġ massiċċ tal-kummerċ, tat-trasport jew taċ-ċaqliq u tal-ħolqien tal-għodod tal-ossidjana, peress li kienet industrija tassew importanti fil-belt u kienet limitata fil-postijiet ta' ħidma reġjonali fejn kienu jiġu prodotti l-għodod.[80]
Gallerija
immodifika-
Veduta mill-Piramid tax-Xemx.
-
Veduta mill-Piramida tal-Qamar.
-
Bitħa interna tal-Palazz ta' Quetzalpapálotl.
-
Figurini fil-mużew lokali.
-
Affresk ta' puma fit-Triq tal-Mejtin.
-
Maskra tal-irħam tas-sekli 3-7.
-
Maskra tas-serpentinit tas-sekli 3-6.
-
Detall tal-kontenut funebri ta' bnedmin issagrifikati bħala parti mir-riti ta' konsagrazzjoni tal-Piramida tas-Serp bir-Rix (il-fażi ta' Miccaotli, għall-ħabta tal-200 W.K.). F'dan il-każ, il-katavri midfuna kollha kellhom idejhom marbuta wara daharhom. Il-ġiżirana hija magħmula minn bċejjeċ li jissimulaw ix-xedaq tal-bniedem, iżda katavri midfuna oħra kellhom ġiżirajjen b'xedaq reali tal-bniedem.
-
Detall tal-affreski tal-Palazz ta' Atetelco, datat fil-fażi ta' Xolalpan (għall-ħabta ta' bejn l-450 u s-650 W.K.).
-
A wall painting in Teotihuacan
-
Veduta mill-Piramida tal-Qamar.
Iktar qari
immodifika- Berrin, Kathleen; Esther Pasztory (1993). Teotihuacan: Art from the City of the Gods. New York: Thames and Hudson. ISBN 978-0-500-23653-6.
- Braswell, Geoffrey E. (2003). "Introduction: Reinterpreting Early Classic Interaction". In Geoffrey E. Braswell (ed.). The Maya and Teotihuacan: Reinterpreting Early Classic Interaction. Austin: University of Texas Press. pp. 1–44. ISBN 978-0-292-70587-6.
- Brown, Dale M., ed. (1992). Aztecs: Reign of Blood and Splendor. Lost Civilizations series. Alexandria, VA: Time-Life Books. ISBN 978-0-8094-9854-3.
- Bueno, Christina. The Pursuit of Ruins: Archeology, History, and the Making of Modern Mexico. Albuquerque: University of New Mexico Press, 2016, ISBN 0826357318.
- Cheek, Charles D. (1977). "Excavations at the Palangana and the Acropolis, Kaminaljuyu". In William T. Sanders; Joseph W. Michels (eds.). Teotihuacan and Kaminaljuyu: a Study in Prehistoric Culture Contact. University Park: Pennsylvania State University Press. pp. 1–204. ISBN 978-0-271-00529-4.
- Coe, Michael D.; Rex Koontz (1994) [1962]. Mexico: From the Olmecs to the Aztecs. New York: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-27722-5.
- Coe, Michael D.; Dean Snow; Elizabeth Benson (1986). Atlas of Ancient America. New York: Facts on File. ISBN 978-0-8160-1199-5.
- Cowgill, George L. (1992). "Teotihuacan Glyphs and Imagery in the Light of Some Early Colonial Texts". In Janet Catherine Berlo (ed.). Art, Ideology, and the City of Teotihuacan: A Symposium at Dumbarton Oaks, 8th and 9th October 1988. Washington, DC: Dumbarton Oaks Research Library and Collection. pp. 231–46. ISBN 978-0-88402-205-3.
- Cowgill, George (1997). "State and Society at Teotihuacan, Mexico". Annual Review of Anthropology. 26 (1): 129–161.
- Davies, Nigel (1982). The Ancient Kingdoms of Mexico. England: Penguin Books. ISBN 978-0-14-013587-9.
- Heyden, Doris (1975). "An Interpretation of the Cave underneath the Pyramid of the Sun in Teotihuacan, Mexico". American Antiquity. 40 (2): 131–147.
- Kaufman, Terrence (2001). "Nawa linguistic prehistory". Mesoamerican Language Documentation Project.
- Laporte, Juan Pedro (2003). "Architectural Aspects of Interaction Between Tikal and Teotihuacan during the Early Classic Period". In Geoffrey E. Braswell (ed.). The Maya and Teotihuacan: Reinterpreting Early Classic Interaction. Austin: University of Texas Press. pp. 199–216. ISBN 978-0-292-70587-6.
- Malmström, Vincent H. (1978). "Architecture, Astronomy, and Calendrics in Pre-Columbian Mesoamerica". Journal for the History of Astronomy. 9 (2): 105–116.
- Miller, Mary; Karl Taube (1993). The Gods and Symbols of Ancient Mexico and the Maya: An Illustrated Dictionary of Mesoamerican Religion. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-05068-2.
- Millon, René (1993). "The Place Where Time Began: An Archaeologist's Interpretation of What Happened in Teotihuacan History". In Berrin, Kathleen; Esther Pasztory (eds.). Teotihuacan: Art from the City of the Gods. New York: Thames and Hudson. pp. 16–43. ISBN 978-0-500-23653-6.
- Pasztory, Esther (1992). "Abstraction and the rise of a utopian state at Teotihuacan", in Janet Berlo, ed. Art, Ideology, and the City of Teotihuacan, Dumbarton Oaks, pp. 281–320.
- Schele, Linda; Peter Mathews (1998). The Code of Kings: The Language of Seven Sacred Maya Temples and Tombs. New York: Scribner. ISBN 978-0-684-80106-3.
- Sugiyama, Saburo (2003). Governance and Polity at Classic Teotihuacan; in Julia Ann Hendon, Rosemary A. Joyce, "Mesoamerican archaeology". Wiley-Blackwell.
- Séjourné, Laurette (1959) Un Palacio en la ciudad de los dioses, Teotihuacán, Mexico, Instituto Nacional de Antropología e Historia.
- Séjourné, Laurette (1962) El Universo de Quetzalcóatl, Fondo de Cultura Económica.
- Séjourné, Laurette (1966) Arqueología de Teotihuacán, la cerámica, Fondo de Cultura Económica.
- Séjourné, Laurette (1969) Teotihuacan, métropole de l'Amérique, Paris, F. Maspero.
- Šprajc, Ivan; Sprajc, Ivan (2000). "Astronomical Alignments at Teotihuacan, Mexico". Latin American Antiquity. 11 (4): 403–415.
- Taube, Karl A. (2000). The Writing System of Ancient Teotihuacan. Ancient America series. Vol. 1. Barnardsville, NC: Center for Ancient American Studies.
- Varela Torrecilla, Carmen; Geoffrey E. Braswell (2003). "Teotihuacan and Oxkintok: New Perspectives from Yucatán". In Geoffrey E. Braswell (ed.). The Maya and Teotihuacan: Reinterpreting Early Classic Interaction. Austin: University of Texas Press. pp. 249–72. ISBN 978-0-292-70587-6.
- Weaver, Muriel Porter (1993). The Aztecs, Maya, and Their Predecessors: Archaeology of Mesoamerica (3rd ed.). San Diego: Academic Press. ISBN 978-0-01-263999-3.
- Webmoor, Timothy (2007). Reconfiguring the Archaeological Sensibility: Mediating Heritage at Teotihuacan, Mexico. Symmetrical Archaeology [2005–, collaboratory directors T. Webmoor and C. Witmore]. Teżi tad-Dottorat. Stanford Archaeology Center/Metamedia Lab, Stanford University.
Referenzi
immodifika- ^ "Oxford Languages | The Home of Language Data". languages.oup.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ "MET Museum". www.metmuseum.org. Miġbur 2022-11-07.
- ^ Millon, p. 18.
- ^ Millon, p. 17.
- ^ SPENCE, MICHAEL W.; WHITE, CHRISTINE D.; RATTRAY, EVELYN C.; LONGSTAFFE, FRED J. (2006-12-31), "Past Lives in Different Places", Settlement, Subsistence, and Social Complexity, Cotsen Institute of Archaeology Press, pp. 155–197.
- ^ a b Price, T. Douglas; Manzanilla, Linda; Middleton, William D. (October 2000). "Immigration and the Ancient City of Teotihuacan in Mexico: a Study Using Strontium Isotope Ratios in Human Bone and Teeth". Journal of Archaeological Science. 27 (10): 903–913.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Pre-Hispanic City of Teotihuacan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ "Estadística de Visitantes". www.estadisticas.inah.gob.mx. Miġbur 2022-11-07.
- ^ Dean R. Snow, Archaeology of Native North America.
- ^ Millon (1993), p. 34.
- ^ Mathews u Schele (1997), p. 39.
- ^ Miller u Taube (1993), p. 170.
- ^ Press, The Associated (2018-01-24). "Mexico's Teotihuacan ruins may have been 'Teohuacan'" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ Parsons, Jeffrey R. (1974). "The Development of a Prehistoric Complex Society: A Regional Perspective from the Valley of Mexico". Journal of Field Archaeology. 1 (1/2): 81–108.
- ^ Nichols, Deborah L. (2016). "Teotihuacan". Journal of Archaeological Research. 24 (1): 1–74.
- ^ "Teotihuacan, MET museum". www.metmuseum.org. Miġbur 2022-11-07.
- ^ Cowgill, George L. (1997). "State and Society at Teotihuacan, Mexico". Annual Review of Anthropology. 26: 129–161.
- ^ Graeber, David u Wengrow, David "The Dawn of Everything, A New History of Humanity" (New York: Farrar, Straus u Giroux, 2021), pp. 342-343.
- ^ Sanders, William T.; Webster, David (1988). "The Mesoamerican Urban Tradition". American Anthropologist. 90 (3): 521–546.
- ^ Graeber, David u Wengrow, David "The Dawn of Everything, A New History of Humanity" (New York: Farrar, Straus u Giroux, 2021), pp. 342-343.
- ^ Luján, Leonardo López; Nadal, Laura Filloy; Fash, Barbara W.; Fash, William L.; Hernández, Pilar (2006). "The Destruction of Images in Teotihuacan: Anthropomorphic Sculpture, Elite Cults, and the End of a Civilization". RES: Anthropology and Aesthetics. 49–50 (49/50): 12–39.
- ^ Pollard, Elizabeth; Rosenberg, Clifford; Tignor, Robert (2015). Worlds Together Worlds Apart Volume 1 Concise Edition. New York: W.W. Norton & Company. p. 292. ISBN 978-0-393-91847-2.
- ^ Secrets of the Dead, l-episodju Teotihuacan's Lost Kings, PBS, it-30 ta' Ottubru 2018.
- ^ Editors, History com. "Teotihuacan". HISTORY (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.Manutenzjoni CS1: test żejjed: authors list (link)
- ^ Millon (1993), p. 24.
- ^ Graeber, David u Wengrow, David "The Dawn of Everything, A New History of Humanity" (New York: Farrar, Straus u Giroux, 2021), pp. 330-332.
- ^ Stuart, David (2014-05-12). "Naachtun's Stela 24 and the Entrada of 378". Maya Decipherment (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ "Teotihuacan: An Exceptional Multiethnic City in Pre-Hispanic Central Mexico". Center for Latin American Studies (bl-Ingliż). 2021-09-17. Miġbur 2022-11-07.
- ^ Carmack, Robert M.; Gasco, Janine L.; Gossen, Gary H. (2016-01-08). The Legacy of Mesoamerica: History and Culture of a Native American Civilization. Routledge. ISBN 9781317346791.
- ^ Fiallos, Maria (2006). Honduras and the Bay Islands. Hunter Publishing, Inc. ISBN 9781588436023.
- ^ Malmström (1978, p. 105) jagħti stima ta' 50,000 sa 200,000 abitant. Coe et al. (1986) jagħti stima ta' "bejn 125,000 u 250,000". Millon, p. 18, isemmi li kien hemm 125,000 fis-600 W.K. Taube, p. 1, isostni li "x'aktarx kienu saħasitra 150,000".
- ^ Braswell (2003), p. 7.
- ^ "National Geographic Magazine". National Geographic (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ "Sacrificial Burial Deepens Mystery At Teotihuacan, But Confirms The City's Militarism". ScienceDaily (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.
- ^ Cheek (1977).
- ^ Braswell (2003), p. 261.
- ^ Braswell (2003), p. 11.
- ^ Laporte (2003), pp. 200–205.
- ^ Davies, p. 78.
- ^ Manzanilla L. (2003) The abandonment of Teotihuacan. The Archaeology of Settlement Abandonment in Middle America, Foundations of Archaeological Inquiry, eds Inomata T, Webb RW (Univ of Utah Press, Salt Lake City), pp. 91–101.
- ^ Manzanilla, LR (2015). "Cooperation and tensions in multiethnic corporate societies using Teotihuacan, Central Mexico, as a case study". Proc Natl Acad Sci U S A. 112 (30): 9210–5.
- ^ Portillo, Luis. "Cultura Teotihuacana" (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-11.
- ^ Kaufman (2001), p. 4.
- ^ Snow, Dean R. (2010). Archaeology of Native North America. Prentice Hall. p. 156.
- ^ Garraty, Christopher P. (2006). "Aztec Teotihuacan: Political Processes at a Postclassic and Early Colonial City-State in the Basin of Mexico". Latin American Antiquity. 17 (4): 363–387.
- ^ Grove, David (March 1994). "Art, Ideology, and the City of Teotihuacan: A Symposium at Dumbarton Oaks, 8th and 9th October 1988 . Janet Catherine Berlo". American Anthropologist. 96 (1): 215–216.
- ^ Nichols, Deborah L. (March 2016). "Teotihuacan". Journal of Archaeological Research. 24 (1): 1–74.
- ^ Cowgill, George L. (1997-10-21). "State and Society at Teotihuacan, Mexico". Annual Review of Anthropology. 26 (1): 129–161.
- ^ "Terrence Kaufman, "Nawa linguistic prehistory", SUNY Albany" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-01-19. Miġbur 2022-11-11.
- ^ Wright Carr; David Charles (2005). "El papel de los otomies en las culturas del altiplano central 5000 a.C – 1650 d.C". Arqueología Mexicana (in Spanish). XIII (73): 19.
- ^ Cowgill, George L. (2001), "Central Mexico Classic", Encyclopedia of Prehistory, Springer US, pp. 12–21.
- ^ Miller, Arthur G. (1973). The mural painting of Teotihuacán. Washington, D.C.: Trustees for Harvard University. ISBN 9780884020493.
- ^ Berrin, Kathleen (1988). Feathered serpents and flowering trees : reconstructing the murals of Teotihuacán. San Francisco: Fine Arts Museums of San Francisco. ISBN 9780295967035.
- ^ Cowgill, George L.; Hammond, Norman; Willey, Gordon R. (1979). Maya archaeology and ethnohistory. Austin: University of Texas Press. pp. 51–62.
- ^ Langley, James C. (1986). Symbolic notation of Teotihuacan : elements of writing in a Mesoamerican culture of the classic period. Oxford, England: B.A.R Publishing. ISBN 9780860544005.
- ^ Manzanilla, Linda R. (2015-03-16). "Cooperation and tensions in multiethnic corporate societies using Teotihuacan, Central Mexico, as a case study". Proceedings of the National Academy of Sciences. 112 (30): 9210–9215.
- ^ Miller u Taube, pp. 162-163.
- ^ Coe (1994), p. 101.
- ^ Berlo, p. 147.
- ^ Sugiyama (1992), p. 220.
- ^ Pasztory (1997), p. 84.
- ^ Pasztory (1997), pp. 83–84.
- ^ Cowgill (1997), p. 149.
- ^ Pasztory (1992), p. 281.
- ^ Sugiyama, p. 111.
- ^ Manzanilla, Linda (1993). Berrin, Kathleen; Pasztory, Esther (eds.). Teotihuacan : art from the city of the gods. New York, New York: Thames and Hudson. p. 95. ISBN 978-0500277676.
- ^ Coe (1994), p. 98.
- ^ Sugiyama: 109, 111.
- ^ Birmingham Museum of Art (2010). Birmingham Museum of Art : guide to the collection. Birmingham, AL: Birmingham Museum of Art. p. 83. ISBN 978-1-904832-77-5.
- ^ Pasztory (1993), p. 54.
- ^ Cowgill, George (October 1997). "State and Society at Teotihuacan, Mexico". Annual Review of Anthropology. 26: 129–161.
- ^ Manzanilla, Linda R. (2015-03-16). "Cooperation and tensions in multiethnic corporate societies using Teotihuacan, Central Mexico, as a case study". Proceedings of the National Academy of Sciences. 112 (30): 9210–9215.
- ^ White, Christine D.; Spence, Michael W.; Le Q. Stuart-Williams, Hilary; Schwarcz, Henry P. (July 1998). "Oxygen Isotopes and the Identification of Geographical Origins: The Valley of Oaxaca versus the Valley of Mexico". Journal of Archaeological Science. 25 (7): 643–655.
- ^ White, Christine D.; Spence, Michael W.; Longstaffe, Fred J.; Law, Kimberley R. (December 2004). "Demography and ethnic continuity in the Tlailotlacan enclave of Teotihuacan: the evidence from stable oxygen isotopes". Journal of Anthropological Archaeology. 23 (4): 385–403.
- ^ de la Fuente B, ed. 1995. La Pintura Mural Prehispánica en México I: Teotihuacan. Tomo 1: Catálogo. Mexico City: Inst. Investigaciones Estéticas, Univ. Nac. Autón. Méx.
- ^ Cowgill, George L. (1997). "State and Society at Teotihuacan, Mexico". Annual Review of Anthropology. Annual Reviews. 26: 129–161.
- ^ Pasztory E. 1990. El poder militar como realidad y metáfora en Teotihuacan. See Cardós 1990, pp. 181–204.
- ^ Berlo JC. 1989. Early writing in central Mexico: in Tlilli, in Tlapalli before A. D. 1000. Ara Diehl & Berlo, 1989, pp. 19–47.
- ^ Spence, Michael W. (1967). "The Obsidian Industry of Teotihuacan" (PDF). American Antiquity. 32 (4): 507–514.
- ^ Spence, Michael W. (1981). "Obsidian Production and the State in Teotihuacan" (PDF). American Antiquity. 46 (4): 769–788.
- ^ "offering-vessel | British Museum". The British Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-07.