Is-sriep huma rettili tas-subordni Serpentes. Bħal kull rettilu ieħor, is-sriep huma miksija bil-qxur. Is-sriep kollha huma karnivori, u jintgħarfu mill-gremxul mingħajr saqajn minħabba n-nuqqas ta' kapep tal-għajnejn, saqajn u widnejn esterni. Jeżistu iktar minn 2,700 speċi differenti ta' sriep, mifruxa ma' kull kontinent minbarra l-Antartika, u jvarjaw ħafna fid-daqs: minn dawk żgħar madwar 10 cm bħas-serp spaga, sal-pituni u l-anakondi li jafu jikbru sa disa' metri (30 pied). Sabiex jakkomodaw l-iġsma rqaq tas-sriep, l-organi interni li jkunu f'pari (bħal ngħidu aħna, il-kliewi), jinsabu waħda 'l quddiem u l-oħra wara, minflok maġenb xulxin, kif jiġri pereżempju, fil-bniedem. Is-serp huwa wieħed mill-iktar annimali li jbeżża' għax ftit hawn tagħrif dwar is-sriep. Filwaqt li ħafna speċijiet jafu jkunu perikolużi għall-bniedem jekk maltrattati, fir-realtà, fis-sena ħafna iktar nies imutu għax jintlaqtu minn sajjetta milli minħabba gdim tas-sriep.

Serp
Klassifikazzjoni xjentifika

Informazzjoni ġenerali
Moviment snake locomotion (en) Translate
Sors snake meat (en) Translate

Filwaqt li s-sriep velenużi huma biss minoranza tal-ispeċijiet kollha (madwar 300 għandhom gidma velenuża), hemm biss madwar 50 speċi ta' sriep li huma perikolużi għall-bniedem; madwar 40,000 persuna fis-sena imutu minħabba s-sriep. Is-sriep tal-baħar huma iktar perikolużi minn dawk tal-art. Il-velenu tas-sriep jintuża primarjament sabiex joqtol jew irażżan il-priża, u mhux għad-difiża personali. Is-sriep setgħu evolvew mill-gremxul li adattaw u tgħallmu jħaffru fl-art, fil-Perjodu Kretaċju (madwar 150 Ma), avolja ħafna xjenzati jissuġġerixxu li s-sriep oriġinaw mill-baħar. Id-diversità tas-sriep moderni tfaċċat fil-Perjodu Paljoċeniku (madwar 66 sa 56 Ma).

Anatomija

immodifika
 
Kobra

Is-sriep ma għandhomx widnejn, imma "jisimgħu" mis-sens tal-ħass billi jħossu l-vibrazzjonijiet tal-art. Ix-xedaq tagħhom mhux magħqud mal-bqija tar-ras u jista' jinfetaħ biex jibilgħu xi ħaġa li hi ħafna ikbar minn rashom. L-itqal serp mis-sriep kollha hu l-anakonda, li jaf jiżen 'il fuq minn 225 kg.

Tassonomija

immodifika