YouTube

pjattaforma onlajn ta' Google għall-videos
(Rindirizzat minn You-Tube)

YouTube huwa sit elettroniku fejn l-utenti jistgħu jtellgħu u jaqsmu flimkien vidjos. Fi Frar tal-2005 tliet eks-ħaddiema ta' PayPal ingħaqdu biex iffurmaw il-YouTube. F'Novembru tal-2006, YouTube, LLC inxtrat mill-Google Inc. għal $1.65 biljun, u attwalment topera bħala sussidjarja tal-Google.

YouTube, LLC
Tip Sussidjarja, Kumpanija b'responsabbilità limitata
Fundazzjoni Frar 2005
Fundatur Steve Chen
Chad Hurley
Jawed Karim
Kwartieri ġenerali San Bruno, CA, Stati Uniti
Żona tas-servizz Madwar id-dinja
Nies importanti Chad Hurley (CEO)
Steve Chen (CTO)
Jawed Karim (Assessur)
Proprjetarju Google Inc.
Slogan "Broadcast Yourself" ("Xandar lilek innifsek")
Sit elettroniku www.youtube.com
Pożizzjoni fuq Alexa 3[1]
Tip ta' sit Video sharing
Reklamar Google AdSense
Reġistrazzjoni Opzjonali (bżonnjuża jekk trid ittella' vidjos, tikkummenta u tivvota)
Lingwi disponibbli 14-il lingwa
Stat attwali Attiva

Il-kumpanija hija bbażata f'San Bruno, ġewwa Kalifornja, u tuża' t-teknoloġija Adobe Flash Video biex turi varjetà kbira ta' kontenut viżwali prodott mill-utenti. Ħafna mill-kontenut fuq il-YouTube ittella' minn individwi, imma xi korporazzjonijiet tal-istampa bħas-CBS, il-BBC, il-UMG u organizzazzjonijiet oħra joffru ċertu materjal minn tagħhom fuq dan is-sit, bħala parti mill-programm ta' sħubija tal-YouTube.[2]

Utenti li mhumiex reġistrati jistgħu jaraw il-vidjos, waqt li utenti reġistrati jitħallew itellgħu numru bla limitu ta' vidjos. Vidjos li jista' jkun fihom kontenut offensiv jistgħu jarawhom biss utenti fuq l-età ta' tmintax-il sena. Huwa projbit, skont it-termini tas-servizz tal-YouTube, li jittelgħu vidjos li juru diffamazzjoni, pornografija, ksur tal-copyright, u materjal li jinkoraġġixxi kondotta kriminali.[3]

 
L-ewwel kwartieri ġenerali ġewwa San Mateo, Kalifornja

YouTube twaqqaf minn Chad Hurley, Steve Chen u Jawed Karim, li qabel kienu jaħdmu flimkien ma' PayPal.[4] Hurley studja d-disinn fl-Università ta' Pennsylvania ġewwa Indiana, filwaqt li Chen u Karim studjaw l-informatika flimkien ġewwa l-Università ta' Illinois ġewwa Urbana-Champaign.[5]

Skont storja li ssemmiet diversi drabi fil-medja, Chad Hurley u Steve Chen żviluppaw l-idea għall-YouTube matul l-ewwel xhur tal-2005, wara li kienu sabuha diffiċli li jaqsmu xi vidjos li kienu ħadu matul festin fl-appartament ta' Chen f'San Francisco. Jawed Karim ma attendiex il-festin u ċaħad li ġara hekk, u Chad Hurley ikkummenta li l-idea li l-YouTube twaqqaf wara festin "kienet x'aktarx iktar imsaħħa b'ideat mis-suq li kienu qed jiġru biex joħolqu storja li kienet diġestibbli."[6]

L-ewwel kwartieri ġenerali kienu jinsabu fuq pizzerija u ristorant Ġappuniż f'San Mateo, f'Kalifornja.[7] L-isem tad-dominju www.youtube.com ġie attivat fi Frar tal-2005, u l-websajt bdiet tiġi żviluppata fix-xhur segwenti. L-ewwel vidjo li ttella' fuq il-YouTube kien intitolat Me at the zoo (Jien fiż-żu), fejn juri lill-fundatur Jawed Karim fil-ġnien żooloġiku ta' San Diego. Il-vidjo ttella' fit-23 ta' April, 2005, u għadu jista' jintwera fuq is-sit.[8]

YouTube offrew lill-pubbliku verżjoni beta tas-sit f'Mejju tal-2005, sitt xhur qabel it-tnedija uffiċjali tas-sit f'Novembru 2005. Is-sit mal-ewwel wera sinjali ta' popolarità, u f'Lulju 2006 il-kumpanija ħabbret li 65,000 vidjos ġodda kienu qed jittellgħu kuljum, u li s-sit kien qed jirċievi mal-100 miljun viżta kuljum.[9] Skont dati ppubblikati minn comScore, kumpanija li tkopri studji fuq l-iswieq, tarrfet kif il-YouTube hu l-aqwa fornitur ta' vidjos online ġewwa l-Istati Uniti, fejn għandha f'idejha 43 fil-mija ta' dan is-suq u kif ukoll aktar minn sitt biljun vidjo li ntwerew matul Jannar 2009.[10] Hu stmat li 20 siegħa ta' vidjos ġodda jittellgħu kull minuta fuq is-sit, u li madwar tliet kwarti tal-materjal huwa minn barra l-Istati Uniti.[11] F'Marzu tal-2008, l-ispiża tal-bandwith tal-YouTube kienet stmata li tammonta għal miljun dollaru Amerikan kuljum. [12] Skont Alexa, YouTube huwa t-tielet l-aktar sit li jżuruh nies fuq l-internet, wara Yahoo! u Google.[13]

F'Ottubru 2006, Google Inc. ħabbet li xtrat lill-YouTube għal US$1.65 biljun fl-istokk tal-Google, u l-qbil ġie ffinalizzat fit-13 ta' Novembru, 2006.[14]

Impatt soċjali

immodifika
 
Kompjuters juru l-paġna prinċipali tal-YouTube

Qabel il-bidu ta' YouTube fl-2005, kien hemm ftit metodi faċli li bihom l-utenti ordinarji kienu jistgħu jtellgħu vidjos fuq l-internet. Permezz ta' intefaċċa ħafifa biex tintuża, il-YouTube għamilha ħafifa għal kull min għandu konnessjoni tal-internet biex jibgħat vidjo li miljun ta' nies jistgħu jaraw f'temp ta' ftit minuti. Is-suġġetti vasti li jiġu koperti fuq il-YouTube biddlu l-fenomenu tal-qsim tal-vidjos għall-wieħed mill-aktar komponenti importanti tal-kultura tal-internet.

Eżempju tal-impatt soċjali bikri tal-YouTube hu s-suċċess tal-vidjo The Bus Uncle fl-2006. Dan juri konverżazzjoni sħuna bejn żagħżugħ u raġel ta' età iktar matura fuq karozza tal-linja ġewwa Ħong Kong; dan spiċċa jiġi diskuss ħafna fil-medja mondjali.[15] Vidjo ieħor tal-YouTube li kiseb kopertura estensiva huwa guitar,[16] li juri persuna jdoqq fuq kitarra elettrika parti minn Pachelbel's Canon. L-isem tal-esebitur ma jingħatax fil-vidjo, u wara li rċieva miljun ta' viżti, in-New York Times xandret l-identità tal-kitarrista bħala Jeong-Hyun Lim, żagħżugħ ta' 23 sena mill-Korea t'Isfel li rrekordja dan il-vidjo fuq is-sodda tiegħu.[17]

immodifika

Għal ħafna drabi l-YouTube safa kkritikat minħabba li naqas li jassigura li l-kontenut tiegħu jaderixxi mal-liġi tal-copyright. Fil-mument fejn ikun se jittella' vidjo, l-utenti tal-YouTube jintwerew nota bil-messaġġ segwenti:

Ittellax l-ebda programm televiżivi, vidjos mużikali, kunċerti mużikali jew reklami mingħajr il-permess sakemm dawn jikkonsistu ta' kontenut moħluq kompletament minnek stess. Il-paġna Suġġerimenti fuq il-copyright u l-Linji gwida tal-komunità jistgħu jgħinuk biex tiddetermina jekk il-vidjo tiegħek jivvjola l-copyright ta' xi ħaddieħor.[18]

Minkejja din l-avvertenza, xorta waħda hemm diversi vidjos ta' programmi tat-televiżjoni, films u vidjos mużikali fuq il-YouTube. Il-YouTube ma jiċċekjawx x'vidjo jiġi mtella' qabel ma jidher online, u hu f'idejn il-proprjetarji tal-copyright li joħorġu stqarrijiet biex jitneħħew dawn il-vidjos skont it-termini tad-Digital Millennium Copyright Act. Organizzazzjoni bħal Viacom u l-Premier League Ingliż fittxew għad-danni lill-YouTube, fejn stqarrew li dawn tal-aħħar għamlu ftit wisq biex jipprevjenu li jiġu mtellgħa materjal bil-copyright.[19][20] Viacom talbet għal riżarċiment ta' danni ta' biljun dollaru Amerikan wara li sabet iktar minn 150,000 vidjo mhux awtorizzat mill-materjal tagħha fuq il-YouTube, li ntwera għan-"numru inkredibbli ta' 1.5 biljun darba". Wara dan il-każ, il-YouTube introduċa sistema ġdida imsejħa Video ID li tiċċekkja jekk il-vidjos li jittellgħu jkunux jaqblu ma' databażi ta' kontenut bil-copyright bil-għan li jonqsu l-każijiet ta' vjolazzjonijiet tal-copyright.[21][22]

Privatezza

immodifika

F'Lulju tal-2008, Viacom rebħet sentenza fil-qorti fejn talbet lill-YouTube biex jagħti d-dati dettaljati tal-abitudnijiet ta' kull utent li ra xi vidjo fuq dan is-sit. Dan il-każ wassal għal preokkupazzjonijiet li l-abitudnijiet ta' utenti individwali jistgħu jiġu identifikati permezz tal-kombinazzjoni tal-indirizz IP u l-ismijiet tal-kont tagħhom. Din id-deċiżjoni ġiet ikkritika mill-Electronic Frontier Foundation, li stqarret kif is-sentenza tal-qorti "tostakola d-drittijiet tal-privatezza".

Kontenut mhux xieraq

immodifika

Il-YouTube affaċċja wkoll kritika fuq il-kontenut offensiv ta' xi ċerti vidjos. Minkejja li t-termini ta' servizz tal-YouTube jipprojbixxu li jittella' materjal li jista' jiġi kkunsidrat bħala mhux xieraq, il-volum qawwi ta' vidjos li jittellgħu jagħmilha diffiċli biex il-YouTube jiċċekkjaw kull vidjo wieħed wieħed qabel ma jmur online. Suġġetti kontroversjali għall-vidjos kienu jinkludu n-negazzjoni tal-Olokawstu u d-Diżastru ta' Hillsborough, fejn 96 partitarju tal-futbol minn Liverpool mietu fl-1989, teoriji ta' konfoffi u reliġjon.[23][24]

Huwa f'idejn l-utenti biex jimmarkaw il-kontenut tal-vidjos bħala mhux xieraq, u wara, impjegat tal-YouTube janalizza l-vidjo immarkat u f'dak l-istadju jiddeċiedi jekk dak il-vidjo imurx kontra t-termini ta' servizz tas-sit jew le.[25]

Imblukkar

immodifika

Diversi pajjiżi imblukkaw l-aċċess għall-YouTube minn mindu twaqqaf dan is-sit, fosthom iċ-Ċina, il-Marokk, u t-Tajlandja. Bħal issa, il-YouTube huwa imblukkat ġewwa t-Turkija wara kontroversja fuq xi vidjos li dehru li kienu qed jinsulentaw lil Mustafa Kemal Atatürk. Minkejja l-blokk, il-Prim Ministru Tork Recep Tayyip Erdoğan stqarr mal-ġurnalisti li hu jista' jidħol fuq YouTube, minħabba li s-sit hu xorta waħda disponibbli ġewwa t-Turkija billi wieħed juża' proxy miftuħ.[26]

Nhar it-3 ta' Diċembru, 2006, l-Iran imblokka temporanjament 'il-YouTube, flimkien ma' xi siti oħra, wara li ddikjarawhom bħala vjolazzjoni tal-kodiċi soċjali u morali. Dan il-blokk seħħ wara ttella' vidjo li juri lil stilla tas-soap opera Iranjan jagħmel is-sess.[27] Il-blokk ġie mneħħa ftit wara, imma reġa' ġie attivat wara l-elezzjoni presidenzjali 2009 tal-Iran.[28]

Fit-23 ta' Frar, 2008, il-Pakistan imblokka l-YouTube minħabba "materjal offensiv" lejn it-twemmin Iżlamiku li jinkludu d-dehra tal-karikaturi Daniżi tal-profetta Mawmettu.[29] Dan wassal għal kważi blokk madwar id-dinja kollha tas-sit tal-YouTube għal madwar sagħtejn, hekk kif l-imblokk Pakistani inċidentalment spiċċa trasferit lejn pajjiżi oħra. Xi skejjel f'ċerti pajjiżi imblukkaw lill-YouTube minħabba li studenti tellgħu vidjos li juru imġieba ta' ibbuljar, ġlied fl-iskejjel, imġieba razzista, u kontenut ieħor inapproprjat.[30]

Teknoloġija

immodifika

Kwalità tal-vidjos

immodifika

Oriġinarjament, il-YouTube kien juri l-vidjos tiegħu taħt format wieħed, però illum dawn jinsabu disponibbli taħt tliet formati prinċipali, kif ukoll format ieħor għall-mowbajls. Il-format oriġinali, magħruf bħala "kwalità standard", juri vidjos fir-riżoluzzjoni ta' 320x240 pixels bl-użu ta' codec Sorenson Spark. Il-format tal-"kwalità għolja" għall-vidjos, introdott f'Marzu tal-2008, juri l-vidjos f'riżoluzzjoni ta' 864x480 pixels. Dan il-format joffri titjib sinjifikanti fuq il-kwalità standard. F'Novembru tal-2008, ġie miżjud sapport għall-vidjos b'definizzjoni għolja,[31] waqt li fl-istess żmien il-plejer tal-YouTube tbiddel minn rapport 4:3 għal wieħed ta' skrin kbir ta' 16:9.

Vidjos 3D

immodifika

Fil-21 ta' Lulju 2009, l-inġinier tas-softwer tal-YouTube Peter Bradshaw ħabbar li l-utenti tal-YouTube jistgħu jibdew itellgħu vidjos 3D.[32][33][34] Wara li jittella' l-vidjo 3D u jiġi pproċessat, l-utenti għandhom diversi għażliet minn fejn jagħżlu fuq kif se jintwera l-vidjo. Għal dawk l-utenti mingħajr nuċċalijiet 3D dawn għandhom numru ta' opzjonijiet diversi kif jaraw il-vidjo.

Lokalizzazzjoni

immodifika

Nhar id-19 ta' Ġunju, 2007, is-CEO tal-Google Eric E. Schmidt kien f'Pariġi biex iniedi s-sistema ġdida ta' lokalizzazzjoni. L-interfaċċa sħiħa tal-websajt hi issa disponibbli f'verżjonijiet lokalizzati fi 22 pajjiż:

Pajjiż URL Lingwa Data tat-tnedija
  Awstralja au.youtube.com Ingliż (Awstralja) 22 ta' Ottubru 2007
  Brażil br.youtube.com Portugiż (Brażil) 22 ta' Ottubru 2007
  Kanada ca.youtube.com Ingliż (Kanada) u Franċiż (Kanada) 6 ta' Novembru 2007
  Repubblika Ċeka cz.youtube.com Ċek 9 ta' Ottubru 2008
  Franza fr.youtube.com Franċiż 19 ta' Ġunju 2007
  Ġermanja de.youtube.com Ġermaniż 8 ta' Novembru 2007
  Ħong Kong hk.youtube.com Ċiniż (Tradizzjonali) 17 ta' Ottbubru 2007
  Iżrael il.youtube.com English 16 ta' Settembru 2008
  Indja in.youtube.com Ingliż (Indja) 7 ta' Mejju 2008
  Irlanda ie.youtube.com Ingliż (Irlanda) 19 ta' Ġunju 2007
  Italja it.youtube.com Taljan 19 ta' Ġunju 2007
  Ġappun jp.youtube.com Ġappuniż 19 ta' Ġunju 2007
  Korea t'Isfel kr.youtube.com Korean 23 ta' Jannar 2008
  Messiku mx.youtube.com Spanjol (Messiku) 10 ta' Ottubru 2007
  Netherlands nl.youtube.com Olandiż 19 ta' Ġunju 2007
  New Zealand nz.youtube.com Ingliż (New Zealand) 22 ta' Ottubru 2007
  Polonja pl.youtube.com Pollakk 19 ta' Ġunju 2007
  Russja ru.youtube.com Russu 13 ta' Novembru 2007
  Spanja es.youtube.com Spanjol 19 ta' Ġunju 2007
  Żvezja se.youtube.com Żvediż 22 ta' Ottubru 2007
  Repubblika taċ-Ċina (Tajwan) tw.youtube.com Ċiniż (Tradizzjonali) 18 ta' Ottubru 2007
  Renju Unit uk.youtube.com Ingliż (Renju Unit) 19 ta' Ġunju 2007

Referenzi

immodifika
  1. ^ "YouTube.com - Site Information from Alexa", Alexa.
  2. ^ Tim Weber. BBC (ed.). "BBC strikes Google-YouTube deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ YouTube (ed.). "YouTube Community Guidelines" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ Graham Jefferson (21-11-2005). USA Today (ed.). "Video websites pop up, invite postings" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ University of Illinois at Urbana-Champaign (ed.). "YouTube: Sharing Digital Camera Videos" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-11. Miġbur 2009-07-29. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ John Cloud. TIME (ed.). "The Gurus of YouTube" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-19. Miġbur 2009-07-29. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  7. ^ Sara Kehaulani Goo. Washington Post (ed.). "Ready for Its Close-Up" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  8. ^ Me at the zoo
  9. ^ "YouTube serves up 100 million videos a day online" (bl-Ingliż). 16-07-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ comScore (ed.). "YouTube Surpasses 100 Million U.S. Viewers for the First Time" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  11. ^ Ryan Junee (20-05-2009). YouTube (ed.). "Zoinks! 20 Hours of Video Uploaded Every Minute!" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. ^ Yi-Wyn Yen (25-03-2008). "YouTube Looks For the Money Clip" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-01-17. Miġbur 2009-08-02. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ Alexa Internet (ed.). "Alexa Top 500 Sites" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-24. Miġbur 2009-08-02. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  14. ^ {{ċita web | titlu = Google closes $A2b YouTube deal |awtur = [[Reuters] ]| editur = The Age | url = http://www.theage.com.au/news/Busness/Google-closes-A2b-YouTube-deal/2006/11/14/1163266548827.html | lingwa=Ingliż | aċċess = 29-11-2008}}
  15. ^ Marianne Bray. CNN (ed.). "Irate HK man unlikely Web hero" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  16. ^ guitar
  17. ^ "Web Guitar Wizard Revealed at Last" (bl-Ingliż). 27-08-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  18. ^ Test tradott mill-verżjoni oriġinali bil-lingwa Ingliża:

     Do not upload any TV shows, music videos, music concerts or commercials without permission unless they consist entirely of content you created yourself. The Copyright Tips page and the Community Guidelines can help you determine whether your video infringes someone else's copyright. 

  19. ^ BBC News (ed.). "Viacom will sue YouTube for $1bn" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  20. ^ Daily Telegraph (ed.). "Premier League to take action against YouTube" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  21. ^ BBC News (ed.). "YouTube law fight 'threatens net'" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  22. ^ YouTube (ed.). "What is YouTube's Video Identification tool?" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  23. ^ Reuters (ed.). "YouTube criticized in Germany over anti-Semitic Nazi videos" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  24. ^ icLiverpool (ed.). "Fury as YouTube carries sick Hillsboro video insult" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  25. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem linji gwida.
  26. ^ Doğan News Agency. Hürriyet (ed.). "Ban on YouTube proves virtual" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-05. Miġbur 2009-08-08. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  27. ^ "Censorship fears rise as Iran blocks access to top websites" (bl-Ingliż). 04-12-2006. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  28. ^ American Free Press, ed. (13-07-2009). "Mobile phones, Facebook, YouTube cut in Iran" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  29. ^ BBC (ed.). "Pakistan blocks YouTube website" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  30. ^ Colley, Andrew (06-03-2007). "States still hold out on YouTube" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2009-08-08. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |aċċessdata= (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  31. ^ YouTube, ed. (25-11-2008). "Bigger Isn't Always Better... But in This Case, We Believe It Is" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  32. ^ "YouTube in 3D?". Physorg (bl-Ingliż). 23-07-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  33. ^ "YouTube 3D Videos". Techie Buzz (bl-Ingliż). 2009-07-20. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna)
  34. ^ "YouTube adds a dimension, 3D goggles not included". thinkdigit (bl-Ingliż). 21-072009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika