Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Marokk
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Renju tal-Marokk rratifika l-Konvenzjoni fit-28 ta' Ottubru 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2016, il-Marokk għandu disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u kollha huma siti kulturali. L-ewwel sit tal-Marokk, il-Medina ta' Fez, tniżżel fil-lista fil-ħames sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza fl-1981. Żewġ siti oħra żdiedu fis-snin 80 tas-seklu 20, u tlieta oħra żdiedu fis-snin 90 tas-seklu 20, segwiti minn żewġ siti oħra fl-ewwel deċennju tas-seklu 21. L-aħħar sit, Rabat, Belt Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż, żdied fl-2012.[4][5]
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[6]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Sit Arkeoloġiku ta' Volubilis | Fès-Meknès
34°04′26″N 5°33′25″W |
(ii)(iii)(iv)(vi); (kulturali) | 42 (100) | 1997 | Is-sit Ruman importanti ta' Volubilis ġie stabbilit fis-seklu 3 Q.K. bħala l-belt kapitali tal-Mawritanja, u iktar 'il quddiem saret il-belt kapitali tad-dinastija Idrisida. Kien fiha bosta binjiet, u l-fdalijiet estensivi tagħhom ġew ippreservati sal-lum.[7] | |
Belt Storika ta' Meknes | Fès-Meknès
33°53′00″N 5°33′30″W |
(iv); (kulturali) | — | 1996 | L-eks belt kapitali tad-dinastija Alawita ġiet stabbilita fis-seklu 11 mill-Almoravidi u saret belt b'influwenza Spanjola-Għarbija Iberika matul is-sekli 17 u 18.[8] | |
Ksar ta' Ait Ben Haddou | Drâa-Tafilalet
31°02′50″N 7°07′44″W |
(iv)(v); (kulturali) | 3 (7.4) | 1987 | Il-Ksar ta' Ait Ben Haddou huwa eżempju ta' ħabitat tradizzjonali pre-Saħarjan fin-Nofsinhar tal-Marokk, imdawwar minn ħitan għoljin imsaħħa b'torrijiet fl-irkejjen.[9] | |
Medina ta' Essaouira (li qabel kienet Mogador) | Marrakesh-Safi
31°31′00″N 9°46′10″W |
(ii)(iv); (kulturali) | 30 (74) | 2001 | Il-port marittimu ffortifikat ta' Essaouira nbena matul l-aħħar tas-seklu 18 u fih taħlita ta' arkitettura Ewropea u tat-Tramuntana tal-Afrika. Kien ċentru kummerċjali ewlieni bejn is-Saħara u l-Ewropa.[10] | |
Medina ta' Fez | Fès-Meknès
34°03′40″N 4°58′40″W |
(ii)(v); (kulturali) | 280 (690) | 1981 | Fez ġiet stabbilita fis-seklu 9 u laħqet l-apoġew tagħha bħala l-belt kapitali tad-dinastija Marinidi fis-sekli 13 u 14. Il-monumenti ewlenin u n-nisġa urbana tagħha jmorru lura għal dak iż-żmien. Tospita wkoll l-eqdem università tad-dinja, l-Università ta' Al Quaraouiyine.[11] | |
Medina ta' Marrakesh | Marrakesh-Safi
31°37′53″N 7°59′12″W |
(i)(ii)(iv)(v); (kulturali) | 1,107 (2,740) | 1985 | Marrakesh ġiet stabbilita fis-snin 70 tas-seklu 11 u baqgħet ċentru politiku, ekonomiku u kulturali għal żmien twil. Monumenti minn dak il-perjodu jinkludu l-Moskea ta' Koutoubia, il-kasbah, u l-fortifikazzjonijiet. Il-belt tħaddan fiha wkoll karatteristiċi iktar ġodda, inkluż palazzi u madrasas.[12] | |
Medina ta' Tétouan (li qabel kienet magħrufa bħala Titawin) | Tanger-Tetouan-Al Hoceima
35°34′15″N 5°22′00″W |
(ii)(iv)(v); (kulturali) | 7 (17) | 1997 | L-iżjed medina kompluta tal-Marokk f'Tétouan intużat bħala l-punt ewlieni ta' kuntatt bejn il-Marokk u l-Andalusija matul is-seklu 8. Ir-raħal ġie rikostruwit minn refuġjati mill-Andalusija wara r-Reconquista. L-influwenza ta' din tal-aħħar hija evidenti fl-arti u fl-arkitettura.[13] | |
Belt Portugiża ta' Mazagan (El Jadida) | Casablanca-Settat
33°15′24″N 8°30′07″W |
(ii)(iv); (kulturali) | 8 (20) | 2004 | Il-fortifikazzjoni Portugiża ta' Mazagan b'disinn militari Rinaxximentali mill-bidu tas-seklu 16 ittieħdet mill-Marokk fl-1769. Fost il-binjiet li għadhom eżistenti hemm ċisterna u knisja Gotika.[14] | |
Rabat, Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż | Rabat-Salé-Kénitra
34°01′27″N 6°49′22″W |
(ii)(iv); (kulturali) | 349 (860) | 2012 | Rabat ġiet rikostruwita taħt it-tmexxija tal-Franċiżi mill-1912 sas-snin 30 tas-seklu 20, u fiha taħlita ta' karatteristiċi storiċi u moderni, pereżempju ġonna botaniċi, it-Torri ta' Hassan (mhux il-Moskea ta' Hassan II li nbniet fl-1993), u l-fdalijiet insedjamenti Rumani, Feniċi, Għarab Iberiċi u tal-Andalusija mis-seklu 12 sas-seklu 17.[15] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Morocco - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Morocco - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "36 COM 8B.18 - Decision". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Archaeological Site of Volubilis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Meknes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ksar of Ait-Ben-Haddou". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Essaouira (formerly Mogador)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Fez". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Marrakesh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Tétouan (formerly known as Titawin)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Portuguese City of Mazagan (El Jadida)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rabat, Modern Capital and Historic City: a Shared Heritage". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-14.