El Jadida

belt fil-Marokk

El Jadida (bl-Għarbi: الجديدة, b'ittri Rumani: al-Jadīda, [ald͡ʒadiːda]; oriġinarjament magħrufa bil-Berberu bħala Maziɣen jew Mazighen jew Mazagan; magħrufa bil-Portugiż bħala Mazagão) hija belt portwali maġġuri tul il-kosta tal-Oċean Atlantiku tal-Marokk, li tinsab 96 km fin-Nofsinhar tal-belt ta' Casablanca, fil-provinċja ta' El Jadida u fir-reġjun ta' Casablanca-Settat.[1] Għandha popolazzjoni ta' 170,956 ruħ skont l-aħħar stimi tal-2022.[2][3][4]

El Jadida
 Marokk
Amministrazzjoni
Constitutional monarchyMarokk
Region of MoroccoCasablanca-Settat
Province of MoroccoProvinċja ta' El Jadida
Isem uffiċjali الجديدة
El Jadida
Ismijiet oriġinali ‫الجديدة‬
Ġeografija
Koordinati 33°14′03″N 8°31′22″W / 33.2342°N 8.5228°W / 33.2342; -8.5228Koordinati: 33°14′03″N 8°31′22″W / 33.2342°N 8.5228°W / 33.2342; -8.5228
El Jadida is located in Morocco
El Jadida
El Jadida
El Jadida (Morocco)
Superfiċjenti 7.50 hectare
Demografija
Popolazzjoni 194,934 abitanti (2014)
Unitajiet domestiċi 49,160
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Tacoma (en) Translate, Barcelos (en) Translate, Sidi Bennour, Sète (en) Translate, Sintra, Nabeul (en) Translate, Varennes (en) Translate, Vierzon (en) Translate, Arenzano (en) Translateu Miami
eljadida.gov.ma

Il-belt iffortifikata, mibnija mill-Portugiżi fil-bidu tas-seklu 16 u msejħa Mazagan (bil-Portugiż: Mazagão), ittieħdet mill-Marokkini fl-1769.

Is-swar antiki ta' El Jadida huma wieħed mis-Seba' Għeġubijiet ta' Oriġini Portugiża fid-Dinja.[5] Il-belt iffortifikata Portugiża ta' Mazagan tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004[6], peress li tqieset bħala "eżempju straordinarju tal-interskambju ta' influwenzi bejn il-kulturi Ewropej u Marokkini" u bħala "eżempju bikri tat-twettqi tal-ideali tar-Rinaxximent integrati mat-teknoloġija tal-kostruzzjoni Portugiża".[6] Skont l-UNESCO, l-iżjed binjiet importanti mill-perjodu tal-Portugiżi huma ċ-ċisterna u l-Knisja Manwelina tat-Tlugħ is-Sema.[6]

Il-belt, u b'mod partikolari r-raħal ġar ta' Sidi Bouzid, jimtlew bin-nies fl-istaġun tas-sajf b'influss l-iktar ta' vjaġġaturi Marokkin għall-vaganzi. Fil-qrin hemm kumpless ta' Mazagan ta' ħames stilel, li jattira xi Marokkini ta' klassi medja kif ukoll bosta viżitaturi internazzjonali mill-Peniżola Għarbija kif ukoll mill-Ewropa u lil hinn. Il-kumpless ta' Mazagan fih korsa tal-golf iddisinjata minn Gary Player, każinò, nightclub u ristoranti. Bejn il-kumpless ta' Mazagan u El Jadida hemm il-lukanda msejħa Pullman Hotel, u biswitha hemm ir-Royal Golf El Jadida, korsa oħra tal-golf ta' 18-il toqba. Il-preżenza tal-portijiet u tal-fabbriki fil-qrib hija l-kawża tat-tniġġis tal-bajjiet ta' El Jadida.

Il-belt ilha tikber mill-2014, parzjalment bħala riżultat ta' żieda fl-attività tal-port fil-qrib ta' Jorf Lasfar u ż-żona industrijali tiegħu.

Etimoloġija

immodifika

L-isem oriġinali tal-belt bil-lingwa Berbera kienet Maziɣen / Mazighen, li tfisser "il-Berberi".

L-ismijiet u l-laqmijiet l-oħra ta' El Jadida b'lingwi oħra kienu Cap Soleis[7], Portus Rutilis, Rusibis[8][9], Mazighen (bl-Għarbi: مازيغن)[10][11][12], al-Breyja (bl-Għarbi: البريجة), Mazagão, al-Mahdouma (bl-Għarbi: المهدومة) u Mazagan. L-isem attwali ta' El Jadida jfisser litteralment "il-Ġdida".

 
Mappa tal-1942 imfassla mill-gvern Amerikan

El Jadida inizjalment kienet magħrufa bħala al-Breyja meta nħatfet mill-Portugiżi fl-1502. Imbagħad saret magħrufa bil-lingwa Portugiża bl-isem ta' Mazagão. Il-Portugiżi bnew ċittadella fl-1514, u fortifikazzjoni ikbar fl-1541.[13] Ir-Renju tal-Portugall baqa' jikkontrolla l-belt sal-1769, u mbagħad abbanduna lil Mazagão bħala l-aħħar territorju fil-Marokk. Malli ġew imġiegħla jitilqu, il-Portugiżi qerdu l-Bastjun tal-Gvernatur u evakwaw lejn il-kolonja Portugiża tal-Brażil, fejn kienu stabbilew insedjament ġdid imsejjaħ Nova Mazagão (li issa jinsab f'Amapá).[14] Iktar 'il quddiem il-belt ittieħdet mis-Sultan Mohammed ben Abdallah fl-1769 u fil-biċċa l-kbira tagħha baqgħet diżabitata, u ġiet imlaqqma al-Mahdouma ("l-Irvinata"). Eventwalment, is-Sultan Abd al-Rahman tal-Marokk ordna li tinbena moskea, u l-partijiet meqruda tal-belt ġew rikostruwiti matul ir-renju tiegħu fil-bidu tas-seklu 19. Il-belt li reġgħet ħadet ir-ruħ ingħatat l-isem ta' al-Jadida, li litteralment tfisser "il-Ġdida".[6]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
Iċ-Ċisterna Portugiża

Il-Belt Portugiża ta' Mazagan (El Jadida) ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.[6]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[6]

Attrazzjonijiet prinċipali

immodifika
  • Iċ-Ċisterna Portugiża
  • Il-Kanuni u l-Fortizza
  • Il-Port l-Antik
  • Il-Bajja tal-Belt
  • It-Teatru Muniċipali (it-Teatru ta' Mohamed Afifi)
  • Il-Binja Muniċipali
  • Il-Binja tal-Posta
  • Il-Moskea l-Kbira
  • Il-Belt l-Antika
  • Il-Palazz l-Aħmar
  • Il-Fanal ta' Sidi Abou Wafi
  • Il-Kumpless Ekwestri

Ċisterna Portugiża

immodifika

Imkabbar mill-1514, dan l-eks maħżen (x'aktarx armerija) ġie kkonvertit f'ċisterna fis-seklu 16. Il-kompartiment taħt l-art, ta' 34 metru b'34 metru, inbena b'ħames ringieli ta' ħames pilastri tal-ġebel. Il-ċisterna hija famuża speċjalment għal-livell baxx tal-ilma mal-art, li joħloq riflessjonijiet sottili u dejjem jinbidlu bil-ftit dawl li hemm u l-għamliet spartani tal-kolonni u s-saqaf. Il-kwalitajiet viżivi taċ-ċisterna wasslu biex diversi films inġibdu hemmhekk, fosthom Othello ta' Orson Welles li x'aktarx li huwa l-iktar magħruf internazzjonalment.[15]

Fortizza ta' Mazagan

immodifika
 
Il-Fortizza ta' Mazagan

Id-disinn tal-Fortizza ta' Mazagan hija rispons għall-iżvilupp ta' artillerija moderna fir-Rinaxximent.[16] L-għamla ta' stilla tal-fortizza hija madwar 250 metru bi 300 metru. Il-ħitan enormi kemxejn inklinati bħala medja huma għoljin madwar tmien metri u għandhom ħxuna ta' għaxar metri. Fuqhom hemm mogħdija bil-mixi wiesgħa żewġ metri li kienet tintuża għall-għassa. Attwalment il-fortifikazzjoni għandha erba' bastjuni: il-Bastjun ta' Sant'Anġlu fil-Lvant, il-Bastjun ta' San Bastjan fit-Tramuntana, il-Bastjon ta' Sant'Antnin fil-Punent, u l-Bastjun tal-Ispirtu s-Santu fin-Nofsinhar. Il-ħames wieħed, il-Bastjun tal-Gvernatur fid-daħla prinċipali, inqered kważi għalkollox mill-Portugiżi fl-1769 għajr xi fdalijiet tiegħu. Bosta kanuni Portugiżi tal-epoka kolonjali għadhom ippożizzjonati fuq il-bastjuni.[17]

Il-forti għandu tliet daħliet: id-Daħla tal-Baħar, li tifforma port żgħir mas-swar tal-Grigal, id-Daħla tal-Barri mas-swar tal-Majjistral, u d-Daħla Prinċipali bi ħnejja doppja fiċ-ċentru tas-swar tan-Nofsinhar, li oriġinarjament kienet konnessa mal-art permezz ta' pont li jitla' u jinżel. Madwar il-forti hemm ħandaq wiesa' madwar għoxrin metru u fond tliet metri, li fl-imgħoddi kien mimli bl-ilma baħar. Matul żmien il-Protettorat Franċiż, il-ħandaq intradam apposta u nfetħet daħla ġdid li tagħti għat-triq prinċipali tal-belt, Rua da Carreira, u għad-Daħla tal-Baħar. Tul din it-triq hemm l-iktar binjiet storiċi ppreservati tajjeb, inkluż il-Knisja Kattolika tat-Tlugħ is-Sema u ċ-ċisterna.

El Jadida għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen: Csa). Fix-xitwa tinżel iktar xita milli fis-sajf. It-temperatura annwali medja f'El Jadida hija 17.4 °C (63.3 °F). Kull sena x-xita li tinżel tammonta għal madwar 372 mm (14.65-il pulzier).[18]

Data klimatika ta' El Jadida
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 16.8

(62.2)

17.5

(63.5)

19.1

(66.4)

20.4

(68.7)

22.3

(72.1)

24.4

(75.9)

26.4

(79.5)

27.9

(82.2)

25.9

(78.6)

24.3

(75.7)

20.7

(69.3)

18.4

(65.1)

22.0

(71.6)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 7.6

(45.7)

7.7

(45.9)

9.3

(48.7)

10.9

(51.6)

13.2

(55.8)

15.9

(60.6)

17.7

(63.9)

18.9

(66.0)

16.9

(62.4)

14.7

(58.5)

11.3

(52.3)

9.0

(48.2)

12.8

(55.0)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 49

(1.9)

48

(1.9)

41

(1.6)

32

(1.3)

16

(0.6)

4

(0.2)

0

(0)

1

(0.0)

7

(0.3)

34

(1.3)

66

(2.6)

74

(2.9)

372

(14.6)

Sors: climate-data.org[19]

Edukazzjoni

immodifika

Il-belt tospita bosta istituzzjonijiet akkademiċi postsekondarji u l-Università ta' Chouaib Doukkali[20][21], li tinkludi l-istituzzjonijiet li ġejjin:

  • il-Fakultà tax-Xjenza,
  • il-Fakultà tal-Lingwi, il-Letteratura u l-Umanitajiet,[22]
  • il-Fakultà tax-Xjenzi Ġuridiċi, Ekonomiċi u Soċjali,[23]
  • l-Iskola Nazzjonali tax-Xjenzi Applikati (ENSA),[24]
  • l-Iskola Nazzjonali tan-Negozju u l-Immaniġġjar (ENCG),
  • l-Iskola Superjuri tat-Teknoloġija (EST) - Sidi Bennour (barra El Jadida).[25]

Barra minn hekk, hemm l-Uffiċċju tat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Promozzjoni tax-Xogħol (OFPPT), li jinkludi l-istituzzjonijiet li ġejjin:

  • iċ-Ċentru tal-Kwalifiki Professjonali (CQP),[26]
  • l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija Applikata (ISTA) - f'Al-Massira,
  • l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija Applikata (ISTA) - fil-Belt tal-Arja,[27]
  • l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija tal-Lukandi u t-Turiżmu (ITHT) - f'El Jadida,[28]
  • l-Istitut Speċjalizzat tat-Teknoloġija tal-Lukandi u t-Turiżmu (ITHT) - f'Al Haouzia,[29]
  • l-Istitut tat-Teknoloġija Applikata (ITA) - f'Azemmour,[30]

kif ukoll:

  • iċ-Ċentri Reġjonali għall-Professjonijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ (CRMEF),
  • it-Taqsima taċ-"Ċertifikat Għoli tat-Tekniċi" (BTS) - fl-iskola teknika ta' ar-Razi,[31]
  • it-Taqsima tal-"Klassijiet Preparatorji għall-Iskejjel il-Kbar" (CPGE) - fl-iskola teknika ta' ar-Razi,[32]
  • l-Istitut Għoli tal-Inġinerija u n-Negozju (ISGA) - privat.[33]

Il-klabb tal-futbol prinċipali tal-belt huwa Difaâ Hassani El Jadidi, li attwalment jikkompeti fil-Botola Pro 1.

Bliet fil-qrib

immodifika

Qrib El Jadida hemm il-belt ta' Azemmour fil-Grigal u r-raħal ta' Sidi Bouzid fil-Lbiċ. Fi ħdan perimetru ta' madwar 120 kilometru jew inqas, hemm Casablanca, Berrechid, Settat, Sidi Bennour, Oualidia, Youssoufia u Safi.

Nies notevoli

immodifika

Ġemellaġġi

immodifika

El Jadida hija ġemellata ma':

Referenzi

immodifika
  1. ^ "الجهات و تسمياتها و مراكزها و العمالات و الأقاليم المكونة لها". Official Gazette المملكة المغربية - الجريدة الرسمية - النشرة العامة. 6340 (sena 104): 1461–1533. Il-15 ta' Marzu 2015. ISSN 0851-1195
  2. ^ "Population of El Jadida 2022 | El Jadida population - statistics". Population HUB (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  3. ^ المغرب - الاحصاء العام للسكان والسكنى - 2014 .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  4. ^ "RGPH 2014". rgphentableaux.hcp.ma. Miġbur 2022-08-20.
  5. ^ Paula Hardy; Heidi Edsall; Mara Vorhees (2005). Morocco. Lonely Planet. ISBN 1-74059-678-1.
  6. ^ a b ċ d e f Centre, UNESCO World Heritage. "Portuguese City of Mazagan (El Jadida)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  7. ^ "APERCU HISTORIQUE D'ELJADIDA". eljadida.ma (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  8. ^ "Mazagan hier, El Jadida aujourd'hui". golf-eljadida.com.
  9. ^ "Lacus Curtius, Ptolemy's Geography - Book IV, Chapter 1". penelope.uchicago.edu.
  10. ^ (1154) Hamoudi Husseini Cherif Al-Idrisi, Muhammad ibn Muhammad ibn Abd-Allah ibn Idriss; Tabula Rogeriana. Tabula Rogeriana نزهة المشتاق في اختراق الآفاق. مكتبة الثقافة الدينية. p. 550.
  11. ^ Qadi Ayyadh, Ibn Mussa ibn Ayyadh Sabti; Qadi Abu Abd-Allah, Muhammad Muhammad Ibn Sharifa (1997). مذاهب الحكام في نوازل الأحكام (2nd ed.). دار الغرب الإسلامي. p. 346.
  12. ^ "مازيغن Maziɣen هو الاسم الأصلي لمدينة الجديدة المغربية". Hespress - هسبريس جريدة إلكترونية مغربية (bl-Għarbi). 2018-06-26. Miġbur 2022-08-20.
  13. ^ "Mazagan - World Heritage Site - Pictures, Info and Travel Reports". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2022-08-20.
  14. ^ Jean Duvignaud, Laurent Vidal (2005). Mazagão, la ville qui traversa l'Atlantique : du Maroc à l'Amazonie, 1769-1783. Pariġi: Aubier. p. 314. ISBN 2-70072360-0.
  15. ^ "Portuguese Cistern of El Jadida". Atlas Obscura (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  16. ^ "Portuguese City of Mazagan (El Jadida) - UNESCO Advisory Body Evaluation" (PDF).
  17. ^ "Fortress of Mazagan @ Starforts.com". www.starforts.com. Miġbur 2022-08-20.
  18. ^ "El Jadida ⵍⵊⴰⴷⵉⴷⴰ الجديدة climate: Average Temperature, weather by month, El Jadida ⵍⵊⴰⴷⵉⴷⴰ الجديدة water temperature - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2022-08-20.
  19. ^ "Climate data for cities worldwide - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2022-08-20.
  20. ^ "Université Chouaïb Doukkali d'El Jadida". 9rayti.com (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  21. ^ "Home". UCD (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
  22. ^ "إعلان عن تنظيم مباراة لتوظيف تقنيين اثنين (02) من الدرجة الثالثة دورة 09/11/ 2022". كلية الآداب و العلوم الإنسانية الجديدة (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  23. ^ "FSJESJ – Faculté des Sciences Juridiques Economiques et Sociales Eljadida" (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  24. ^ "ENSAJ" (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  25. ^ "EST" (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  26. ^ "Professional Qualification Center - El Jadida | OFPPT". www.ofppt.ma (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-20. Miġbur 2022-08-20.
  27. ^ "Institut Spécialisé de Technologie Appliquée Cité de l'Air - El Jadida | OFPPT". www.ofppt.ma (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-20. Miġbur 2022-08-20.
  28. ^ "Specialized Institute of Hotel Technology and Tourism - El Haouzia | OFPPT". www.ofppt.ma (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-18. Miġbur 2022-08-20.
  29. ^ "Specialized Institute of Hotel Technology and Tourism - El Haouzia | OFPPT". www.ofppt.ma (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-18. Miġbur 2022-08-20.
  30. ^ "Institute of Applied Technology Azemmour | OFPPT". www.ofppt.ma (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-20. Miġbur 2022-08-20.
  31. ^ Équipe, Notre (2018-01-02). "Tout sur BTS El Jadida 2022". inscription.ma (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  32. ^ ":: Accès CPGE publics ::". www.cpge.ac.ma. Miġbur 2022-08-20.
  33. ^ "Home". ISGA Institut Supérieur d'Ingénierie & des Affaires (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  34. ^ "Comune di Arenzano - Sito ufficiale - Gemellaggi". www.comune.arenzano.ge.it. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-20. Miġbur 2022-08-20.
  35. ^ "Geminações e Acordos de Cooperação" (bil-Portugiż). Miġbur 2022-08-20.
  36. ^ "Site Officiel de Gouvernorat de Nabeul – Coopération Internationale". www.nabeul.gov.tn. Miġbur 2022-08-20.
  37. ^ "Geminações". Câmara Municipal de Sintra (bil-Portugiż). Miġbur 2022-08-20.
  38. ^ "Parcs et sites d'activités". Ville de Varennes (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  39. ^ Addictic. "Jumelages". Ville de Vierzon (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-20.
  40. ^ "Tacoma's Sister Cities - City of Tacoma". www.cityoftacoma.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.