Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Belarussja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Belarussja rratifikat il-Konvenzjoni fit-12 ta' Ottubru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
Mill-2021, il-Belarussja għandha erba' Siti ta' Wirt Dinji. Tnejn minnhom huma siti transnazzjonali: l-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi u l-Foresta ta' Białowieża hija kondiviża mal-Polonja.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Stampa | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-Għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Foresta ta' Białowieza* | Provinċji ta' Brest u ta' Grodno | 1979 | vii (naturali) | Il-Foresta ta' Białowieża hija kumpless forestali kbir, li jinkludi foresti primordjali estensivi, fil-fruntiera bejn il-Polonja (il-Park Nazzjonali ta' Białowieża) u l-Belarussja (il-Park Nazzjonali ta’ Belovezhskaya Pushcha). Hija eżempju tal-ekoreġjun terrestri b'foresti mħallta fl-Ewropa Ċentrali, u fiha firxa ta' ħabitats mhux forestali assoċjati, inkluż mergħat imxarrbin, widien tax-xmajjar, u artijiet mistagħdra oħra. Iż-żona tospita l-ikbar popolazzjoni fis-selvaġġ ta' biżonti Ewropej, kif ukoll lupi, linċi, u lontri. Il-parti Pollakka tas-sit kienet l-ewwel li żdiedet fil-lista fl-1979. Il-parti fil-Belarussja żdiedet fil-lista fl-1992, filwaqt li fl-2014 saret estensjoni kbira taż-żona protetta.[5] | |
Ark Ġeodetiku ta' Struve* | Provinċji ta' Brest u ta' Grodno | 2005 | ii, iii, vi
(kulturali) |
L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), ħamsa minnhom fil-Belarussja (fl-istampa hemm il-monument tal-punt ta' Tupiški).[6] | |
Kumpless tal-Kastell ta' Mir | Mir, il-Provinċja ta' Grodno | 2000 | ii, iv (kulturali) | Il-Kastell ta' Mir jinsab f'żona bi storja turbolenti, li influwenzat l-iżvilupp tiegħu. Il-kostruzzjoni bdiet fl-aħħar tas-seklu 15, bi stil Gotiku. Iktar 'il quddiem saru rikostruzzjonijiet b'influwenzi Rinaxximentali u Barokki. Ġarrab ħsarat estensivi matul il-Gwerer ta' Napuljun u ġie rrestawrat fl-aħħar tas-seklu 19.[7] | |
Kumpless Arkitettoniku, Residenzjali u Kulturali tal-Familja Radziwill f'Nesvizh | Nesvizh, il-Provinċja ta' Minsk | 2005 | ii, iv, vi (kulturali) | Il-Kastell ta' Nesvizh kien ir-residenza tal-familja Radziwiłł, li bniet u ħadet ħsieb il-manutenzjoni tal-kastell mis-seklu 16 sal-1939. Il-membri tal-familja Radziwiłł kienu patruni tax-xjenzi u tal-arti u stiednu lil artisti, artiġjani u arkitetti fir-raħal ta' Nesvizh. Dawn l-interazzjonijiet għenu biex jiġu trażmessi x-xejriet min-Nofsinhar u mill-Punent tal-Ewropa għall-Ewropa Ċentrali u għal-Lvant tal-Ewropa. Il-kumpless jinkludi l-kastell residenzjali u l-mawżolew-knisja ta' Corpus Christi, flimkien mal-pajsaġġ tal-madwar.[8] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Belarus - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-25.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Białowieża Forest". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-13.
- ^ "Struve Geodetic Arc - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2005-10-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-10-30. Miġbur 2023-08-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mir Castle Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-25.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Architectural, Residential and Cultural Complex of the Radziwill Family at Nesvizh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-25.