L-Għotjiet taż-ŻEE u tan-Norveġja

L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja biex jitnaqqsu d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali ma’ 15-il pajjiż tal-UE fl-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar. L-Għotjiet qed jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-valuri fundamentali Ewropej bħad-demokrazija, it-tolleranza u l-istat tad-dritt.


L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja għandhom il-bażi tagħhom fil-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA). Skont dan il-ftehim, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja huma parti mis-Suq Uniku Ewropew (ESM), li jippermetti l-moviment liberu tal-prodotti, is-servizzi, il-kapital u n-nies fis-suq intern. Il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) jistabbilixxi l-għanijiet komuni ta’ ħidma flimkien biex jitnaqqsu d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi fl-Ewropa u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej

Minn mindu daħal fis-seħħ il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA), l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja kkontribwixxew għall-progress soċjali u ekonomiku f’diversi pajjiżi tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA). Il-kontribuzzjonijiet ġew mgħoddija permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju (1994–1998), l-Istrument Finanzjarju (1999–2003) u l-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja (2004–2009, 2009–2014, 2014–2021). B’kollox, in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein ipprovdew €3.3 biljun permezz ta’ skemi ta’ għotjiet konsekuttivi bejn l-1994 u l-2014. Fil-perjodu ta’ finanzjament 2014-2021 saret disponibbli kontribuzzjoni oħra ta’ €2.8 biljun. It-tliet pajjiżi donaturi jikkontribwixxu skont id-daqs u l-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħhom. Konsegwentement, in-Norveġja tipprovdi 97.7 %, l-Iżlanda 1.6 % u l-Liechtenstein 0.7 % tal-finanzjament għall-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u n-Norveġja 2014-2021 flimkien.

Mill-2004, kien hemm żewġ mekkaniżmi separati: l-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u l-Għotjiet tan-Norveġja. L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) huma ffinanzjati mit-tliet pajjiżi donaturi: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja; filwaqt li L-Għotjiet tan-Norveġja huma ffinanzjati biss min-Norveġja.

Eliġibilità

immodifika

L-eliġibbiltà tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja tirrifletti l-kriterji stabbiliti għall-Fond ta’ Koeżjoni tal-UE mmirati lejn l-Istati Membri fejn id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) għal kull abitant huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-UE. Għall-perjodu ta’ finanzjament 2014-2021, dawn il-pajjiżi huma l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Il-pajjiżi li daħlu fl-UE qabel l-2004 huma eżentati milli jirċievu finanzjament taħt l-Għotjiet tan-Norveġja; il-Greċja u l-Portugall għalhekk jirċievu biss finanzjament mill-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA).[3]

Kif taħdem

immodifika

L-ewwel nett, l-UE u t-tliet stati donaturi jaqblu dwar Memorandum Ta’ Qbil (MtQ) għall-kontribuzzjoni totali u d-distribuzzjoni tal-finanzjament għal kull stat benefiċjarju. L-allokazzjonijiet tal-pajjiżi huma bbażati fuq id-daqs tal-popolazzjoni u l-PDG per capita, u b’hekk il-Polonja ssir l-akbar stat benefiċjarju, segwita mir-Rumanija. Malta hija l-iżgħar stat benefiċjarju.

It-tieni, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jinnegozjaw ma’ kull stat benefiċjarju u jaqblu dwar liema programmi għandhom jistabbilixxu, l-objettivi tagħhom u d-daqs tal-allokazzjoni għal kull programm individwali. Il-ftehimiet huma bbażati fuq il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet nazzjonali fl-istati benefiċjarji u l-kamp ta’ applikazzjoni għall-kooperazzjoni mal-istati donaturi. Il-Kummissjoni Ewropea tiġi kkonsultata matul in-negozjati biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex jiġi żgurat li l-finanzjament ikun immirat fejn se jkollu l-akbar impatt. Il-programmi implimentati taħt l-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tal-UE relatati mad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Il-fondi pprovduti mill-Għotjiet tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja huma kumplimentari, ġeneralment ġestiti mill-istess Awtorità Maniġerjali fil-livell nazzjonali. L-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja ta’ spiss jiffinanzjaw proġetti fl-oqsma fejn il-finanzjament tal-UE jew nazzjonali rari li jkun disponibbli.

Kull Punt Fokali Nazzjonali (NFP) huwa responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-programmi fil-pajjiż benefiċjarju tiegħu. L-Operaturi tal-Programm (POs) jiżviluppaw u jamministraw il-programmi, spiss b’kooperazzjoni ma’ msieħeba mill-istati donaturi, u jagħtu finanzjament għall-proġetti. Il-proġetti jintgħażlu l-aktar wara sejħiet għal proposti mnedija mill-POs.[4]

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bilaterali

immodifika

Wieħed miż-żewġ għanijiet ewlenin tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja huwa li tiżdied il-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi benefiċjarji u dawk donaturi. Is-sħubija bejn entitajiet mill-pajjiżi benefiċjarji u l-kontropartijiet tagħhom fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja huma parti fundamentali mill-Għotjiet u joffru opportunità unika biex jiġu indirizzati sfidi Ewropej komuni.

Is-sħubija bilaterali bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati fil-pajjiżi donaturi u benefiċjarji huma mħeġġa ħafna. Il-kooperazzjoni bejn in-nies u l-istituzzjonijiet fil-livelli amministrattivi u politiċi u fis-settur privat, l-akkademja u s-soċjetà ċivili hija prerekwiżit sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.

L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2014-2021

immodifika

Għall-perjodu 2014-2021, ġew imwarrba €2.8 biljun taħt l-Għotjiet. L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) (€1.55 biljun) huma ffinanzjati b’mod konġunt mill-Iżlanda (3 %), mil-Liechtenstein (1 %) u min-Norveġja (96 %) u huma disponibbli fil-15-il pajjiż kollha. L-Għotjiet tan-Norveġja (€1.25 biljun) huma ffinanzjati biss min-Norveġja u huma disponibbli fit-13-il pajjiż li ssieħbu fl-UE wara l-2003. Il-kontribuzzjoni ta’ kull pajjiż donatur hija bbażata fuq Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tagħhom.

 
Figura 1. Allokazzjoni totali tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) 2014-2021
 
Figura 2. Allokazzjoni totali tal-Għotjiet tan-Norveġja

Oqsma ta’ appoġġ

immodifika

Il-ħames Setturi ta’ Prijorità (PSs) u t-23 Qasam tal-Programm (PAs) relatati ffinanzjati fil-perjodu 2014-2021 jirriflettu l-prijoritajiet stabbiliti fl-“Istrateġija Ewropa 2020” – l-istrateġija ta’ tkabbir fuq għaxar snin tal-Unjoni Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv – u l-11-il objettiv tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Dawn għandhom l-għan li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi, jindirizzaw it-tibdil fil-klima u d-dipendenza fuq l-enerġija filwaqt li jnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Huma jippromwovu wkoll il-kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali.

PS 1: L-Innovazzjoni, ir-Riċerka, l-Edukazzjoni u l-Kompetittività

1. L-Iżvilupp tan-Negozju, l-Innovazzjoni u l-SMEs

2. Ir-Riċerka

3. L-Edukazzjoni, il-Boroż Ta’ Studju, l-Apprendistati u l-Intraprenditorija għaż-Żgħażagħ

4. Il-Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

5. Id-Djalogu Soċjali – Xogħol Deċenti


PS 2: L-Inklużjoni Soċjali, l-Impjieg taż-Żgħażagħ u t-Tnaqqis tal-Faqar

6. L-Isfidi tas-Saħħa Pubblika Ewropea

7. L-Inklużjoni u l-Għoti tas-Setgħa lir-Roma

8. Tfal u Żgħażagħ f’Riskju

9. Il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol

10. L-Iżvilupp Lokali u t-Tnaqqis tal-Faqar


PS 3: L-Ambjent, l-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet ta’ Karbonju

11. L-Ambjent u l-Ekosistemi

12. L-Enerġija Rinovabbli, l-Effiċjenza fl-Enerġija, is-Sigurtà tal-Enerġija

13. Il-Mitigazzjoni u l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima


PS 4: Il-Kultura, is-Soċjetà Ċivili, il-Governanza Tajba, u d-Drittijiet u Libertajiet Fundamentali

14. L-Intraprenditorija Kulturali, il-Wirt Kulturali u l-Kooperazzjoni Kulturali

15. Is-Soċjetà Ċivili

16. Il-Governanza Tajba, l-Istituzzjonijiet Responsabbli, it-Trasparenza

17. Id-Drittijiet tal-Bniedem – l-Implimentazzjoni Nazzjonali

PS 5: Il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni

18. L-Ażil u l-Migrazzjoni

19. Is-Servizzi Korrettivi u l-Arrest Preventiv

20. Il-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda Kontra l-Kriminalità

21. L-Effettività u l-Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-Tisħiħ tal-Istat tad-Dritt

22. Il-Vjolenza Domestika u dik abbażi ta’ Sess

23. Il-Prevenzjoni u t-Tħejjija għad-Diżastri

Karatteristika ġdida tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2014-2021 hija t-twaqqif tal-Fond għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ (€65.5 miljun) u l-Fond għall-Kooperazzjoni Reġjonali (€34.5 miljun). Dawn il-Fondi jappoġġjaw inizjattivi ta’ proġetti transkonfinali u transnazzjonali Ewropej biex jinstabu soluzzjonijiet għal xi wħud mill-isfidi komuni tal-Ewropa.

Il-programmi kollha taħt l-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2014-2021 se jibqgħu għaddejjin sat-30 ta’ April 2024.

Il-kooperazzjoni u l-imsieħba esterni

immodifika

L-Imsieħba fil-Programm tad-Donaturi (DPPs) għandhom rwol strateġiku fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programm, kif ukoll fl-iffaċilitar tas-sħubija tal-proġett. Fil-perjodu ta’ finanzjament tal-2014-2021, hemm 21 DPP involuti (tnejn mill-Iżlanda, wieħed mil-Liechtenstein u 18 min-Norveġja).

L-Imsieħba fil-Programm tad-Donaturi huma fil-biċċa l-kbira korpi pubbliċi b’mandati nazzjonali fl-oqsma rispettivi tagħhom u b’esperjenza internazzjonali estensiva. Dawn id-DPPs inħatru fuq l-inizjattiva tal-pajjiżi donaturi.

L-organizzazzjonijiet intergovernattivi u l-atturi għandhom rwol importanti fl-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja, peress li jimmonitorjaw il-konformità mal-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali madwar l-Ewropa. Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu għajnuna f’oqsma marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Sabiex jiġi żgurat li l-programmi u l-proġetti tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jkunu allinjati mal-istandards Ewropej u internazzjonali, id-donaturi stabbilixxew sħubija strateġika ma’ tliet imsieħba Ewropej, li jaġixxu bħala Organizzazzjonijiet Imsieħba Internazzjonali (IPOs) fil-perjodu ta’ finanzjament 2014-2021:

  • L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) hija involuta f’diversi programmi u proġetti dwar l-inklużjoni tar-Roma u d-drittijiet fundamentali. L-Għotjiet jikkooperaw ukoll mal-FRA biex jiġu organizzati avvenimenti ta’ livell għoli relatati mad-drittijiet fundamentali.
  • Il-Kunsill tal-Ewropa huwa l-aktar imsieħeb estern komprensiv tal-Għotjiet u huwa involut f’diversi programmi. L-organizzazzjoni tipprovdi pariri strateġiċi kif ukoll kontribut tekniku fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.
  • L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) hija msieħba strateġika għall-Għotjiet fil-qasam tal-governanza tajba, fejn hija involuta f’diversi programmi u proġetti.

L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2009–2014[3]

immodifika

Għall-perjodu 2009-2014, ġew imwarrba €1.8 biljuni taħt l-Għotjiet. L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) (€993.5 miljunii), iffinanzjati b’mod konġunt mill-Iżlanda (3 %), il-Liechtenstein (1 %) u n-Norveġja (96 %), kienu disponibbli f’16-il pajjiż. L-Għotjiet tan-Norveġja (€804.6 miljuni), iffinanzjati biss min-Norveġja, kienu disponibbli fit-13-il pajjiż li ssieħbu fl-UE wara l-2003. Spanja rċeviet biss finanzjament tranżitorju fil-perjodu 2009-2014. Wara l-adeżjoni tagħha fl-UE fl-2013, il-Kroazja saret membru tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) fl-2014, u konsegwentement pajjiż benefiċjarju tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja.

Tabella 1. Finanzjament tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2009-2014

Pajjiż Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) Għotjiet tan-Norveġja Total allokat % Imġarrab*
Il-Bulgarija € 78 600 000 € 48 000,000 € 126 600 000 79.49%
Il-Kroazja € 5 000 000 € 4 600 000 € 9 600 000 63.33%
Ċipru € 3 850 000 € 4 000 000 € 7 850 000 96.38%
Ir-Repubblika Ċeka € 61 400,000 € 70 400,000 € 131 800 000 84.13%
L-Estonja € 23 000 000 € 25 600 000 € 48 600 000 97.12%
Il-Greċja € 63 400 000 € 0 € 63 400 000 86.28%
L-Ungerija € 70 100 000 € 83 200 000 € 153 300 000 57.76%
Il-Latvja € 34 550 000 € 38 400 000 € 72 950 000 87.66%
Il-Litwanja € 38 400 000 € 45 600 000 € 84 000 000 95.26%
Malta € 2 900 000 € 1 600 000 € 4 500 000 98.76%
Il-Polonja € 266 900 000 € 311 200,000 € 578 100 000 91.69%
Il-Portugall € 57 950 000 € 0 € 57 950 000 90.51%
Ir-Rumanija € 190 750 000 € 115 200 000 € 305 950 000 82.21%
Is-Slovakkja € 38 350 000 € 42 400 000 € 80 750 000 79.80%
Is-Slovenja € 12 500 000 € 14 400 000 € 26 900 000 91.37%
Spanja € 45 850 000 € 0 € 45 850 000 89.46%
Total € 993 500 000 € 804 600 000 € 1 798 100 000 85.11%

* % imġarrab mill-ammont tan-nefqa eliġibbli. Id-data estratta fil-5 ta’ Settembru 2019 u soġġetta għal bidla.

Sors: End Review of the EEA and Norway Grants 2009-2014, rapid assessment: final report, (Reviżjoni Finali tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2009-2014, valutazzjoni rapida: rapport finali, Marzu 2019.

Oqsma ta’ appoġġ

immodifika
 
Figura 3. Fondi allokati għal kull Settur ta’ Prijorità

Fil-perjodu 2009-2014, l-appoġġ tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja ngħata taħt disa’ Setturi ta’ Prijorità (PSs) u 32 Qasam tal-Programm (PAs) kif ippreżentati fit-Tabella 2. Il-fondi allokati għal kull Settur ta’ Prijorità huma murija fil-figura hawn taħt.


Tabella 2. Is-Setturi ta’ Prijorità (PSs) u l-Oqsma tal-Programm (PAs) taħt l-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2009-2014

Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) Għotjiet tan-Norveġja
Il-Protezzjoni u l-Ġestjoni tal-Ambjent

Il-ġestjoni Integrata tal-Baħar u tal-Ilma Intern

Is-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistema

Il-Monitoraġġ Ambjentali u l-Ippjanar u l-Kontroll Integrat It-Tnaqqis ta’ Sustanzi Perikolużi

Il-Ġbir u l-Ħażna tad-Diossidu tal-Karbonju (CCS)Il-Ġbir u l-Ħażna tad-Diossidu tal-Karbonju
It-Tibdil Fil-Klima u l-Enerġija Rinnovabbli

L-Effiċjenza fl-Enerġija

L-Enerġija Rinnovabbli

L-Adattament għat-Tibdil fil-Klima

Is-Settur Marittimu Ir-Riċerka u t-Teknoloġija Ambjentali u Relatata mat-Tibdil fil-Klima

L-Innovazzjoni tal-Industrija Ekoloġika

L-Innovazzjoni tal-Industrija Ekoloġika

Is-Soċjetà Ċivili

Il-Fondi Għal Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi

Xogħol Deċenti U Djalogu Tripartitiku

Il-Fond Globali Għal Xogħol Deċenti U Djalogu Tripartitiku

Il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni

Il-Vjolenza Domestika u abbażi ta’ l-Ġeneru

Il-Kooperazzjoni ta’ Schengen u l-Ġlieda Kontra l-Kriminalità Transkonfinali u Organizzata, inkluż It-Traffikar u l-Gruppi Kriminali Itineranti

Il-Bini tal-Kapaċità Ġudizzjarja u l-Kooperazzjoni

Is-Servizzi Korrettivi, inkluż Sanzjonijiet Mhux ta’ Kustodja Il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni

L-Iżvilupp Uman u Soċjali

Tfal u Żgħażagħ f’Riskju

L-Inizjattivi Lokali u Reġjonali biex Jitnaqqsu L-Inugwaljanzi Nazzjonali u biex tiġi Promossa l-Inklużjoni Soċjali

L-Inizjattivi tas-Saħħa Pubblika

L-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn Is-Sessi u l-Promozzjoni tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata Il-Qafas istituzzjonali fis-Settur tal-Ażil u Migrazzjoni

L-Iżvilupp Uman u Soċjali

Il-Bini tal-kapaċità u l-Kooperazzjoni Istituzzjonali bejn l-Istat Benefiċjarju u l-Istituzzjonijiet Pubbliċi Norveġiżi, l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali

L-Inizjattivi tas-Saħħa Pubblika L-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Promozzjoni tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata

Il-Ħarsien Tal-Wirt Kulturali

Il-Konservazzjoni u r-Rivitalizzazzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Il-Promozzjoni tad-Diversità fil-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Wirt Kulturali Ewropew

Ir-Riċerka u l-Boroż ta’ Studju

Ir-Riċerka fi ħdan is-Setturi ta’ prijorità Il-Boroż ta’ Studju

Ir-Riċerka u l-Boroż ta’ Studju

Il-Kooperazzjoni Bilaterali fir-Riċerka Il-Programm Bilaterali ta’ Boroż Ta’ Studju

Sors: Blue Book 2009-2014

Kooperazzjoni

immodifika

Il-kooperazzjoni permezz ta’ programmi u proġetti bilaterali tipprovdi arena għall-iskambju ta’ għarfien, tagħlim reċiproku mill-aħjar prattika u l-iżvilupp ta’ politiki konġunti. 23 Imsieħeb fil-Programm tad-Donaturi (DPPs) kienu involuti fil-perjodu ta’ finanzjament 2009-2014 (20 min-Norveġja, tnejn mill-Iżlanda u wieħed mil-Liechtenstein). Barra minn hekk, il-Kunsill tal-Ewropa kien jgħodd bħala DPP f’diversi programmi.

Aktar minn 30 % tas-7 000 proġett iffinanzjati f’dan il-perjodu kellhom Imsieħeb fil-Proġett tad-Donaturi involut. Kien hemm kważi 1 000 imsieħeb mill-pajjiżi donaturi (185 mill-Iżlanda, 11 mil-Liechtenstein u 780 min-Norveġja).

Riżultati

immodifika

Ir-Reviżjoni Finali tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2009-2014 titfa’ dawl fuq l-appoġġ tal-Għotjiet f’16-il pajjiż tal-UE. L-evalwazzjonijiet u r-reviżjonijiet indipendenti li ġejjin twettqu għall-perjodu ta’ finanzjament 2009-2014:


Il-portal tar-riżultati u tad-data tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jipprovdi aktar informazzjoni dwar il-programmi u l-proġetti ffinanzjati fil-perjodu 2009-2014.

L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2004–2009[2]

immodifika

Bit-tkabbir tal-UE fl-2004, għaxar pajjiżi ġodda – Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja – mhux biss issieħbu fl-UE, iżda wkoll fiż-Żona Ekonomika Ewropea (I-EEA).

It-tkabbir kien jeħtieġ żieda sostanzjali fil-kontribuzzjonijiet lejn il-koeżjoni Ewropea. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-ġodda kienu konsiderevolment taħt il-livell medju tal-UE tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku.

L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja għamlu disponibbli €1.3 biljuni għall-perjodu 2004-2009. L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) (€672 miljuni) appoġġjaw 15-il stat benefiċjarju fl-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar. L-Għotjiet tan-Norveġja pprovdew €567 miljuni addizzjonali lill-għaxar pajjiżi li ssieħbu fl-UE fl-2004.

 

Minbarra dawn iż-żewġ mekkaniżmi, in-Norveġja allokat €68 miljun permezz tal-programmi bilaterali ta’ kooperazzjoni Norveġiżi mal-Bulgarija u mar-Rumanija, ladarba ż-żewġ stati ssieħbu fl-UE fl-2007.

In-Norveġja, bħala l-akbar donatur, ipprovdiet kważi 97 % tal-finanzjament totali fl-2004-2009.

Oqsma ta’ appoġġ

immodifika

Mill-2004 sal-2009, 1 250 proġett ingħataw appoġġ finanzjarju permezz tal-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja. Dawn il-proġetti ġew iffinanzjati taħt l-oqsma ta’ appoġġ li ġejjin:

  • L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tal-konservazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tas-soċjetà ċivili
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tas-Schengen u l-ġudikatura
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tas-saħħa u kura tat-tfal
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tal-bini tal-kapaċità istituzzjonali u l-iżvilupp tar-riżorsi umani
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tar-riċerka akkademika u boroż ta’ studju
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tal-kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali
  • L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja jirrappreżentaw il-kontribut tal-bini tal-kapaċità istituzzjonali

Kooperazzjoni

immodifika

Aktar minn proġett wieħed minn kull ħames proġetti appoġġati kienu proġetti ta’ sħubija bejn entitajiet fl-istati benefiċjarji, u l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja.

Riżultati

immodifika
Stampa:Financial Mechanism Office.png
L-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja għadhom jappoġġaw lil Home for Cooperation, li tinsab fiż-Żona Ta’ Riżerva tan-NU fil-qalba ta’ Nikosija, Ċipru. Iċ-ċentru kulturali u edukattiv sar post importanti ta’ laqgħat għall-organizzazzjonijiet minn fuq il-gżira kollha.

Ir-Reviżjoni Finali tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2004-2009 ikkonkludiet li “l-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja 2004-2009 ikkontribwew għat-tnaqqis tad-disparitajiet fl-Ewropa […] u l-benefiċċji lokalment kienu sinifikanti” (Rapport finali, Nordic Consulting Group, Jannar 2012).

L-evalwazzjonijiet u r-reviżjonijiet indipendenti li ġejjin twettqu għall-perjodu ta’ finanzjament 2004-2009:

Strument Finanzjarju 1999–2003[2]

immodifika

Fil-perjodu 1999-2003, il-Greċja, l-Irlanda, l-Irlanda ta’ Fuq, il-Portugall u Spanja rċevew €119.6 miljun mill-Istati tal-EFTA taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja). Il-proġetti kienu appoġġjati fl-oqsma tal-ħarsien tal-ambjent, it-tiġdid urban, it-tniġġis fiż-żoni urbani, il-protezzjoni tal-wirt kulturali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-riċerka akkademika. Madwar 93 % tal-finanzjament intefaq fuq proġetti relatati mal-ħarsien tal-ambjent.

Niżżel ir-Rapport finali għall-Istrument Finanzjarju 1999-2003.

Mekkaniżmu Finanzjarju 1994–1998[2]

immodifika

Il-Mekkaniżmu Finanzjarju 1994-1998 ikopri l-Greċja, l-Irlanda, l-Irlanda Ta’ Fuq, il-Portugall u Spanja. Il-proġetti kienu appoġġjati fl-oqsma tal-ħarsien ambjentali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u t-trasport. Minbarra l-€500 miljun f’appoġġ għall-proġetti, ingħataw skontijiet ta’ mgħax fuq self li jammonta għal €1.5 biljun fil-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB).

Il-Finlandja, l-Iżvezja u l-Awstrija, li sal-1994 kienu membri tal-EFTA, ħallew l-assoċjazzjoni biex jissieħbu fl-UE. Il-Kummissjoni Ewropea ħadet f’idejha r-responsabbiltajiet għall-kontribuzzjonijiet ta’ dawn it-tliet pajjiżi għall-Mekkaniżmu Finanzjarju 1994-1998.

Niżżel ir-Rapport finali għall-Mekkaniżmu Finanzjarju 1994-1998.

Referenzi

immodifika
  1. ^ “The European Economic Area Agreement (EEA)” (Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA)). Nru tal-gvern Miksub fil-15 ta’ Awwissu 2019 https://www.regjeringen.no/en/topics/european-policy/eos/id115261/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ a b ċ d “Our history - EEA Grants” (L-istorja tagħna - L-għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) ). eeagrants.org. Miksub fil-15 ta’ Awwissu 2019 http://eeagrants.org./Who-we-are/Our-history. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ a b "Which countries benefit?” (Liema pajjiżi jibbenifikaw?). Nru tal-gvern Miksub fil-15 ta’ Awwissu 2019 https://www.regjeringen.no/en/topics/european-policy/norwaygrants/which-countries-benefit/id685572/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  4. ^ “About the EEA and Norway Grants” (Dwar l-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-EEA) u tan-Norveġja). Nru tal-gvern Miksub fil-15 ta’ Awwissu 2019 https://www.regjeringen.no/en/topics/european-policy/norwaygrants/about-the-eea-and-norway-grants/id685567/. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
immodifika