EU Med Group
L-EU Med Group jew l-EuroMed 7 jew l-MED7,[1] li jissejjaħ ukoll "Club Med" jew "Med Group", hija alleanza ta' seba' Stati Membri tal-Mediterran u tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea: Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, u Spanja. Għandhom wirt Greco-Ruman u, ħlief għall-Portugall, huma kollha parti mir-Reġjun tal-Mediterran. Is-seba' pajjiżi kollha huma wkoll parti miż-żona tal-euro, u kollha minbarra Ċipru huma parti miż-Żona Schengen.
EU Med Group EuroMed 7 MED7 |
||
---|---|---|
Mappa tal-Ewropa li tindika l-pajjiżi membri tal-Med Group
|
||
Erja | ||
- | Total | 1,679,994 km2 648,649 mil kwadru |
Popolazzjoni | ||
- | ċensiment tal-2019 | 196,690,587 |
- | Densità | 117.1/km2 303.3/mili kwadri |
PGD (PSX) | stima tal-2019 | |
- | Total | $8.173 triljun |
PGD (nominali) | stima tal-2019 | |
- | Total | $6.598 triljun |
Storja
immodifikaIl-grupp ġie stabbilit b’mod informali fis-17 ta' Diċembru 2013 fi Brussell fuq l-inizjattiva tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta' Ċipru u Spanja sabiex tinħoloq koordinazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fl-UE.[2]
Ġie deċiż li l-grupp kellu jagħmel laqgħa annwali fil-livell ministerjali. L-ewwel laqgħa ministerjali kellha ssir fil-Greċja fl-2014, matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Greċja, iżda minflok saret fl-14 ta' April f'Alicante.[3][4][5]
It-tieni laqgħa saret fi Frar 2015 f'Pariġi.[6] It-Tielet laqgħa ministerjali tal-grupp saret f'Ċipru fi Frar 2016, u għaliha attendiet ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM), Fathallah Sijilmassi. Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin iddiskutew kwistjonijiet ta' sigurtà u stabbiltà fit-Tramuntana tal-Afrika u fil-Lvant Nofsani kif ukoll l-immaniġġjar tal-kriżi tal-migrazzjoni.[7][8][9]
Il-grupp kellu l-ewwel Samit tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE fid-9 ta' Settembru 2016 fil-Palazz Zappeion f'Ateni.[10] Wara s-samit, inħarġet id-Dikjarazzjoni ta' Ateni li ssejjaħ għal investiment biex jiġi ttrattat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġi appoġġat it-tkabbir, kif ukoll kooperazzjoni aktar b’saħħitha tal-UE fi kwistjonijiet ta’ sigurtà u migrazzjoni.[11][12] Is-samit li jmiss huwa skedat li jsir fi Spanja, fil-Palazz Irjali ta' El Pardo.[13]
Is-seba' laqgħa saret fl-10 ta' Settembru 2020 f'Porticcio, Korsika, u kienet tikkonċerna l-attivitajiet unilaterali konkorrenti tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran.[14]
Samits
immodifika- Id-9 ta' Settembru 2016 f'Ateni, il-Greċja
- It-28 ta' Jannar 2017 f'Lisbona, il-Portugall
- L-10 ta' April 2017 f'Madrid, Spanja
- L-10 ta' Jannar 2018 f'Ruma, l-Italja
- Id-29 ta' Jannar 2019 f'Nikosija, Ċipru
- L-14 ta' Ġunju 2019 fil-Belt Valletta, Malta
- L-10 ta' Settembru 2020 f'Porticcio (Korsika), Franza
Membri
immodifikaArma | Bandiera | Stat | Kapitali | Kodiċi | Popolazzjoni (2019) |
Żona | Densità tal-popolazzjoni |
PDG (nominali) Miljun Dollaru Amerikan |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ċipru | Nikosija | CY | 875,898 | 9,251 km2 | 95/km2 | 24,565 | ||
Franza | Pariġi | FR | 67,028,048 | 640,679 km2 | 105/km2 | 2,715,518 | ||
Greċja | Ateni | GR | 10,722,287 | 131,990 km2 | 81/km2 | 209,853 | ||
Italja | Ruma | IT | 60,359,546 | 301,338 km2 | 200/km2 | 2,001,244 | ||
Malta | Valletta | MT | 493,559 | 316 km2 | 1,562/km2 | 14,786 | ||
Portugall | Liżbona | PT | 10,276,617 | 92,390 km2 | 111/km2 | 237,686 | ||
Spanja | Madrid | ES | 46,934,632 | 504,030 km2 | 93/km2 | 1,394,116 | ||
7 totali | 196,690,587 | 1,679,994 km2 | 117/km2 | 6,597,768 |