Chelsea FC
Chelsea Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż ibbażat fil-Punent ta' Londra. Iffundat fl-1905, huma jilagħbu fil-Premier League fejn qattgħu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Il-grawnd ta' Chelsea huwa Stamford Bridge li jesa' 41,837 persuna, grawnd li ilhom jilgħabu fih mill-bidu tal-klabb.
Isem sħiħ | Chelsea Football Club | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
The Blues The Pensioners | |||
Fundazzjoni | 31UTCt | |||
Grawnd | Stamford Bridge (en) | |||
Proprjetarju | Todd Boehly (en) | |||
President |
Todd Boehly (en) Bruce Buck (mul) | |||
Kowċ | Enzo Maresca (mul) | |||
Kampjonat | Premier League | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Huma kellhom żewġ perjodi ta' suċċess: l-ewwel wieħed fis-snin sittin għall-bidu tas-snin sebgħin, u t-tieni wieħed lejn it-tmiem tal-disgħinijiet sal-ġurnata tal-lum. Fost it-trofej mirbuħa hemm inklużi erba' titli tal-kampjonat, seba' FA Cups, erba' League Cups u erba' FA Community Shields. F'kompetizzjonijiet kontinentali, il-klabb rebħa żewġ Tazzi tat-Tazez Ewropej, Super Cup Ewropea waħda u UEFA Champions League waħda.[1]
Fl-2003, il-klabb ġie mixtri mill-biljunarju Russu Roman Abramovich.[2]
Storja
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja ta' Chelsea FC.
Chelsea kien fundat fl-14 ta' Marzu 1905 fil-pub The Rising Sun (li llum iġib l-isem ta' The Buther's Hook), faċċata tad-daħla prinċipali tal-grawnd ta' Fulham Road, u kienu amessi fil-Football League ftit wara. L-ewwel snin tal-klabb ma tantx raw ħafna suċċessi; l-iktar qrib li waslu biex jirbħu trofew maġġuri kienet il-finali tal-FA Cup fl-1915, fejn tilfu kontra Sheffield United. Chelsea iggwadanjaw reputazzjoni li jixtru plejers ta' isem kbir[3] u li jesprimu futbol divertenti, imma fis-snin bejn iż-żewġ gwere ftit ħallew impatt fuq il-futbol Ingliż.
Fl-1952 kien nominat bħala kowċ l-eks-attakkant tat-tim nazzjonali Ingliż Ted Drake, li beda jimmodernizza l-klabb. Din il-modernizzazzjoni kienet se ssir kemm ġewwa u anki barra l-grawnd. Fost il-provvedimenti li għamel kienet li jneħħi l-logo storiku li kien juri pensjonant ta' Chelsea mill-programm tal-partita, b'mod li ma jibqax aktar użat il-laqam storiku Pensioners ("pensjonati") u jkun sostitwit minn ljun rampanti (Lion Rampant Regardant). Minn dakinhar il-plejers ta' Chelsea bdew jiġu magħrufa bħala The Blues. Barra minn hekk, Drake tejjeb il-moda ta' taħriġ fejn introduċa sessjonijiet ta' eżerċitazzjonijiet bil-ballun, li kien taħriġ rari f'dak iż-żmien fl-Ingilterra, u wassal lill-klabb għall-ewwel rebħa maġġuri – il-kampjonat nazzjonali – fl-1954–55. L-istaġuni segwenti ra l-kreazzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins mill-UEFA, imma t-tim ta' Chelsea kienu persważi mill-Football League u l-FA biex jirtiraw mill-kompetizzjoni qabel ma kienet diġà bdiet.[4]
Is-snin sittin ra l-bidu tat-talent ġuvni ta' Chelsea taħt il-gwida ta' Tommy Docherty. It-tim minn Londra ġġieled għall-unuri matul id-deċennju, u ħafna minnhom waslu qrib ħafna tat-tragward. Fl-istaġun 1964–65, fil-fatt, kienu qegħdin fil-ġirja għat-treble li kienet tinvolvi l-kampjonat, l-FA Cup u l-League Cup, fejn rebħu biss dan it-trofew tal-aħħar.[5] Fi tliet staġuni l-iskwadra kienet megħluba fi tliet semi-finali oħra u kienu finalisti telliefa tal-FA Cup. Fl-1970, Chelsea rebħu l-FA Cup fejn rebħu 2–1 lil Leeds United. Sena wara huma kisbu l-ewwel trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej f'Ateni, fejn rebħu f'ripetizzjoni tal-partita lit-tim ta' Real Madrid.
L-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin kien perjodu mimli avvenimenti għat-tim ta' Chelsea. Proġett ambizzjuż ta' ristrutturazzjoni ta' Stamford Bridge hedded l-istabilità finanzjarja tal-klabb,[6] fejn ġew minjugħa diversi plejers importanti u din ipprovokat ir-relegazzjoni. Problemi oħra kienu kawżati mill-element tal-hooligans li kompla matul dak id-deċennju.[7] It-tim ta' Chelsea, li kienu fl-inqas punt tal-fortuni, kien akkwistat minn Ken Bates għal ċifra nominali ta' £1, anki jekk il-proprjetà legali fuq Stamford Bridge kienet mibjugħha lill-iżviluppaturi mmobiljarji, bir-riskju konkret għall-klabb li jħalli l-proprju stadju.[8] Fuq il-grawnd l-iskwadra marret daqxejn aħjar, fejn reqet viċin għall-ewwel darba għar-relegazzjoni fit-Third Division, imma fl-1983 il-kowċ John Neal kien irnexxielu li jgħaqqad skwadra ta' livell minimu ta' żborsament. Chelsea rebħu s-Second Division fl-1983–84 u stabilixxew lilhom infushom fl-aqwa serje, qabel ma kienu retroċessi għal darb'oħra fl-1988. Reġgħu għamlu r-ritorn fl-aqwa diviżjoni immedjatament wara li rebħu s-Second Division 1988–89.
Wara battalja legali kbira Bates reġa' għaqqad il-proprjetà legali mal-klabb fl-1992, fejn laħqu ftehim mal-iżviluppaturi finanzjarji, li kienu fallew minħabba waqgħa fis-suq.[9] Il-forma ta' Chelsea fil-Premier League il-ġdid ma kienx konvinċenti, minkejja li laħqu l-finali tal-FA Cup tal-1994. Kellu jkun Ruud Gullit, rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb fl-1987, li bħala plejer-kowċ biddel il-fortuni tal-klabb. L-Olandiż żied mal-iskwadra diversi plejers internazzjonali, partikularment Gianfranco Zola. Il-klabb irnexxielu jirbaħ l-FA Cup tal-1997 u jerġa' jsir wieħed mill-aqwa timijiet fil-futbol Ingliż bħalma kien darba. Post Gullit ħadu Gianluca Vialli, li, ukoll bħala plejer-kowċ, wassal lit-tim għar-rebħ fil-League Cup u fit-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1998, fl-FA Cup fis-sena 2000 u fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1999–00. Wara l-eżoneru tiegħu minfloku wasal Taljan ieħor, Claudio Ranier, li wassal lil Chelsea fil-finali tal-FA Cup tal-2002 u għall-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League fl-2002–03.
F'Ġunju 2003 Bates biegħ il-klabb għal ċifra ta' 60 miljun sterlina għall-biljunarju Russu Roman Abramovich, fejn kompla l-bejgħ tal-aktar klabb Ingliż li jiswa minn kull żmien.[10] Il-proprjetarju l-ġdid ħallas parti kbira mid-dejn ta' £80 miljun tal-klabb, u aktar minn £100 miljun kienu minfuqa għal plejers ġodda. It-tim ta' Ranier ma kiseb l-ebda trofew, u postu ħadu l-kowċ Portugiż José Mourinho, li kien għadu kemm rebaħ iċ-Champions League ma' Porto.
Fl-2005, fis-sena taċ-ċentinarju tal-klabb, il-Blues rebħu l-Premiership wara nixfa ta' ħamsin sena mill-aħħar titlu nazzjonali, fi staġun rekord (l-inqas numru ta' gowls li laqqat minn fost it-timijiet l-oħra, l-aktar numru ta' rebħiet u l-aktar numru ta' punti miksuba).[11] Mas-suċċess fil-kampjonat kien hemm ukoll ir-rebħa fil-League Cup kontra l-Liverpool bl-iskor ta' 3–2. Fl-2005–06 Chelsea ikkonfermaw lilhom infushom bħala Ċampjins tal-Ingilterra, fejn ugwaljaw ir-rekord ta' 29 rebħa stabbilit fl-istaġun preċedenti. Saret ukoll il-ħames skwadra Ingliża li rebħu t-tieni titlu konsekuttiv wara t-Tieni Gwerra Dinjija u l-ewwel klabb minn Londra li għamel dan wara l-Arsenal lura fl-1933–34.[12] Fis-sena ta' wara, Chelsea rebħu l-FA Cup u l-League Cup.[13][14] imma spiċċaw it-tieni wara Manchester United fil-Premier League.
Fl-20 ta' Settembru 2007, fil-bidu tal-istaġun 2007–08, José Mourinho ħalla lil Chelsea fuq "ftehim kollettiv" u postu ħadu mid-Direttur tal-Futbol Avram Grant.[15][16] Grant wassal lill-iskwadra għat-tieni post fil-kampjonat, għall-finali tal-League Cup li tilfuha kontra Tottenham Hotspur u għall-finali tal-UEFA Champions League, l-ewwel waħda fl-istorja tal-klabb f'din il-kompetizzjoni. Il-partita spiċċat però b'rebħa għal Manchester United permezz tal-għoti tal-penalties. Tliet ijiem wara Grant abbanduna l-bankina ta' Chelsea wara li l-iskadenza tal-kuntratt[17] u kien sostitwit minn Luiz Felipe Scolari fl-1 ta' Lulju 2008.[18]
Emblema
immodifikaMill-fundazzjoni tal-klabb, Chelsea kellha erba' emblemi prinċipali, minkejja li kollha sarulhom xi varjazzjonijiet minuri. Fl-1905, Chelsea adottaw l-ewwel emblema bl-immaġini ta' pensjonant ta' Chelsea (suldat Brittaniku), li għenet fil-laqam ta' "pensioners", u baqgħet tintuża' sa nofs seklu wara, minkejja li qatt ma dehret fuq il-flokkijiet. Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-klabb fi żmien Ted Drake mill-1952 'il quddiem, hu insista li l-emblema preżenta tintneħħa u minflok isir waħda ġdida.[19] Għal sena kienet adottata emblema temporanja u sempliċi li kienet tikkonsisti biss mill-inizzjali C.F.C. Fl-1953, l-emblema tbiddlet għal iljun blu iħares lura u f'idejh iżomm bastun, li damet sa tliet deċennji ta' wara. mal-iljun u l-bastun kien hemm ukoll tliet wardiet li kienu jirrapreżentaw lill-Ingilterra u żewġ blalen tal-futbol. Din kienet l-ewwel darba li l-emblema tal-klabb dehret fuq il-flokkijiet, minħabba li l-politika li tpoġġi l-emblema tal-klabb fuq il-flokkijiet kienet adottata biss fil-bidu tas-snin sittin.[19]
Fl-1986, bi proprejatrji ġodda fil-klabb, l-emblema ta' Chelsea reġgħet inbiddlet bħala parti ta' attentat ieħor ta' modernizzazzjoni. Din kienet tikkonsisti minn iljun, b'kulur isfar u mhux blu, bilqiegħda fuq l-inizzjali C.F.C. Din damet għad-dsatax-il sena ta' wara, b'xi modifiki bħal kuluri differenti. Bi proprejatri ġodda u ċ-ċentinarju tal-klabb li kien qed joqrod, bil-kombinazzjoni ta' xi rikjesi min-naħa tal-partitarji biex tiġi restawrata l-emblema tradizzjonali tal-klabb, kien deċiż li din terġa' tinbidel fl-2004. Din kienet adottata għall-bidu tal-istaġun 2005–06 u kien jimmarka r-ritorn tad-disinn il-qadim tal-iljun blu bil-bastun. Bħal emblemi oħra, din ukoll dehret f'kuluri diversi, fosthom l-abjad u kulur id-deheb.
Kuluri soċjali
immodifikaChelsea minn dejjem libbsu flokkijiet blu, minkejja li għall-bidu huma adottaw kulur aktar ċar mill-verżjoni kurrenti, u b'differenza mill-ġurnata tal-lum huma kienu jilbsu xorts bojod u b'kalzetti blu skuri. Il-flokkijiet blu ċari ma tantx damu, u minflok il-kulur sar blu rjali madwar l-1912.[20] Meta Tommy Dochert sar kowċ fil-bidu tas-snin sittin hu biddel għal darb'oħra l-uniformi, fejn żied xorts blu (li għadhom jintużaw sal-lum) u kalzetti bojod, biex b'hekk ikun jista' jagħmel il-kuluri tal-klabb aktar distiniti hekk kif l-ebda klabb maġġuri ma kellu din il-kombinazzjoni; din l-uniformi ntlibset fl-istaġun 1964-65.[21]
Il-kuluri tradizzjoni ta' Chelsea għal logħob barra mid-dar huma kollha sofor jew bojod b'linja bluna, imma, bħal xi timijiet oħra, huma kellhom ukoll oħrajn li ma tantx kienu komuni. L-ewwel uniformi għal barra minn darhom kienet tikkonsisti minn ta' faxxi suwed u bojod u għal logħba waħda fis-snin sittin, it-tim libes bi strixxi blu u suwed fi stil ta' Inter Milan, għal darb'oħra fi żmien Docherty. Uniformijiet oħra jinkludu uniformi ħadra menta fis-snin tmenin, u b'kaxex ħomor u bojod fil-bidu tas-snin disgħin.[22]
L-uniformi tal-istaġun 2007–08 ta' Chelsea għal logħob barra minn darhom tikkonsisti minn flokk "isfar elettriku" b'linji suwed ħoxnin li jiffurmaw kaxex separati fuq il-flokk. It-tliet strixxi tal-adidas huma suwed, li jkomplu sejrin fuq l-id. Hi milbusa flimkien ma' xorts u kalzetti suwed, imma f'ċerti każijiet jintlibsu xorts u/jew kalzetti "sofor elettriku". L-emblema tal-flokk hi f'kulur "isfar elettriku" u iswed, minflok is-soltu blu, abjad, aħmar u kulur id-deheb. Għall-istaġun 2007–08, hemm ukoll it-tielet uniformi, li hi kollha bajda b'linji bluni u suwed.
L-uniformi ta' Chelsae bħalissa hi magħmula mill-Adidas, li għandu kuntratt li joffri l-uniformi tal-klabb mill-2006 sal-2001. L-isponsor tal-uniformi kurrenti hu Samsung.[23]
Stadju
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Stamford Bridge.
Kowċis prominenti
immodifikaRivalità
immodifikaChelsea għandha rivalità kbira mat-tim tal-Fulham minħabba raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-"Cottagers", fil-fatt, huma t-tim tad-distrett ta' Fulham li jikkonfinaw proprju ma' dak ta' Chelsea. Barra minn hekk Stamford Bridge jinsab fid-distrett ta' Fulham.
Rivalità oħra jinkludu dawk kontra l-Arsenal u kontra t-Tottenham. Timijiet oħra ta' Londra, bħall-Millwal u West Ham ma tantx jissimpatizzaw lill-kuġini bluni.
Fuq livell nazzjonali, il-Leeds United hi forsi waħda mill-klabbs l-inqas simpatiċi mal-benjamini ta' Chelsea. Din ir-rivalità kibret mill-finali diskussa tal-FA Cup mirbuħa minn Chelsea. F'dawn l-aħħar snin, Sir Alex Ferguson (kowċ ta' Manchester United) u José Mourinho welldu oppożizzjoni sinjifikattiva bejn iż-żewġ klabbs.
Fuq ambitu kontinetali, mill-2004 iċ-Champions League offriet xenarju prestiġuż għall-isfidi kontra l-Ispanjoli ta' Barcelona, li ħallew effetti fl-ambjenti rispettivi. Anki mal-Liverpool ta' Rafa Benìtez żdiedet rivalità mill-ikbar ma' Chelsea, l-aktar fl-isfida doppja fis-semi-finali taċ-Champions League li raw lir-"Reds" jittrijunfaw dejjem.
Fl-isfida doppja taċ-Champions League kontra l-Barcelona fl-istaġuni 2004–05 u 2005–06, Chelsea rebħu lill-Ispanjoli wara partita emozzjonanti fi Stamford Bridge, fejn hemmhekk twieldet ir-rivalità bejn iż-żewġ klabbs. F'dik l-edizzjoni Chelsea kienu kkwalifikaw. Fis-sena ta' wara, dejjem fiċ-Champions League, Chelsea ħarġu bħala telliefa kontra l-Katalani. Il-protagonista assolut tal-isfida kien Ronaldinho, li kien awtur ta' gowl mill-isbaħ fit-tieni konfront.
Unuri
immodifikaKompetizzjonijiet domestiċi
immodifika- (4) 1954–55, 2004–05, 2005–06, 2009–10 2014/15 2017/18
- (2) 1983–84, 1988–89
Tazzi domestiċi
immodifika- (7) 1970, 1997, 2000, 2007, 2009, 2010, 2012
- (4) 1965, 1998, 2005, 2007
- (4) 1955, 2000, 2005, 2009
- (2) 1986, 1990
Kompetizzjonijiet internazzjonali
immodifika- (1) 2012–13
- (3) 1970–1971, 1997–1998
- (1) 1998
Biblijografija
immodifika- Batty, Clive (2004). A Serious Case of the Blues: Chelsea in the 80s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 1-905326-02-5.
- Batty, Clive (2005). The Chelsea Miscellany (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 0-9546428-9-9.
- Batty, Clive. Kings of the King's Road: The Great Chelsea Team of the 60s and 70s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 0-9546428-1-3.
- Cheshire, Scott; Levy, Michael. Chelsea Home Programme Guide 1946-1998 (bl-Ingliż). Scott Cheshire Programmes Publications. ISBN 0-9533917-0-1.
- Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. ISBN 0-7553-1466-2.
- Hadgraft, Rob (2004). Chelsea: Champions of England 1954-55 (bl-Ingliż). Desert Island Books Limited. ISBN 1-874287-77-5.
- Harris, Harry (2005). Chelsea's Century (bl-Ingliż). Blake Publishing. ISBN 1-84454-110-X.
- Ingledew, John (2006). And Now Are You Going to Believe Us: Twenty-five Years Behind the Scenes at Chelsea FC (bl-Ingliż). John Blake Publishing Ltd. ISBN 1-84454-247-5.
- Matthews, Tony (2005). Who's Who of Chelsea (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84596-010-6.
- Mears, Brian (2004). Chelsea: A 100-year History (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84018-823-5.
- Mears, Brian (2002). Chelsea: Football Under the Blue Flag (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84018-658-5.
- Moynihan, Leo (2005). Chelsea's Cult Heroes (bl-Ingliż). Know the Score Books. ISBN 1-905449-00-3.
Referenzi
immodifika- ^ "Trophy Cabinet" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-25.
- ^ "Russian businessman buys Chelsea" (bl-Ingliż). BBC. 2003-07-02. Miġbur 2007-02-11.
- ^ Glanville, Brian (2004-01-10). "Little sign of change for Chelsea and their impossible dreams" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-18. Miġbur 2008-05-02.
- ^ Glanville, Brian (2005-04-27). "The great Chelsea surrender" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2008-05-05.
- ^ Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. p. 196. ISBN 0-7553-1466-2.
- ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography. pp. 84–87.
- ^ Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 143–157.
- ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 89–90.
- ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 90–91.
- ^ Rosenberg, Steve (2003-08-24). "Chasing 'Mr Chelski'" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2008-05-05.
- ^ "Mourinho proud of battling finish" (bl-Ingliż). BBC. 2005-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-16. Miġbur 2008-05-05.
- ^ Barlow, Matt. "Terry Eyes Back-to-Back Titles" (bl-Ingliż). Sporting Life. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-30. Miġbur 2008-05-22.
- ^ Mitchell, Kevin (2007-05-20). "Something old, new and Blue" (bl-Ingliż). The Observer. Miġbur 2007-05-20.
- ^ "Chelsea 2-1 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC. 2007-02-25. Miġbur 2007-05-05.
- ^ "Mourinho makes shock Chelsea exit" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-20. Miġbur 2008-05-05.
- ^ "Chelsea name Grant as new manager" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-20. Miġbur 2007-09-21.
- ^ "Grant leaves Chelsea" (bl-Ingliż). Chelsea FC. 2008-05-24. Miġbur 2008-05-30.
- ^ "Scolari is new Chlesea manager" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2008-06-11.
- ^ a b "Club Badges" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea Football Club: The Official History in Pictures (bl-Ingliż). p. 212. ISBN 0-7553-1467-0.
- ^ Mears, Brian (2002). Chelsea: Football Under the Blue Flag (bl-Ingliż). Mainstream Sport. p. 42. ISBN 1-84018-658-5.
- ^ "Kits" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-01.
- ^ O'Connor, Ashling (2005-05-02). "Clubs to cash in on mobile advertising" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-18. Miġbur 2007-01-01.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Chelsea FC (Chelsea F.C.) |
- (EN) Sit uffiċjali
- (EN) Profil fuq is-sit uffiċjali tal-Premier League