Anderson Luís de Abreu Oliveira

(Rindirizzat minn Anderson Abreu)

Anderson Luís de Abreu Oliveira, magħruf aħjar bħala Anderson (Porto Alegre, 13 ta' April 1988) huwa futboler Brażiljan li jilgħab bħala midfilder mat-tim ta' Coritiba, taħt self minn Internacional.

Anderson
Anderson 2013.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħAnderson Luís de Abreu Oliveira
Twelid13 ta' April 1988 (1988-04-13) (32 sena)
Porto Alegre
PajjiżBandiera tal-Brażil Brażil
Tul1.76 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiCoritiba
Numru18
Klabbs ġovanili
1993–2004Grêmio
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2004–2005Grêmio19(6)
2005–2007Porto18(2)
2007–2015Manchester United105(5)
2014Fiorentina (self)7(0)
2015–Internacional50(1)
2017–Coritiba (self)11(0)
Tim nazzjonali
2007–2008Brażil8(0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 10:56, 21 Diċembru 2017 (UTC)

KarrieraImmodifika

GrêmioImmodifika

Anderson beda l-karriera tal-futbol fis-settur ġovanili ta' Grêmio u fl-2005 hu ddebutta mat-tim, fejn lagħab b'kollox 5 partiti fis-Série B Brażiljana. Anderson kiseb simbolu ikoniku hekk kif skorja gowl memorabbli li ta lil Grêmio l-promozzjoni għas-Serie A, f'logħba eliminatorja kontra Nautico. Dan il-gowl jibqa' famuż minħabba li Grêmio kellhom biss seba' plejers fil-grawnd u kienu għadhom kemm raw lill-avversarji jitilfu penalty. Dan il-gowl ta lil Grêmio rebħa b'sorpriża ta' 1–0.

PortoImmodifika

Hu ngħaqad ma' FC Porto f'Diċembru tal-2005 u għamel id-debut tiegħu fil-5 ta' Marzu 2006, fejn għen lit-tim jakkwista s-SuperLiga Portugiża f'dak l-istaġun. Hu ddebutta fiċ-Champions League kontra CSKA Moscow. Madanakollu, Anderson kellu jitlef ħames xhur tal-istaġun 2006–07 minħabba li kien kiser saqajh.[1]

Manchester UnitedImmodifika

 
Anderson flimkien ma' sieħbu Wayne Rooney

Fit-30 ta' Mejju 2007, kien ikkonfermat mis-sit elettroniku ta' Manchester United li Anderson kien inxtara għal madwar £18 miljun.[2] Hu kiseb id-dritt tax-xogħol fl-Ingilterra fid-29 ta' Lulju 2007, u t-trasferiment kien ikkonfermat fit-2 ta' Lulju, b'Anderson jiffirma kuntratt ta' ħames snin.

Id-debutt tiegħu wasal f'partita ta' ħbiberija qabel il-bidu tal-istaġun kontra Doncaster Rovers. Hu ngħata n-numru 8, li kien intlibes minn Wayne Rooney l-istaġun ta' qabel.

Anderson iddebutta kompetittiviment fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland fl-1 ta' Settembru 2007. Hu kien sostitwt minn Louis Saha fi tmiem l-ewwel taqsima, fejn dan tal-aħħar skorja l-gowl tar-rebħa. Anderson imbagħad għamel id-debutt fiċ-Champions League kontra Sporting CP, fejn daħal bħala sostitut għal Ryan Giggs fis-76 minuta.

Fil-finali taċ-Champions League 2007–08 f'Moska, ġewwa r-Russja, Anderson daħal bħala sostitut fl-aħħar minuta tal-ħin supplementari biex jieħu post Wes Brown. Hu skorja s-sitt penalty waqt l-għoti tal-penalties. Fil-finali tal-League Cup 2009 kontra Tottenham Hotspur, Anderson daħal fil-partita fis-56 minuta għal Danny Welbeck. Hekk kif il-partita kellha tiġi deċiża bil-lotterija tal-penalties, Anderson skorja l-gowl li ta t-trofew lit-tim ta' United.[3]

L-ewwel gowl ta' Anderson bil-flokk aħmar ta' Manchester United wasal fit-12 ta' Settembru 2009 meta skorja kontra Tottenham Hotspur, fir-rebħa ta' 3–1 ġewwa White Hart Lane. Din kienet it-78 dehra tiegħu għat-tim tal-United.[4]

InternazzjonaliImmodifika

 
Anderson (lemin) mal-Arġentin Lionel Messi fl-Olimpjadi.

F'April tal-2005, hu kien imsejjaħ fit-tim Brażiljan għall-Kampjonat dinji ta' taħt is-sbatax-il sena, u f'Ottubru ta' wara hu rebaħ l-Ballun tad-Deheb tal-Adidas mat-tim nazzjonali tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-sbatax-il sena 2005.

Id-debutt internazzjonali mat-tim tal-kbar wasal fis-27 ta' Ġunju 2007 fit-telfa ta' 2-0 kontra l-Messiku fil-Copa América, waqt li d-debutt mal-ewwel ħdax wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra ċ-Ċili.

F'Lulju tal-2008, il-kowċ tal-Brażil Dunga għażel lil Anderson fost it-tmintax il-plejer għall-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.[5] Hu skorja l-ewwel gowl tal-Brażil fit-tieni partita tal-grupp kontra New Zealand, partita li rebħuha bl-iskor ta' 5–0. Hu rritorna lura miċ-Ċina b'midalja tal-bronż, bir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju.

UnuriImmodifika

KlabbImmodifika

  Grêmio
  Porto
  Manchester United
  Internacional

NazzjonalImmodifika

ReferenziImmodifika

  1. ^ (Ingliż) Antony Kastrinakis, Anderson's Leg Break Hell, The Sun, 16 ta' April 2008. Aċċess tal-URL: 16 ta' April 2008 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-1 ta' Frar 2014).
  2. ^ (Franċiż) Transfers, L'Équipe, 10 ta' Lulju 2007. Aċċess tal-URL: 13 ta' Lulju 2007 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-18 ta' Jannar 2014).
  3. ^ (Ingliż) Man Utd 0-0 Tottenham (aet), BBC Sport, 1 ta' Marzu 2009. Aċċess tal-URL: 1 ta' Marzu 2009.
  4. ^ (Ingliż) Tottenham 1-3 Man Utd, BBC Sport, 12 ta' Settembru 2009. Aċċess tal-URL: 12 ta' Settembru 2009.
  5. ^ (Ingliż) Ronaldinho gets Olympics go-ahead, BBC Sport, 16 ta' Lulju 2008.

Ħoloq esterniImmodifika