Wes Brown
Wesley Michael "Wes" Brown (twieled fit-13 ta' Ottubru 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li kien jilgħab bħala difensur.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Wesley Michael Brown | ||
Twelid | 13 ta' Ottubru 1979 Manchester, Ingilterra | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
1992–1996 | Manchester United | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1996–2011 | Manchester United | ||
2011–2016 | Sunderland | ||
2016–2017 | Blackburn Rovers | ||
2017–2018 | Kerala Blasters | ||
Tim nazzjonali | |||
1999–2010 | Ingilterra |
Karriera
immodifikaManchester United
immodifikaF'età ta' tnax-il sena Brown ingħaqad mal-akkademja ta' Manchester United, wara li kien qatta' xi snin jilgħab bħala student għal Burnage High School u l-Fletcher Moss Rangers. Brown wera t-talent u l-maturità tiegħu f'età tenera, fejn iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United fl-14 ta' Novembru 1996, meta kellu biss sbatax-il sena.
Brown għamel suċċess mat-timijiet ġovanili u tar-riservi fejn irnexxielu jirbaħ l-FA Youth Cup u kif ukoll midalja mar-riservi tal-Lancashire Division One. Mal-kollezzjoni tiegħu żied ukoll l-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.
Fl-4 ta' Mejju 1998, Brown għamel id-debutt mal-ewwel tim fil-Premiership kontra Leeds United bħala sostitut. L-iżblokk tiegħu wasal fis-sena ta' wara, fl-istaġun 1998–99, fejn għamel diversi dehriet mal-ewwel tim bħala difensur fuq il-faxxa leminija kif ukoll fil-pożizzjoni naturali tiegħu ta' difensur ċentrali. L-istaġun ma setax jispiċċa aħjar għal Brown, hekk kif United kisbu l-famuża Tripletta.
Waqt li kien qed jitħarreġ mal-iskwadra fil-kampanja tal-1999–2000, Brown sofra mill-ewwel fost ħafna waqfiet li għamel fil-karriera tiegħu mil-logħob. Bħala riżultat, ma lagħab l-ebda logħba kompettittiva matul l-istaġun, waqt li United marru biex jirbħu s-sitt titlu tal-Premier League fi tmien staġuni.
Ir-ritorn tiegħu s-sena ta' wara kien wieħed mill-aqwa fejn ġie mfaħħar minn kulħadd tal-ħila li wera, bil-kowċ tal-klabb Sir Alex Ferguson jistqarr li Brown kien l-aqwa difensur fil-klabb.[1]
Kampanja tajba fl-istaġun 2000–01 ġiet segwita minn sena oħra mill-aqwa fl-2001–02. Ir-reputazzjoni tiegħu kibret aktar matul l-istaġun 2002–03, imma għal darb'oħra l-prestazzjonijiet tiegħu kienu mwaqqfa minn xi uġigħ li sofra. Fl-aħħar ġurnata tal-istaġun Brown ġibed ligament tal-irkoppa, u ma reġax irritorna fl-azzjoni sa nofs l-istaġun 2003–04. Brown spiċċa l-istaġun b'forma tajba, fejn irnexxielu jagħmel prestazzjoni imperjali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup. Kien wara din il-prestazzjoni li Ferguson reġa' stqarr li Brown hu "l-aqwa difensur naturali" fl-Ingilterra.[2] Minkejja dan kollu, Brown ma sabx postu fl-iskwadra Ingliża għall-Kampjonati Ewropej tal-2004.
Wara kważi tliet snin mingħajr ma jiskorja gowl fil-Premier League għal United, Brown skorja fit-23 ta' Marzu 2008 kontra r-rivali Liverpool, fir-rebħa ta' 3–0.
Wara li għall-bidu irrifjuta offerta ta' kuntratt ġdid f'Diċembru tal-2007,[3] Brown iffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin flimkien mad-difensur Rio Ferdinand u l-midfilder Michael Carrick f'April tal-2008, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2013.[4] Fl-4 ta' Ottubru 2008, Brown skorja r-raba' gowl tal-karriera tiegħu ma' Manchester United meta skorja b'daqqa ta' ras minn passaġġ ta' Wayne Rooney fir-rebħa li United għamlu fuq Blackburn Rovers bl-iskor ta' 2–0.
F'Novembru tal-2008 Wes Brown kien imġiegħel joqgħod barra mil-logħob għal ħames ġimgħat wara operazzjoni fl-irkoppa. Wara ħafna intoppi fit-triq tiegħu biex jirkupra mill-ġdid, Brown irritorna fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat meta lagħab id-90 minuta kollha kontra Hull City.[5] Fiż-żewġ staġuni segwenti, l-involviment tiegħu mal-ewwel tim naqas ħafna fejn fl-aħħar staġun tiegħu mal-klabb tal-United beda biss ħames logħbiet.
Sunderland
immodifikaFis-7 ta' Lulju 2011, Brown iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland għal somma mhux magħrufa.[6] Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-istaġun 2011–12 fi dro ta' 1–1 kontra Liverpool, fejn ġie vvutat ukoll bħala l-plejer tal-partita.
Internazzjonali
immodifikaBrown iddebutta mat-tim Ingliż kontra l-Ungerija nhar it-28 ta' April 1999. Hu ngħata post mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002.
Wara li ma ntgħażilx għat-Tazza tad-Dinja 2006, hu reġa' ġie msejjaħ mill-kowċ Steve McClaren, u lagħab fir-rebħa kontra l-Andorra nhar it-2 ta' Settembru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn ħa post lil Rio Ferdinand li kien imweġġa biex ifforma koppja difensiva ma' John Terry.
Fabio Capello tah post mal-ewwel ħdax fl-ewwel żewġ partiti taħt il-gwida tat-tim nazzjonali kontra l-Iżvizzera u Franza. L-ewwel gowl fuq livell internazzjonali wasal kontra r-Repubblika Ċeka f'Wembley nhar l-20 ta' Awwissu.
Brown irtira mill-futbol internazzjonali fit-8 ta' Awwissu, 2010, jum biss wara li ġie magħżul għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ungerija.[7]
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Manchester United
- FA Premier League: 1998–99, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08
- UEFA Champions League: 1998-99, 2007–08
- FA Cup: 1998–99, 2003–04
- FA Community Shield: 2003, 2007, 2008
- League Cup: 2005–06
- Tazza Interkontinentali: 1999
Statistika
immodifikaStatistika korretta sad-29 ta' Jannar 2012[8]
Klabb | Staġun | Kampjonat | FA Cup | League Cup | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Manchester United | 1997–98 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
1998–99 | 24 | 0 | 2 | 0 | 1 | 0 | 4 | 0 | 0 | 0 | 21 | 0 | |
1999–2000 | 0 | 0 | – | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | ||
2000–01 | 28 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 11 | 0 | 0 | 0 | 41 | 0 | |
2001–02 | 17 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 24 | 0 | |
2002–03 | 22 | 0 | 2 | 0 | 5 | 0 | 6 | 1 | 0 | 0 | 35 | 1 | |
2003–04 | 17 | 0 | 6 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 25 | 0 | |
2004–05 | 21 | 1 | 6 | 0 | 3 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 37 | 1 | |
2005–06 | 19 | 0 | 4 | 0 | 5 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 31 | 0 | |
2006–07 | 22 | 0 | 6 | 0 | 2 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 37 | 0 | |
2007–08 | 36 | 1 | 4 | 0 | 1 | 0 | 10 | 0 | 1 | 0 | 52 | 1 | |
2008–09 | 8 | 1 | 0 | 0 | 1 | 0 | 2 | 0 | 2 | 0 | 13 | 1 | |
2009–10 | 18 | 0 | 1 | 0 | 4 | 0 | 4 | 0 | 0 | 0 | 27 | 0 | |
2010–11 | 7 | 0 | 3 | 1 | 3 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 15 | 1 | |
Total | 232 | 3 | 35 | 1 | 27 | 0 | 65 | 1 | 3 | 0 | 361 | 5 | |
Sunderland | 2011–12 | 20 | 1 | 1 | 0 | 1 | 0 | – | – | 22 | 1 | ||
Total fil-karriera | 252 | 4 | 36 | 1 | 28 | 0 | 65 | 1 | 3 | 0 | 384 | 6 |
Referenzi
immodifika- ^ "Wes Brown, Manchester United" (bl-Ingliż). TheFA.com. 2006-02-01. Miġbur 2008-11-01.
- ^ Scott the Red (2007-09-22). "The Best Natural Defender In England" (bl-Ingliż). The Republik of Mancunia. Miġbur 2008-11-01.
- ^ "Brown snubs final contract offer" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-12-08. Miġbur 2008-11-01.
- ^ "Ferdinand signs new Man Utd deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-04-18. Miġbur 2008-11-01.
- ^ "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-05-24. Miġbur 2009-05-24.
- ^ "Manchester United's Wes Brown completes Sunderland move" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-07-07. Miġbur 2011-07-07.
- ^ "Defender Wes Brown ends England career" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-08-08. Miġbur 8 August 2010.
- ^ Endlar, Andrew. "Wes Brown" (bl-Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Miġbur 2009-05-24.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wes Brown (Wes Brown) |
- Wes Brown fuq Soccerbase