Telescopus fallax

(Rindirizzat minn Serp Teleskopu)

It-Telescopus fallax huwa serp Ewropew, magħruf ukoll bħala serp Teleskopu jew serp Soosan, inkella f'Malta anke sempliċiment bħala serp. It-Teleskopu huwa tip ta' serp kolubrid velenuż endemiku għar-reġjuni tal-Mediterran u tal-Kawkasu.

Telescopus fallax
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiReptilia
OrdniSquamata
FamiljaColubridae
ĠeneruTelescopus
speċi Telescopus fallax
, 1831

Firxa ġeografika

immodifika

Jinstab fl-Italja, il-Greċja (Paros, Antiparos, Tourlos, Kreta, Kalymnos, Samos, Milos, Korfù), l-Albanija, is- Slovenja kostali, il-Kroazja (inklużi xi gżejjer Adrijatiċi ), Ħerzegovina, Montenegro, Maċedonja ta’ Fuq, in-Nofsinhar tal-Bulgarija, it-Turkija, Malta, Ċipru, Iran, Iraq, Libanu, Sirja, Iżrael, in-Nofsinhar tar-Russja (reġjun tal-Kawkasu), Armenja, Ġeorġja, u Ażerbajġan.

Ekoloġija

immodifika
 
Ras ta' serp Teleskopu

Is-serp Teleskoppu huwa velenuż, iżda minħabba li l-velenu jinsab fin-naħa ta' wara tax-xedaq ta' fuq, rari jinjetta l-velenu tiegħu f'gdim difensiv, u għalhekk jitqies bħala theddida għall-bnedmin. Jiekol prinċipalment fuq wiżgħat u gremxul

Din l-ispeċi ta' sriep tinstab fil-kampanja, kif ukoll ħdejn il-baħar u boskijiet miftuħa.[1]

Aqra aktar

immodifika
  • Arnold EN, Burton JA. 1978. A Field Guide to the Reptiles and Amphibians of Britain and Europe. London: Collins. 272 pp. + Plates 1-40.

ISBN 0-00-219318-3. (Telescopus fallax, pp. 207–210 + Plate 38, Figures 4a, 4b + Map 120).

  • Fleischmann FL. 1831. Dalmatiae Nova Serpentum Genera. Erlangen, Germany: C. Heyder. 35 pp. (Tarbophis fallax, new species, p. 18).

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Telescopus fallax". IUCN Red List. 14 December 2008.