Gremxula ta' Malta
Il-gremxula ta' Malta (Podarcis filfolensis) hija speċi ta' gremxula fil-familja ta' Lacertidae. Tinstab fl-Italja (fil-Gżejjer Pelaġiċi) u fl-arċipelagu ta' Malta. L-abitat naturali tagħha huma l-veġetazzjoni Mediterranja bl-arbuxelli, iż-żoni bil-blat, ix-xtut tal-blat, ir-raba' li jinħadem, il-mergħat, u l-ġonna rurali.
Gremxula ta' Malta | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Klassi | Reptilia |
Ordni | Squamata |
Familja | Lacertidae |
Ġeneru | Podarcis |
speċi | Podarcis filfolensis Bedriaga, 1876
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
P. filfolensis in Malta
immodifikaFil-Gżejjer Maltin, hemm erba' sottospeċijiet tal-gremxula ta' Malta, li kollha huma endemiċi.
Podarcis filfolensis ssp. maltensis
immodifikaDin is-sottospeċi tinstab fuq it-tliet gżejjer prinċipali: Malta, Għawdex u Kemmuna. Normalment ikollha lewn ħadrani u xi kultant bit-tikek.[1]
Podarcis filfolensis ssp. filfolensis
immodifikaDin is-sottospeċi hija endemika għall-gżejra ta' Filfla. Hija l-ikbar mill-erba' sottospeċijiet u għandha lewn fl-iswed b'tikek blu.
Podarcis filfolensis ssp. kieselbachi
immodifikaDin is-sottospeċi kienet endemika għal Selmunett, magħrufa wkoll bħala l-Gżejjer ta' San Pawl. Il-lewn tagħha kien ivarja ferm, pereżempju kannella, griż, eċċ., b'żaqqha fl-oranġjo b'tikek suwed żgħar. Il-popolazzjoni saret estinta fl-2005.
Podarcis filfolensis ssp. generalensis
immodifikaDin is-sottospeċi hija endemika għall-Ġebla tal-Ġeneral (fil-kosta tal-Punent ta' Għawdex). Għandha żaqqha fl-aħmar u għandha lewn fil-blu fuq il-ġnub tagħha.[1]
Sottospeċijiet oħra
immodifikaHuwa maħsub li teżisti l-ħames sottospeċi fuq il-gżira ta' Kemmunett[1], filwaqt li sottospeċi oħra, Podarcis filfolensis ssp. laurentimulleri, tgħix fil-gżejjer Taljani ta' Linosa u Lampione.[2]
Karatteristiċi u mġiba
immodifikaGħad-differenza tal-gremxul maskili, li għandu lwien jgħajtu, il-gremxul żgħir u femminili għandu lewn kemxejn skur (fil-kannella). Il-gremxula ta' Malta s-soltu tiekol insetti żgħar bħal nemel jew termiti.[1]
Il-gremxul maskili għandu mġiba territorjali. Meta gremxul maskili ieħor jidħol fit-territorju tal-gremxula ta' Malta maskili, dan tal-aħħar jonfoħ 'il fuq u jgħolli rasu. Ikollu mġiba simili meta jipprova jattira l-gremxul femminili. L-istaġun tat-tgħammir huwa fir-rebbiegħa. Ftit wara l-gremxul femminili jbid bajda jew tnejn, u finalment il-bajd ifaqqas bejn Ġunju u nofs Awwissu.[1]