Qala (Għawdex)
Il-Qala hija unità amministrattiva Maltija fil-gżira ta' Għawdex. Il-popolazzjoni tar-raħal f'Settembru 2019 kienet tammonta għal 1,929 ruħ.[1] Fil-qrib hemm Ħondoq ir-Rummien, xatt tal-baħar bis-salini u bl-għerien.
Qala (Għawdex) | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Kodiċi postali |
QLA | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°02′07″N 14°18′37″E / 36.0353°N 14.3103°EKoordinati: 36°02′07″N 14°18′37″E / 36.0353°N 14.3103°E | ||
Superfiċjenti | 5.9 kilometru kwadru | ||
Għoli | 98 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 2,284 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Lanciano (en) | ||
qala.gov.mt |
L-isem tar-raħal "Qala" joriġina mill-Għarbi Sqalli u jfisser "port" jew "daħla".[2]
Deskrizzjoni
immodifikaIl-Qala tissemma għall-ewwel darba f'dokument tas-seklu 15 fil-Librerija tal-Vatikan. L-isem tar-raħal jirreferi għad-daħla ta' Ħondoq ir-Rummien. Huwa l-iżjed raħal fil-Lvant ta' Għawdex. L-iżvilupp tal-insedjament attwali beda fit-tieni nofs tas-seklu 17.
Għajr għal xi daħliet kennija oħra bħal Ħondoq ir-Rummien, ix-xatt tal-Qala huwa tal-blat jaqta' ħafna. Fost l-għerien tal-baħar tul il-kosta hemm Għar Minka, li huwa aċċessibbli bid-dgħajsa biss.[3]
Ir-raħal tal-Qala huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-belt kapitali ta' Għawdex, ir-Rabat, u huwa l-eqreb għall-bqija tal-arċipelagu Malti. L-istemma tar-raħal fiha dgħajsa Għawdxija tbaħħar f'baħar imqalleb. Il-knisja parrokkjali tar-raħal hija ddedikata lil San Ġużepp, il-patrun tar-raħal, u nbniet minn Dun Gużepp Diacono bejn l-1882 u l-1889. L-istil tagħha huwa Barokk bħal ħafna knejjes oħra tal-gżira. Ir-raħal tal-Qala sar parroċċa fit-3 ta' Frar 1872, u sal-1889 il-knisja parrokkjali kienet dik tal-Kunċizzjoni Immakulata tal-Madonna. L-ewwel ġebla tal-parroċċa ta' San Ġużepp tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904.
Fost is-siti ta' interess storiku fil-Qala u fl-inħawi hemm is-salini, mitħna ppreservata sew u xi fdalijiet preistoriċi. Wieħed jista' jsib eżempji ta' cart ruts, li huma trinek paralleli mħaffrin fil-blat, li jestendu għal iktar minn 180 metru (590 pied) u huma fost l-itwal f'Għawdex.
Gruppi u għaqdiet volontarji fil-Qala
immodifikaGrupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala
immodifikaIl-Grupp tal-Logħob tan-Nar tal-Qala, li ġie stabbilit fl-1956, huwa magħmul minn voluntiera li jtellgħu l-ispettaklu tal-logħob tan-nar fil-festa kull sena.
Għaqda Briju San Ġużepp
immodifikaL-Għaqda Briju San Ġużepp, li ġiet stabbilita f'Lulju 2007, torganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ is-sena kollha u taħdem l-iktar għall-ħabta tal-Festa ta' San Ġużepp biex torganizza l-briju tal-festa.
Qala St. Joseph F.C.
immodifikaIl-klabb tal-futbol Qala St. Joseph F.C. ġie stabbilit fl-1968 u kien imsemmi għall-patrun tar-raħal San Ġużepp qabel ma nbidel l-isem għal Qala Saints F.C. It-tim jilgħab fil-Lig tal-Futbol ta' Għawdex.
Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala
immodifikaIl-Grupp Folkloristiku tal-Menħir tal-Qala ilu jippromwovi l-kultura u l-folklor lokali mill-2003 u pparteċipa f'avvenimenti u f'attivitajiet lokali, nazzjonali u internazzjonali, inkluż fis-Slovenja, fl-Italja, fis-Serbja, fiċ-Ċekja u fil-Greċja, marbuta mal-kant, maż-żfin u mal-kostumi tradizzjonali.
Ite Ad Joseph
immodifikaIl-Banda Ite ad Joseph hija l-banda uffiċjali tar-raħal tal-Qala u waħda minn ħdax-il banda ta' Għawdex. Għandha madwar 35 membru regolari tal-banda u għadd simili ta' studenti tal-mużika li jdoqqu fiha. Il-banda ħarġet żewġ CDs, fl-2001 u fl-2004, u daqqet f'irħula Maltin oħra kif ukoll fl-Italja, fil-Greċja u fl-Iżvezja.
Avvenimenti
immodifikaFesta ta' San Ġużepp (il-patrun tal-Qala)
immodifikaIl-festa tal-Qala fl-ewwel Ħadd ta' Awwissu hija ddedikata lill-qaddis patrun tar-raħal, San Ġużepp. Il-knisja parrokkjali ġiet iddedikata wkoll lil San Ġużepp u ġiet iddisinjata minn Dun Gużepp Diacono u nbniet bejn l-1882 u l-1889. L-ewwel ġebla tpoġġiet fid-19 ta' Marzu 1882 u l-knisja ġiet ikkonsagrata fit-8 ta' Mejju 1904. Il-parroċċa saret arċipresbiterali fl-1965.
Ir-raħal tal-Qala ċċelebra l-ewwel festa tiegħu ta' San Ġużepp fis-27 ta' April 1890. Il-band tar-raħal, Ite ad Joseph, iddoqq fil-marċi u tagħmel kunċerti matul il-ġimgħa tal-festa.
Festival Folkloristiku Internazzjonali
immodifikaDan il-festival ta' erbat ijiem jiċċelebra l-mużika, il-kant u ż-żfin folkloristiċi tradizzjonali lokali u barranin. Isiru spettakli kemm minn gruppi folklorisitiċi u baned lokali kif ukoll barranin.
Toroq prinċipali tal-Qala
immodifika- Triq il-Belveder
- Triq il-Kunċizzjoni
- Triq il-Qala
- Triq it-28 ta' April 1688
- Triq iż-Żewwieqa
- Triq l-Imġarr
- Triq San Ġużepp
Toroq oħra fil-Qala
immodifika- Daħla il-Klin
- Daħla il-Wileġ
- Daħla Ta' Grunju
- Daħla Tal-Ħawli
- Daħla Tal-Knisja
- Daħla Wied Biljun
- Pjazza l-Isqof Mikiel Buttigieg
- Pjazza Repubblika
- Pjazza San Ġużepp
- Pjazza San Kerrew
- Sqaq Ta' Ħatar
- Sqaq Tal-Ħalq
- Triq Andar ix-Xagħari
- Triq Federico Barocci
- Triq Ħondoq ir-Rummien
- Triq il-Biċċier
- Triq il-Forn
- Triq il-Fortin Sant' Anton
- Triq il-Fugass
- Triq il-Kalati Puniċi
- Triq il-Kappar
- Triq il-Klin
- Triq il-Mitħna
- Triq il-Papa Piju IX
- Triq il-Papa Piju XII
- Triq il-Wardija
- Triq il-Wileġ
- Triq in-Nadur
- Triq ir-Rebħa
- Triq it-Telgħa
- Triq it-Tempju
- Triq l-Indipendenza
- Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg
- Triq Lord Strickland
- Triq Patri Ġużepp Portelli
- Triq San Franġisk
- Triq Santa Marija tal-Qala
- Triq Ta' Cini
- Triq Ta' Gafan
- Triq Ta' Semper
- Triq Taċ-Ċawl
- Triq Tal-Maqjel
- Triq Tal-Qasam
- Triq Tas-Salib
- Triq Tas-Surġent
- Triq Tax-Xulliel
- Triq Taż-Żrieraq
- Triq Wied Biljun
- Triq Wied Simar
Toroq f'Ta' Kassja
immodifika- Triq Anton Buttigieg
- Triq Ġanni Vella
- Triq il-Barbaġann
- Triq il-Beata Adeodata Pisani
- Triq il-Virgi
- Triq in-Nigret
- Triq it-30 ta' Ottubru 1948
- Triq l-Isqof Baldassare Cagliares
- Triq Salvu Attard
- Triq Ta' Kassja
Ġemellaġġ
immodifikaIl-Qala hija ġemellata ma':[4]
Referenzi
immodifika- ^ "The Malta Government Gazette. Government of Malta" (PDF).
- ^ "Leħen il-Malti. p. 88" (PDF).
- ^ "Ghar Minka (Minka Ghar) Map, Weather and Photos - Malta: cave(s) - Lat:36.0264 and Long:14.3072". www.getamap.net. Miġbur 2022-08-22.
- ^ "Twinning". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-21. Miġbur 2022-08-22.