Manchester United FC

Ingliż klabb tal-futbol
(Rindirizzat minn Machester United)

Manchester United Football Club huwa klabb tal-futbol professjonali Ingliż ibbażat ġewwa Old Trafford, Greater Manchester. Il-klabb ifforma ruħu taħt l-isem ta' Newton Heath fl-1878, ingħaqad fil-Football League fl-1892, sakemm biddel ismu għal Manchester United fl-1902. Hu hu wkoll wieħed mill-membri fundaturi tal-Premier League fl-1992.

Manchester United FC
Isem sħiħ Manchester United Football Club
Ismijiet oħra The Red Devils
Setan Merah
Fundazzjoni 1878
Grawnd Old Trafford (en) Translate
Proprjetarju Manchester United Limited (en) Translate
President Joel Glazer (en) Translate
Avram Glazer (en) Translate
Frederick Attock (en) Translate
Kowċ Rúben Amorim (mul) Translate
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Manchester United huma r-rebbieħa tal-iktar numru ta' trofej fost il-klabbs Ingliżi, b'20 kampjonat, 12-il FA Cup, ħames League Cups u rekord ta' 21 FA Community Shields. Manchester United rebħu wkoll tliet UEFA Champions Leagues, UEFA Europa League waħda, Tazza tat-Tazzi Ewropej waħda, Super Cup Ewropea waħda, Tazza Interkontinentali u t-Tazza tad-Dinja għal-Klabbs. Fl-1998–99, il-klabb sar l-ewwel wieħed fl-istorja tal-futbol Ingliż li għamlu t-treble li tikkonsisti mill-Premier League, l-FA Cup u l-UEFA Champions League. Bir-rebħ tal-UEFA Europa League fl-istaġun 2016–17, huma saru fost ħames klabbs li rebħu t-tliet kompetizzjonijiet għall-klabbs prinċipali tal-UEFA.

Manchester United huwa wieħed mill-iktar klabbs segwiti u sinjuri fid-dinja, b'valur stmat ta' £2.86 biljun.[1] F'Mejju tal-2005 il-klabb inxtara minn Malcolm Glazer għas-somma ta' madwar £800 miljun.[2]

Snin tal-bidu (1878–1945)

immodifika
 
It-tim ta' Manchester United fil-bidu tal-istaġun 1905–06 fejn spiċċaw fit-tieni post tat-Tieni Diviżjoni u ġew promossi

Manchester United ġie ffurmat fl-1878 bħala Newton Heath LYR Football Club minn grupp ta' ħaddiema fil-Lancashire and Yorkshire Railway fi Newton Heath.[3] Għall-bidu t-tim kien jilgħab logħbiet kontra dipartimenti oħra u kumpaniji ferrovjarji, imma fl-20 ta' Novembru 1880, huma ħadu sehem fl-ewwel logħba magħrufa; lebsin bil-kuluri tal-kumpanija – strixxi ħodor u kulur id-deheb – huma sofrew telfa ta' 6–0 kontra t-tim tar-riservi ta' Bolton Wanderers.[4] Sal-1888 il-klabb sar membru fundatur ta' The Combination, kampjonat reġjonali tal-futbol. Wara li dan il-kampjonat ġie xolt wara biss staġun, Newton Heath ingħaqdu mal-Football Alliance, li kellha sservi għal tliet staġuni qabel ma ġiet magħquda mal-Football League. Dan wassal lill-klabb sabiex jibda l-istaġun 1892–93 fil-First Division; sadanittant it-tim sar indipendenti mill-kumpanija u neħħew "LYR" mill-isem.[3] Wara żewġ staġuni, il-klabb ġie relegat għas-Second Division.[3]

F'Jannar 1902, b'dejn ta' £2,670 – ekwivalenti għal £250,000 tal-2013[a] – il-klabb intefa' f'likwidazzjoni.[5] Il-kaptan Harry Stafford sab erba' negozjanti tal-post, fosthom John Henry Davies (li aktar tard serva bħala president tal-kalbb), li kienu lesti li jinvestu £500 u jingħataw lura parteċipazzjoni fil-ġestjoni tal-klabb. Nhar l-24 ta' April 1902, twieled uffiċjalment l-isem il-ġdid Manchester United.[6][b] Taħt Ernest Mangnall, li ħa f'idejh it-tim fl-1903, it-tim spiċċa fit-tieni post tas-Second Division fl-1906 u assigura l-promozzjoni għall-First Division, li kellhom jirbħu fl-1908 – l-ewwel titlu tal-kampjonat tal-klabb. L-istaġun ta' wara beda bir-rebħ tal-ewwel Charity Shield[7] u spiċċa bl-ewwel titlu tal-FA Cup. Manchester United rbeħu l-First Division għat-tieni darba fl-1911, però fit-tmiem tal-istaġun ta' wara, Mangnall ħalla 'l-klabb sabiex jingħaqad ma' Manchester City.[8]

Fl-1922, tliet snin wara li reġa' beda l-futbol wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-klabb ġiet relegat għas-Second Division, fejn baqa' hemmhekk sal-promozzjoni tal-1925. Għal darb'oħra relegat fl-1931, Manchester United sar tim inkosistenti, fejn laħaq l-agħar pożizzjoni tiegħu bl-20 post fis-Second Division fl-1934. Wara l-mewt tal-benefattur prinċipali tal-klabb, J. H. Davies, f'Ottubru tal-1927, il-finanzi tal-klabb marru għall-agħar tant li Manchester United kienu fiċ-ċans li jispiċċaw falluti li ma kienx għal James W. Gibson, li f'Diċembru tal-1931 investa £2,000 u assuma l-kontroll tal-klabb.[9] Fl-istaġun 1938–39, l-aħħar sena ta' futbol qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, il-klabb spiċċa fl-erbatax-il post fil-First Division.[9]

Is-snin ta' Busby (1945–1969)

immodifika
 
Il-Busby Babes fid-Danimarka fl-1955

F'Ottubru tal-1945, mat-tkomplija tal-futbol wara l-gwerra wassal għall-ħatra ta' Matt Busby bħala l-kowċ il-ġdid. Hu talab li jkollu kontroll sħiħ fuq l-għażla tat-tim, it-trasferimenti ta' plejers u s-sessjonijiet ta' taħriġ.[10] Busby wassal lit-tim għat-tieni post fl-1947, l-1948 u l-1949, u għar-rebħ tal-FA Cup fl-1948. Fl-1952, il-klabb rebaħ il-First Division, l-ewwel titlu tal-kampjonat għal 41 sena.[11] B'età medja ta' 22 sena, l-istampa laqqmet lil dan it-tim rebbieħ ta' żewġ kampjonati infila fl-1956 bħala l-"Busby Babes", xhieda tal-importanza li Busby kien jagħti lill-plejers iż-żgħar.[12] Fl-1957, Manchester United saru l-ewwel tim Ingliż li ħa sehem fit-Tazza taċ-Ċampjins, minkejja oġġezzjonijiet min-naħa tal-Football League, li kienu ċaħdu lil Chelsea mill-istess opportunità s-sena ta' qabel.[13] Fit-triq lejn is-semifinali, li huma tilfu kontra Real Madrid, it-tim irreġistra rebħa ta' 10–0 fuq iċ-ċampjins Belġjani ta' Anderlecht, li tibqa' sal-lum il-ġurnata bħala l-ikbar rebħa tal-klabb fl-Ewropa.[14]

 
Plakka f'Old Trafford bħala unur għall-plejers li mietu fid-diżastru tal-ajru ta' Munich

L-istaġun ta' wara, fit-triq lura mir-rebħa fil-kwarti tal-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins kontra Red Star Belgrade, l-ajruplan li kien qiegħed iġorr il-plejers u l-uffiċċjali ta' Manchester United, u l-ġurnalisti kkraxxja meta kien se jitlaq wara waqfa fi Munich, il-Ġermanja. Id-diżastru tal-ajru ta' Munich tas-6 ta' Frar 1958 ħa l-ħajja ta' 23 persuna, fosthom tmien plejers - Geoff Bent, Roger Byrne, Eddie Colman, Duncan Edwards, Mark Jones, David Pegg, Tommy Taylor u Liam "Billy" Whelan - filwaqt li weġġgħu bosta oħrajn.[15][16]

Il-kowċ tat-tim tar-riservi Jimmy Murphy ħa post Busby waqt li dan kien qiegħed jirkupra u t-tim b'diversi uċuħ ġodda rnexxielu jagħmilha sal-finali tal-FA Cup, li tilfu kontra Bolton Wanderers. B'solidarjetà għat-traġedja, il-UEFA stiednet li jikkompetu fit-Tazza taċ-Ċampjins 1958–59 flimkien mar-rebbieħa tal-kampjonat Wolverhampton Wanderers. Minkejja li ġiet approvata mill-FA, il-Football League stabilixxiet li ma kellhomx jieħdu sehem minħabba li ma kienux ikkwalifikaw.[17][18] Busby reġa' bena t-tim matul is-sittinijiet billi ffirma plejers bħal Denis Law u Pat Crerand li flimkien mal-ġenerazzjoni l-ġdid ta' żgħażagħ – fosthom George Best – rebħu l-FA Cup tal-1963. L-istaġun ta' wara huma spiċċaw it-tieni fil-kampjonat, sakemm rebħuh fl-1965 u għal darb'oħra fl-1967. Fl-1968, Manchester United saru l-ewwel klabb Ingliż (u t-tieni wieħed Brittaniku) li jirbħu t-Tazza taċ-Ċampjins meta għelbu lil Benfica 4–1 fil-finali,[19] b'tim li kien jinkludi tliet Futbolers Ewropej tas-Sena: Bobby Charlton, Denis Law u George Best.[20] Matt Busby irriżenja bħala kowċ fl-1969 u postu ħadu l-kowċ tar-riservi, l-eks-plejer ta' United Wilf McGuinness.[21]

1969–1986

immodifika
 
Bryan Robson libes il-faxxa ta' kaptan ta' Manchester United għal 12-il sena, iktar minn kwalunke plejer ieħor.[22]

Wara li spiċċaw fit-tieni post fl-istaġun 1969–70 u għamlu bidu fqir għall-istaġun ta' wara, Busby ġie persważ sabiex jerġa' jieħu post, filwaqt li McGuinness irritorna bħala kowċ tat-tim tar-riservi. F'Ġunju tal-1971, Frank O'Farrell inħatar bħala kowċ ġdid, imma dam biss 18-il xahar qabel ma ġie sostitwit minn Tommy Docherty f'Diċembru tal-1972.[23] Docherty salva lil Manchester United mir-relegazzjoni dak l-istaġun, għalkemm kellhom isofru din l-isfortuna xorta waħda fl-1974; sa dak iż-żmien it-triju ta' Best, Law, u Charlton kien ħalla 'l-klabb.[19] Mal-ewwel tentattiv it-tim rebaħ il-promozzjoni u wasal sal-finali tal-FA Cup fl-1976, imma tilfuha għad-danni ta' Southampton. Huma reġgħu għamluha sal-finali fl-1977 fejn għelbu lil Liverpool 2–1. Docherty tkeċċa ftit wara, wara li kien ġie żvelat li kellu relazzjoni mal-mara tal-fiżjoterapista tal-klabb.[21][24]

Daxe Sexton ħa post Docherty fis-sajf tal-1977. Minkejja n-numru ta' plejers ġodda ta' kalibru, bħal Joe Jordan, Gordon McQueen, Gary Bailey, u Ray Wilkins, it-tim naqas milli jimpressjona; huma spiċċaw fit-tieni post fl-istaġun 1979–80 u tilfu l-finali tal-FA Cup 1979 kontra l-Arsenal. Sexton tkeċċa fl-1981, anke jekk it-tim rebaħ l-aħħar seba' logħbiet taħt il-gwida tiegħu.[25] Minflok Sexton inġab Ron Atkinson, li immedjatament kiser ir-rekord Brittaniku għal trasferiment ta' plejer bl-akkwist ta' Bryan Robson minn West Bromwich Albion. Taħt Atkinson, Manchester United rebħu l-FA Cup darbtejn fi tliet snin – fl-1983 u fl-1985. Fl-istaġun 1985–86, wara 13-il rebħa u żewġ dros fl-ewwel 15-il logħba, il-klabb kien favorit li jirbaħ il-kampjonat, però spiċċa fir-raba' post. L-istaġun ta' wara, bil-klabb f'periklu li jispiċċa relegat minn Novembru, Atkinson tkeċċa.[26]

L-era ta' Ferguson (1986–2013)

immodifika
 
Alex Ferguson kien fit-tmun tat-tim bejn l-1986 u l-2013.

Alex Ferguson u l-assistent tiegħu Archie Knox waslu minn Aberdeen dakinhar tat-tkeċċija ta' Atkinson, u wasslu lill-klabb għall-ħdax-il post finali fil-kampjonat. Minkejja li spiċċaw it-tieni fl-1987–88, il-klabb reġa' spiċċa fil-ħdax-il post fl-istaġun ta' wara. B'għajdut kontinwu li kien se jitneħħa, rebħa fuq Crystal Palace f'replay tal-finali tal-FA Cup 1990 (wara dro ta' 3–3) salvat il-karriera ta' Ferguson.[27][28] Fl-istaġun sussegwenti, Manchester United kisbu l-ewwel titlu tat-Tazza tat-Tazez Ewropej u kkompetew fis-Super Cup Ewropea 1991 fejn għelbu lil Red Star Belgrade 1–0 fil-finali li ntlagħbet ġewwa Old Trafford. Għat-tieni sena konsekuttiva t-tim wasal sal-finali tal-League Cup fl-1992, fejn ġewwa Wembley rebħu 1–0 lil Nottingham Forest.[26] Fl-1993, il-klabb rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu mill-1967, u sena wara, għall-ewwel darba mill-1957, rebaħ it-tieni titlu konsekuttiv – flimkien mal-FA Cup – sabiex ikkompleta l-ewwel "Doppjetta" fl-istorja tal-klabb.[26]

 
Ryan Giggs huwa l-aktar plejer rebbieħ fl-istorja tal-futbol Ingliż.[29]

Fl-istaġun 1998–99, Manchester United saru l-ewwel tim li rebaħ il-Premier League, l-FA Cup u l-UEFA Champions League – "It-Tripletta" – fl-istess staġun.[30] Minn taħt 1–0 fil-finali tal-UEFA Champions League 1999, Teddy Sheringham u Ole Gunnar Solskjær skorjaw żewġ gowls fil-ħin miżjud sabiex taw rebħa drammatika kontra Bayern Munich, f'dik li hi meqjusa bħala waħda mill-aqwa rimonti fl-istorja.[31] Il-klabb rebaħ ukoll it-Tazza Interkontinentali b'rebħa ta' 1–0 fuq Palmeiras f'Tokjo.[32] Ferguson ġie nominat kavallier għas-servizzi tiegħu lil-logħba.[33]

Manchester United reġgħu rebħu l-kampjonat fl-istaġun 1999–2000 u 2000–01. Wara li spiċċaw it-tieni fl-2001–02, huma kisbu lura t-titlu tal-kampjonat fl-2002–03. Huma rebħu l-FA Cup 2003–04 meta għelbu lil Millwall 3–0 fil-finali li ntlagħbet fil-Millenium Stadium, f'Cardiff.[34] Aktar titli tal-kampjonat segwew fl-istaġuni 2006–07 u 2007–08, u rnexxielu jagħmlu d-doppjetta Ewropea meta għelbu lil Chelsea 6–5 wara l-għoti tal-penalties fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 fil-Luzhniki Stadium, ġewwa Moska. F'dik l-istess logħba, Ryan Giggs kiser ir-rekord ta' dehriet bil-flokk tal-klabb li kien preċedentament miżmum minn Bobby Charlton, bis-759 logħba tiegħu.[35] F'Diċembru tal-2008, il-klabb rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2008, u segwewha bil-Football League Cup 2008–09 u t-tielet titlu tal-Premier League.[36][37] Dak is-sajf, Cristiano Ronaldo ġie mibjugħ lil Real Madrid għas-somma rekord ta' £80 miljun.[38] Fl-2010, Manchester United għelbu lil Aston Villa 2–1 ġewwa Wembley sabiex irnexxielhom iżommu l-League Cup, l-ewwel darba li żammew titlu ta' kompetizzjoni eliminatorja.[39]

Wara li spiċċaw fit-tieni post wara Chelsea fl-istaġun 2009–10, United ugwaljaw ir-rekord ta' 19-il titlu tal-kampjonat fl-istaġun 2010–11 bi dro ta' 1–1 barra minn darhom kontra Blackburn Rovers fl-14 ta' Mejju 2011.[40] Huma kisru r-rekord ta' kampjonati, bir-rebħ tal-20 titlu fl-2012–13.[41]

2013–preżent

immodifika

Fit-8 ta' Mejju 2013, Ferguson ħabbar li kien se jirtira minn kowċ fi tmiem tal-istaġun, imma se jibqa' mal-klabb bħala direttur u ambaxxatur. Il-klabb ħabbar fil-ġurnata ta' wara li l-eks-kowċ ta' Everton, David Moyes, kien se jieħu post Ferguson mill-1 ta' Lulju, wara l-iffirmar ta' kuntratt ta' sitt snin.[42][43]

Emblema u kuluri tal-klabb

immodifika
 
L-emblema wżata bejn l-1973 u l-1998

L-emblema tal-klabb ġejja mill-istemma tal-Manchester City Council (kunsill komunali), għalkemm dak li għad baqa' fuq l-emblema attwali huwa l-ġifen.[44] Ix-xitan ġej mil-laqam tal-klabb "The Red Devils"; dan kien jiġi inkluż fil-programmi u x-xalel tal-klabb fis-sittinijiet, u ġie mdaħħal fl-emblema fl-1970, għalkemm l-emblema ma tpoġġietx fuq il-flokk sal-1971 (sakemm it-tim ma kienx se jilgħab finali ta' tazza).[44]

Ritratt tat-tim ta' Newton Heath meħud fl-1892 jidher juri l-plejers lebsin flokkijiet maqsumin fi kwarti bil-kuluri ħomor u bojod, u xortsijiet blu.[45] Bejn l-1894 u l-1896, il-plejers kienu jilgħabu bi flokkijiet kulur aħdar u deheb[45] li mbiddlu fl-1896 bi flokkijiet bojod, li kienu jintlibsu b'xortsijiet blu.[45] Wara l-bidla fl-isem fl-1902, il-kuluri tal-klabb inbiddlu għal flokk aħmar, xorts abjad u kalzetti suwed, li saret l-uniformi standard ta' Manchester United.[45] Ftit li xejn saru bidliet fuq l-ilbies sal-1922 meta l-klabb adotta flokkijiet bojod b'"V" fonda madwar l-għonq, simili għall-flokk milbus fil-finali tal-FA Cup 1909. Dawn baqgħu parti mill-ilbies għal-logħob ġewwa darhom sal-1927.[45] Fl-1934 libsu flokkijiet bi strixxi bojod u kulur iċ-ċirasa, però fl-istaġun ta' wara reġa' rritorna l-flokk l-aħmar wara l-agħar pożizzjoni fil-kampjonat tal-20 post fis-Second Division.[45] Il-kalzetti suwed ġew mibdula għal dawk bojod mill-1959 sal-1965, fejn kienu mibdula b'kalzetti ħomor sal-1971, meta l-klabb qaleb għal uħud suwed. L-uniformi attwali ġewwa darhom hija flokk aħmar b'kullar iswed, flimkien ma' xorts abjad u kalzetti suwed.

L-ilbies għal-logħbiet barra minn darhom ħafna drabi kien jikkonsisti minn flokk abjad, xorts iswed u kalzetti bojod, imma kien hemm diversi eċċezzjonijiet. Dawn jinkludi flokk kollu iswed bi sfumaturi blu u kulur id-deheb bejn l-1993 u l-1995, il-flokk blu navy bi strixxi żgħar kulur il-fidda milbus fl-istaġun 1999–2000,[46] u l-flokk tal-2011–12 li kien flokk bi strixxi ħoxnin blu u blu skur, b'xorts iswed u kalzetti blu.[47] Uniformi kollha griża ġiet milbusa għall-istaġun 1995–96, però tneħħiet wara ħames logħbiet wara li l-plejers stqarrew li kellhom problema jsibu lil sħabhom.[48] Fl-2001, sabiex jiġi ċċelebrat l-100 sena bħala "Manchester United", inħarġet uniformi riversibbli bajda u kulur id-deheb.[49]

Evoluzzjonijiet tal-ilbies

immodifika
     
 
 
1879–88
     
 
 
1888–93
     
 
 
1893–94
     
 
 
1894–96
     
 
 
1896–1902
     
 
 
1902–preżent
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Old Trafford.
 
Old Trafford

Meta l-klabb ta' Newton Heath kien fundat, it-tim lagħab il-partiti interni tiegħu f'kamp ta' North Road f'Newton Heath. Però, it-timijiet viżitaturi gergru frekwentament fuq l-istat tal-grawnd. Barra minn hekk, il-kmamar fejn kienu jbidlu ma tantx kienu wkoll ta' min jiftaħar bihom, fejn kienu jinsabu għaxar minuti 'l bogħod fil-pub Three Crowns f'Oldham Road.

Il-klabb baqa' fil-grawnd North Road għal ħmistax-il sena mill-1878 u l-1893, sena wara li daħlu fil-Football League, qabel ma marru għall-istadju l-ġdid f'Bank Street qrib Clayton. Fl-1902, il-klabb marru qrib il-falliment u l-grawnd ta' Bank Street kien magħluq minħabba fl-insolvenzà tiegħu. Il-klabb kien salvat fl-aħħar minuta mill-kaptan Harry Stafford, li rnexxielu jiġbor flus biżżejjed biex iħallas lill-partita tal-klabb barra minn darhom kontra Bristol City u sab grawnd temporanju qrib Harpurhey għal partita interna ta' wara kontra Blackpool.[50]

Sitt ġimgħat qabel l-ewwel titlu tal-FA Cup għal United f'April 1909, Old Trafford kien imsejjaħ bħala d-dar ta' Manchester United, wara li xtraw l-art għal madwar £60,000. L-arkitett Archibald Leitch kien mikri mill-president ta' United John Henry Davies, u ngħata baġitt ta' £30,000 għall-kostruzzjoni. Pjanijiet oriġinali indikaw li l-istadju kellu jkollu kapaċità ta' madwar 100,000, imma dan ġie mnaqqas għal 77,000. Minkejja dan, attendenza rekord ta' 76,962 kienet rikordjata, li hi aktar milli l-istadju kurrenti jżomm fih. Il-partita inawgurali ntlagħbte fid-19 ta' Frar 1910 kontra Liverpool, u rriżultat f'rebħa ta' 4–3 għall-viżitaturi

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fil-11 ta' Marzu 1941, bumbardament qered parti kbira tal-istadju. Sakemm ir-rikostruzzjoni kienet qed issir fl-1949, Manchester United lagħbu l-logħob tagħhom f'Maine Road, l-istadju ta' Manchester City.

Hu stmat li se jkun żvilupp ieħor fl-istadju, speċjalment fis-South Stand, fejn hu mistenni li dan ikollu spiża ta' madwar £114 miljun. Il-kapaċità proġettata tal-istadju kompluta hi stmata li se tkun madwar 96,000, aktar mill-Wembley Stadium il-ġdid.[51]

Dati Isem Noti
1878–1892 Mhux magħruf
1892–1900   A. H. Albut
1900–1903   James West
1903–1912   Ernest Mangnall
1912–1914   John Bentley
1914–1922   Jack Robson
1922–1926   John Chapman L-ewwel kowċ minn barra l-Ingilterra
1926–1927   Lal Hilditch
1927–1931   Herbert Bamlett
1931–1932   Walter Crickmer
1932–1937   Scott Duncan
1937–1945   Walter Crickmer
1945–1969   Matt Busby
1969–1970   Wilf McGuinness
1970–1971   Matt Busby
1971–1972   Frank O'Farrell L-ewwel kowċ minn barra r-Renju Unit
1972–1977   Tommy Docherty
1977–1981   Dave Sexton
1981–1986   Ron Atkinson
1986–2013   Alex Ferguson Rebbieħ tal-iktar unuri u l-iktar kowċ li ta servizz lil Manchester United
2013–2014   David Moyes
2014   Ryan Giggs Plejer-kowċ temporanju
2014–2016   Louis van Gaal
2016–   José Mourinho

Rivalità

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Rivalità bejn Liverpool FC u Manchester United FC, Id-derby ta' Manchester u Rivalità bejn Leeds United FC u Manchester United FC.

L-ikbar rivalità ta' Manchester United diffiċli tiġi definita. Tradizzjonalment, l-ikbar rivali kienu Liverpool, Manchester City u Leeds United,[52] għalkemm Arsenal ġabu rivalità kbira f'dawn l-aħħar snin.[53] Preżentament, il-partitarji jaraw lil Liverpool bħala l-ikbar rivali, minħabba s-suċċessi li dawn iż-żewġ timijiet kisbu fl-istorja tagħhom,[54] waqt li ħafna jsostnu li l-ikbar rivalità tinsab bejn il-klabb tal-istess belt, Manchester City. Ir-rivalità bejn Unitd u Liverpool bdiet lejn is-sittinijiet meta ż-żewġ klabbs kienu fost l-aqwa fl-Ingilterra, u kienu jikkompetu ma' xulxin kull sena. Ma' Manchester City, ir-rivalità tmur lura lejn l-era ta' Newton Heath, lejn l-1890, u baqgħet b'saħħitha hekk kif iż-żewġ timijiet kienu dejjem fl-istess diviżjoni għal ħafna mis-snin.

Ir-rivalità ma' Leeds United bdiet lejn is-sittinijiet meta Leeds ħarġu bħala tim qawwi, u kompliet ir-rivalità lejn is-sebgħinijiet u t-tmenijiet fejn Leeds kien irnexxielhom jisirqu t-titlu lil United fl-1992. Ma' Arsenal, ir-rivalità bdiet aktar fl-aħħar snin fejn iż-żewġ timijiet qed ikunu f'kompetizzjoni diretta għal rebħ ta' diversi trofej.

 
It-trofej tat-Tripletta ta' United fl-1999, mix-xellug: Premier League, Champions League u FA Cup

Kompetizzjonijiet domestiċi

immodifika
L-Ewwel Diviżjoni: 7
1907–08, 1910–11, 1951–52, 1955–56, 1956–57, 1964–65, 1966–67
Premier League: 13
1992–93, 1993–94, 1995–96, 1996–97, 1998–99, 1999–2000, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08, 2008–09, 2010–11, 2012–13
1935–36, 1974–75
1908–09, 1947–48, 1962–63, 1976–77, 1982–83, 1984–85, 1989–90, 1993–94, 1995–96, 1998–99, 2003–04, 2015–16
1991–92, 2005–06, 2008–09, 2009–10, 2016–17
1908, 1911, 1952, 1956, 1957, 1965*, 1967*, 1977*, 1983, 1990*, 1993, 1994, 1996, 1997, 2003, 2007, 2008, 2010, 2013, 2016 (* maqsumin)

Kompetizzjonijiet internazzjonali

immodifika
1967–68, 1998–99, 2007–08
1990–91
2016–17
1991
1999
2008
  1. ^ Skont ir-rati ta' inflazzjoni disponibbli fuq What Were the British Earnings and Prices Then? (New Series)
  2. ^ Is-sorsi huma maqsuma fuq id-data eżatta tal-laqgħa u d-deċiżjoni sussegwenti li jinbidel l-isem. Filwaqt li sorsi uffiċjali tal-klabb jisħqu li dan seħħ fis-26 ta' April, il-laqgħa ġiet rappurtata mill-Manchester Evening Chronicle fl-edizzjoni tagħha tal-25 ta' April, fejn issuġġeriet li din seħħet fl-24 ta' April.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The Business Of Soccer" (bl-Ingliż). Forbes. Miġbur 2019-08-16.
  2. ^ "Glazer gets 98% of Man Utd shares" (bl-Ingliż). BBC News. 2005-06-23. Miġbur 2010-06-24.
  3. ^ a b ċ Barnes et al. (2001), pġ. 8
  4. ^ James (2008), pġ. 66.
  5. ^ Tyrrell & Meek (1996), pġ. 99.
  6. ^ James (2008), pġ. 92.
  7. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 118.
  8. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 11.
  9. ^ a b Barnes et al. (2001), pġ. 12.
  10. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 13.
  11. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 10.
  12. ^ Murphy (2006), pġ. 71.
  13. ^ Glanville, Brian (2005-04-27). "The great Chelsea surrender" (bl-Ingliż). The Times. Miġbur 2010-06-24.
  14. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 14–15.
  15. ^ "1958: United players killed in air disaster" (bl-Ingliż). BBC News. Miġbur 2007-08-12.
  16. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 16–17.
  17. ^ Jim White (2008), pġ. 136.
  18. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 17.
  19. ^ a b Barnes et al. (2001), pġ. 18–19.
  20. ^ Moore, Rob; Stokkermans, Karel (2009-12-11). "European Footballer of the Year ("Ballon d'Or")" (bl-Ingliż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2010-06-24.
  21. ^ a b Barnes et al. (2001), pġ. 19.
  22. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 110.
  23. ^ Murphy (2006), pġ. 134.
  24. ^ "1977: Manchester United sack manager" (bl-Ingliż). BBC News. 1977-07-04. Miġbur 2010-04-02.
  25. ^ Barnes et al. (2001), pġ. 20.
  26. ^ a b ċ Barnes et al. (2001), pġ. 20–21.
  27. ^ "Arise Sir Alex?" (bl-Ingliż). BBC News. 1999-05-27. Miġbur 2010-04-02.
  28. ^ Bevan, Chris (2006-11-04). "How Robins saved Ferguson's job" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-04-02.
  29. ^ "Ryan Giggs wins 2009 BBC Sports Personality award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-12-13. Miġbur 2010-06-11.
  30. ^ "United crowned kings of Europe" (bl-Ingliż). BBC Sport. 1999-05-26. Miġbur 2010-06-22.
  31. ^ Nick Hoult (2007-08-28). "Ole Gunnar Solskjaer leaves golden memories" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Miġbur 2011-07-23.
  32. ^ Magnani, Loris; Stokkermans, Karel (2005-04-30). "Intercontinental Club Cup" (bl-Ingliż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Miġbur 2010-06-24.
  33. ^ Rob Hughes (2004-03-08). "Ferguson and Magnier: a truce in the internal warfare at United" (bl-Ingliż). The New York Times. Miġbur 2010-06-24.
  34. ^ "Man Utd win FA Cup" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-05-22. Miġbur 2010-07-09.
  35. ^ Shuttleworth, Peter (2008-05-21). "Spot-on Giggs overtakes Charlton" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-07-09.
  36. ^ Phil McNulty (2009-03-01). "Man Utd 0–0 Tottenham (aet)" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-03-01.
  37. ^ McNulty, Phil (2009-05-16). "Man Utd 0–0 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-05-16.
  38. ^ Ogden, Mark (2009-06-12). "Cristiano Ronaldo transfer: World-record deal shows football is booming, says Sepp Blatter" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Miġbur 2011-01-09.
  39. ^ "Rooney the hero as United overcome Villa" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-02-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2010-04-02.
  40. ^ Simon Stone (2011-05-14). "Manchester United clinch record 19th english title" (bl-Ingliż). The Independent. Miġbur 2011-05-14.
  41. ^ "How Manchester United won the 2012–13 Barclays Premeir League" (bl-Ingliż). Premier League. 2013-04-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-04-25. Miġbur 2013-04-22.
  42. ^ "David Moyes: Manchester United appoint Everton boss" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-05-09. Miġbur 2013-05-09.
  43. ^ "Manchester United confirm appointment of David Moyes on a six-year contract" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2013-05-09. Miġbur 2013-05-09.
  44. ^ a b Barnes et al. (2001), pġ. 49.
  45. ^ a b ċ d e f Barnes et al. (2001), pġ. 48.
  46. ^ Devlin (2005), pġ. 157.
  47. ^ "Reds unveil new away kit" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2011-07-15. Miġbur 2011-07-16.
  48. ^ "13.04.96 Manchester United's grey day at The Dell" (bl-Ingliż). The Independent. 2006-04-15. Miġbur 2012-01-21.
  49. ^ Devlin (2005), pġ. 158.
  50. ^ Murphy, Alex (2006). "1878-1915: From Newton Heath to Old Trafford". The Official Illustrated History of Manchester United (bl-Ingliż). Londra: Orion Books. p. 15. ISBN 0-7528-7603-1.
  51. ^ "Old Trafford 1909-2006". ManUtdZone.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-07-08.
  52. ^ "Bitter rivals do battle" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. Miġbur 2008-05-06.
  53. ^ "United's rivalries" (bl-Ingliż). Manchester Evening News. Miġbur 2007-12-23.
  54. ^ "Liverpool v Manchester United preview" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2007-12-23.

Ħoloq esterni

immodifika