Harry Stafford
Harry Stafford (Crewe, 1869 – mhux magħruf) kien futboler Ingliż. Imwieled fi Crewe, Stafford ingħaqad ma' Newton Heath minn Crewe Alexandra fl-1896. Skont il-leġġend, waqt li kien kaptan ta' Newton Heath, kien il-kelb li mar fuq il-birrar John Henry Davies. Davies għoġbu l-kelb u beda jkellem lil Stafford. Stafford qal lil Davies dwar il-klabb li kien jilgħab għalih u l-problemi finanzjarji li kien qiegħed jaffaċċja. Davies iddeċieda li jixtri t-tim u jneħħi d-dejn kompletament; huwa biddel ukoll l-isem tal-klabb għal Manchester United u l-kuluri għal aħmar u abjad.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Harry Stafford | ||
Twelid | 1869 Crewe | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Mewt | mhux magħruf | ||
Rwol | Difensur | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1892–1896 | Crewe Alexandra | 88 | (3) |
1896–1903 | Manchester United | 183 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. |
Huwa kien iservi ta' kaptan ta' Newton Heath fl-1896, rwol li baqa' jżomm meta l-klabb inbidillu ismu għal Manchester United fl-1902. Fl-1903 huwa rtira mill-futbol, fejn sussegwentament fetaħ lukanda f'Wrexham, Wales. Aktar tard fetaħ lukanda fil-Kanada.