Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Awstrija
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Awstrija rratifikat il-Konvenzjoni fit-18 ta' Diċembru 1992, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel siti tal-Awstrija tniżżlu fil-lista fl-20 Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li sar f'Mérida, il-Messiku, fl-1996. F'dik is-sessjoni żdiedu żewġ siti: iċ-Ċentru Storiku ta' Salzburg, u l-Palazz u l-Ġonna ta' Schönbrunn. Mill-2021, l-Awstrija għandha 12-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Ħames siti huma kondiviżi ma' pajjiżi oħra: il-Pajsaġġ Kulturali ta' Fertő / Neusiedlersee huwa kondiviż mal-Ungerija; is-Siti Preistoriċi bil-Puntali madwar l-Alpi huma kondiviżi ma' Franza, mal-Ġermanja, mal-Italja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera; il-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa huma kondiviżi ma' 17-il pajjiż Ewropew; l-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huma kondiviżi mal-Belġju, maċ-Ċekja, mal-Ġermanja, ma' Franza, mal-Italja, u mar-Renju Unit; u l-Fruntieri Rumani tad-Danubju huma kondiviżi mal-Ġermanja u mas-Slovakkja. Fl-2017, iċ-Ċentru Storiku ta' Vjenna tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu minħabba l-ippjanar ta' binjiet moderni għoljin ġodda. Is-siti kollha tal-Awstrija ħlief wieħed huma siti kulturali.
Siti ta' Wirt Dinji
immodifikaL-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal); † Siti fil-periklu (bir-roża)
Sit | Stampa | Post (provinċja) | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-Għażla | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Ċentru Storiku tal-Belt ta' Salzburg | Salzburg | 1996 | ii, iv, vi (kulturali) | Salzburg kellha rwol kruċjali fl-interskambju bejn il-kulturi Taljani u Ġermaniżi, li rriżulta biex tkattru ż-żewġ kulturi bi skambju dejjiemi bejniethom, li huwa viżibbli speċjalment fl-arkitettura Barokka. Salzburg hija l-iprem eżempju ta' belt-stat ekkleżjastika Ewropea, li rriżultat f'bosta binjiet importanti, kemm sekolari kif ukoll reliġjużi, mill-perjodu Gotiku sas-seklu 20. Il-belt hija magħrufa wkoll għar-rabtiet tagħha mal-arti, speċjalment mal-kompożitur Wolfgang Amadeus Mozart.[5][6] | |
Palazz u Ġonna ta' Schönbrunn | Vjenna | 1996 | i, iv (kulturali) | Il-Palazz ta' Schönbrunn kien ir-residenza tal-imperaturi Asburgi mis-seklu 18 sal-1918. Inbena bl-istil Rokokò bħala proġett unifikat waħdieni. Ġie ddisinjat mill-arkitetti Johann Bernhard Fischer von Erlach u Nicolaus Pacassi u huwa s-sit bl-iktar żu li ilu jopera b'mod kontinwu fid-dinja.[7] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Hallstatt–Dachstein / Salzkammergut | Salzkammergut | 1997 | iii, iv (kulturali) | L-estrazzjoni tad-depożiti tal-melħ, sfruttati mit-tieni millenju Q.K., wasslu għal prosperità fir-reġjun. Ir-raħal ta isem il-kultura ta' Hallstatt, soċjetà ta' Żmien il-Ħadid. Ir-reġjun huwa magħruf ukoll għall-ktajjen muntanjużi u għall-għerien. L-itwal għerien huma twal 81 kilometru.[8] | |
Linja Ferrovjarja ta' Semmering | Gloggnitz, Semmering | 1998 | ii, iv (kulturali) | Il-linja ferrovjarja ta' Semmering inbniet bejn l-1848 u l-1854 u tkopri 41 kilometru ta' ktajjen muntanjużi. Dan il-proġett twettaq fil-bidu tal-perjodu tal-kostruzzjoni tal-linji ferrovjarji u kellu bżonn għadd ta' innovazzjonijiet. Il-mini, il-vijadotti u xogħlijiet oħra għadhom jintużaw sa żminijietna.[9] | |
Belt ta' Graz – iċ-Ċentru Storiku u l-Palazz ta' Eggenberg | Graz | 1999 | ii, iv (kulturali) | Fergħa tal-familja Asburga għexet fi Graz għal sekli sħaħ. L-Asburgi u nobbli lokali oħra sebbħu u kabru l-belt ta' Graz tul is-sekli, u ttrasformawha f'belt b'binjiet grandjużi b'għadd ta' stili.[10] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Wachau | Wachau | 2000 | ii, iv (kulturali) | Il-Wied ta' Wachau huwa twil 40 kilometru tul ix-xmara Danubju bejn Melk u Krems. Il-wied ġie insedjat fil-preistorja u kien reġjun importanti minn dak iż-żmien sa issa. Fih għadd ta' rħula, villaġġi, monasteri, kastelli u fdalijiet storiċi.[11] | |
Pajsaġġ Kulturali ta' Fertő / Neusiedlersee* | Burgenland | 2001 | v (kulturali) | Iż-żona ta' Fertő/Neusiedlersee ġiet okkupata minn popli differenti għal tmien millenji. In-network oriġinali tal-irħula u tal-villaġġi jmur lura għas-sekli 12 u 13. Inbnew seba' palazzi fis-sekli 18 u 19. Is-sit huwa kondiviż mal-Ungerija.[12] | |
Ċentru Storiku ta' Vjenna | Vjenna | 2001 | ii, iv, vi (kulturali) | Vjenna, il-belt kapitali tal-Imperu Asburgu, ilha rikonoxxuta bħala l-kapitali mużikali tal-Ewropa. Iċ-ċentru storiku huwa rikk b'kumplessi arkitettoniċi b'diversi stili, inkluż kastelli u ġonna Barokki, kif ukoll ir-Ringstraße tal-aħħar tas-seklu 19.[13] Fl-2017, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Periklu minħabba l-ippjanar ta' binjiet moderni għoljin ġodda.[14][15] | |
Siti Preistoriċi bil-Puntali madwar l-Alpi* | Attersee, Keutschach, Mondsee, Seewalchen am Attersee | 2011 | iv, v (kulturali) | Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż mal-Awstrija, ma' Franza, mal-Ġermanja, mas-Slovenja u mal-Iżvizzera) fih 111-il sit individwali bil-fdalijiet ta' abitazzjonijiet preistoriċi bil-puntali ta' insedjamenti preistoriċi madwar l-Alpi, li nbnew mill-5000 sal-500 Q.K. f'xifer il-lagi, ix-xmajjar jew l-artijiet mistagħdra. Fihom minjiera ta' informazzjoni dwar il-ħajja u l-kummerċ fil-kulturi agrarji Neolitiċi u ta' Żmien il-Bronż fl-Ewropa Alpina. Hemm ħames siti li jinsabu fl-Awstrija.[16] | |
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* | Dürrenstein, Kalkalpen | 2017 | ix (naturali) | Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017, u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Fl-2017 tniżżlu ħames foresti fl-Awstrija, waħda f'Dürrenstein u erba' f'Kalkalpen (fir-ritratt).[17] | |
Fruntieri tal-Imperu Ruman – Fruntieri Rumani tad-Danubju (is-Segment tal-Punent)* | Awstrija l-Baxxa, Awstrija l-Għolja, Vjenna | 2021 | ii, iii, iv (kulturali) | Il-Fruntieri Rumani tad-Danubju huwa network ta' fortifikazzjonijiet tul ix-xmara Danubju li kienu jipproteġu l-fruntieri tal-Imperu Ruman. Is-sezzjoni tal-Awstrija hija twila 357.5 kilometru u tinkludi siti f'46 post. Is-sit huwa kondiviż mal-Ġermanja u mas-Slovakkja.[18] | |
Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa* | Baden bei Wien | 2021 | ii, iii, iv, vi (kulturali) | L-Irħula Kbar bi Spa fl-Ewropa huwa sit magħmul minn 11-il raħal bi spa f'seba' pajjiżi Ewropej fejn l-ilmijiet minerali kienu jintużaw għal skopijiet ta' fejqan u terapewtiċi qabel l-iżvilupp tal-mediċina industrijali fis-seklu 19. Ir-raħal ta' Baden bei Wien huwa s-sit li tniżżel fl-Awstrija.[19] |
Referenzi
immodifika- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Austria - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2005-10-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-10-24. Miġbur 2022-04-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the City of Salzburg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ "UNESCO World Heritage List : This is Salzburg : salzburg.info". www.salzburg.info (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Palace and Gardens of Schönbrunn". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hallstatt-Dachstein / Salzkammergut Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Semmering Railway". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Graz – Historic Centre and Schloss Eggenberg". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wachau Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fertö / Neusiedlersee Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Vienna". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Vienna inscribed on List of World Heritage in Danger". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ "Unesco puts Vienna's historic centre on 'in danger' list" (bl-Ingliż). 2017-07-07. Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Prehistoric Pile Dwellings around the Alps". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Danube Limes (Western Segment)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Great Spa Towns of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-22.