Hallstatt
Hallstatt (bil-Ġermaniż:[ˈhalʃtat]) hija raħal żgħir fid-distrett ta’ Gmunden fl-istat Awstrijaku tal-Awstrija ta’ Fuq. Ir-raħal jinsab bejn ix-xatt tal-Lbiċ tal-lag
Hallstatt | ||
---|---|---|
Awstrija | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Awstrija | |
Federal state of Austria | L-Awstrija l-Għolja | |
District of Austria | Gmunden District (en) | |
Ismijiet oriġinali | Hallstatt | |
Kodiċi postali |
4830 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 47°33′21″N 13°38′48″E / 47.5558°N 13.6467°EKoordinati: 47°33′21″N 13°38′48″E / 47.5558°N 13.6467°E | |
Superfiċjenti | 59.8 kilometru kwadru, 59.83 kilometru kwadru | |
Għoli | 511 m | |
Fruntieri ma' | Bad Goisern am Hallstättersee (en) , Obertraun (en) , Ramsau am Dachstein (en) u Gosau (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 778 abitanti (1 Jannar 2018) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon |
06134 | |
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
hallstatt.ooe.gv.at |
imsejjaħ Hallstätter See u l-muntanji Dachstein, fir-reġjun ta’ Salzkammergut, fit-triq nazzjonali li tikkollega l-bliet ta’ Salzburg u Graz.
Hallstatt hija magħrufa għall-produzzjoni tal-melħ, li tmur lura għal żminijiet preistoriċi, u isimha ntuża għall-kultura ta’ Hallstatt, il-kultura arkeoloġika marbuta mal-popli Proto-Ċeltiċi u Ċeltiċi bikrin tal-bidu ta’ Żmien il-Ħadid fl-Ewropa, għall-ħabta tat-800-450 Q.K..
Hallstatt hija l-qalba tal-Pajsaġġ Kulturali Hallstatt-Dachstein/Salzkammergut li ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997[1] u ż-żona tbati biex tlaħħaq mal-ammont ta’ turisti li jżuruha.
Storja
immodifikaŻmien il-Ħadid
immodifikaFl-1846, Johann Georg Ramsauer (1795-1874) skopra ċimiterju preistoriku kbir fil-minjieri ta’ Salzberg qrib Hallstatt
(47.561°N 13.642°E), li skava matul it-tieni nofs tas-seklu 19. Eventwalment l-iskavi tiegħu kixfu l-fdalijiet ta’ 1,045 difna (uħud b’iktar minn katavru wieħed), għalkemm ma nstab l-ebda insedjament. Dan jaf tgħatta mill-villaġġ li nbena iktar ’il quddiem, li ilu jokkupa l-biċċa art dejqa kollha bejn l-għoljiet u l-muntanji weqfin u l-lag.
B’kollox instabu l-fdalijiet ta’ xi 1,300 difna, ta’ madwar 2,000 individwu: nisa, irġiel u tfal iżda ftit li xejn trabi.[2] Ma nstabet l-ebda difna “prinċipeska”, bħalma spiss jinstabu ħdejn insedjament kbar. Minflok, hemm għadd kbir ta’ difniet b’varjetà konsiderevoli ta’ rikkezzi u fdalijiet funebri, u bi proporzjon kbir ta’ oġġetti li tissuġġerixxi li kellhom għajxien li kien aħjar minn sempliċi sopravivenza.
Il-komunità f’Hallstatt sfruttat il-minjieri tal-melħ fiż-żona, li kienu ilhom jintużaw minn żmien għall-ieħor minn żmien in-Neolitiċi, jiġifieri mis-sekli 8 sa 5 Q.K. L-istil u d-dekorazzjoni tal-oġġetti li nstabu fiċ-ċimiterju huma partikolari ħafna, u l-artefatti magħmula b’dan l-istil huma mifruxa sew fl-Ewropa. Fil-minjieri stess, il-melħ ippreserva ħafna materjali organiċi bħat-tessuti, l-injam u l-ġlud, u ħafna artefatti abbandunati bħal żraben, biċċiet tad-drapp, għodod, u saħansitra l-basktijiet li l-minaturi kienu jilbsu ma’ daharhom, instabu f’kundizzjoni tajba.[3]
Is-sejbiet f’Hallstatt huma minn żminijiet differenti bejn l-1200 Q.K. sa madwar il-500 Q.K., u l-arkeologi jaqsmuhom f’erba’ fażijiet kif ġej:
Fażi | Data (Q.K.) |
---|---|
HaA | 1200-1000 |
HaB | 1000-800 |
HaC | 800-650 |
HaD | 650-475 |
Il-fażijiet Hallstatt A-B huma parti mill-kultura ta’ Żmien il-Bronż li kienet tipprattika l-kremazzjoni tal-mejtin u żżomm l-irmied tagħhom f’urni. Il-fażi A kellha l-influwenza ta’ Villanova (l-Etruski). F’dan il-perjodu, kienet tiġi pprattikata l-kremazzjoni tal-mejtin, li kienu jindifnu f’oqbra sempliċi. Fil-fażi B, it-tumuli (tumbati tal-ħamrija fuq il-post tad-dfin) saru iktar komuni għalkemm kien hemm predominanza tal-kremazzjoni. Ma tantx nafu wisq dwar dan il-perjodu, fejn l-elementi Ċeltiċi tipiċi ma tantx kienu distinti minn dawk tal-kultura ta’ qabel. Il-perjodu li jitqies bħala dak tal-kultura ta’ Hallstatt huwa ristrett għal Hallstatt C-D (is-sekli 8 sa 5 Q.K.), li jikkorrispondu għall-bidu ta’ Żmien il-Ħadid fl-Ewropa. Hallstatt tinsab f’territorju fejn iż-żoni tal-Punent u tal-Lvant tal-kultura ta’ Hallstatt kienu jiltaqgħu, u dan huwa rifless fil-fdalijiet li nstabu hemmhekk. Wara l-fażi Hallstatt D kien hemm il-kultura ta’ La Tène.[4]
Fil-fażi Hallstatt C tfaċċaw għall-ewwel darba x-xwabel tal-ħadid flimkien ma’ dawk tal-bronż. Id-dfin taħt l-art u l-kremazzjoni kienu prassi komuni. Fil-fażi D, kienu jintużaw iktar l-istalletti, li kważi eskludew għalkollox ix-xwabel. L-istalletti nstabu fl-oqbra taż-żona tal-Punent u jmorru lura għall-ħabta tas-600-500 Q.K.[2] Hemm ukoll differenzi fil-fuħħar u fil-labar li kienu jintlibsu. Id-dfin taħt l-art kien l-iktar komuni. Il-fażi Hallstatt D ġieli tiġi maqsuma fi tliet sottofażijiet (D1-D3), b’rabta maż-żona tal-Punent biss, abbażi tad-differenzi fl-għamliet tal-labar li kienu jintlibsu.[2]
L-attività maġġuri fis-sit jidher li ntemmet lejn il-500 Q.K., għal raġunijiet li mhumiex ċari. Ħafna oqbra ta’ Hallstatt ġew misruqa, x’aktarx lejn dan iż-żmien,
speċjalment fiż-żona tal-Punent ta’ Hallstatt, u t-tħaffir għall-melħ kien sar wisq fil-fond. Bil-mod il-mod, ix-xogħol tal-minjieri tal-melħ beda jsir iktar f’dik ta’ Hallein fil-qrib. F’Dürrnberg, fil-qrib, instabu oqbra bi fdalijiet sinifikanti mill-aħħar fażijiet ta’ Hallstatt u l-bidu tal-kultura ta’ La Tène.
Il-biċċa l-kbira tal-materjal mill-iskavi bikrin ġie mifrux f’postijiet differenti, u jinstab f’diversi kollezzjonijiet, speċjalment f’mużewijiet Ġermaniżi u Awstrijaki.[2] Madankollu, il-Mużew ta’ Hallstatt fir-raħal għandu l-ikbar kollezzjoni.[5]
Żmien ir-Rumani ’l quddiem
immodifikaMa hemm l-ebda avveniment notevoli li seħħ f’Hallstatt fi Żmien ir-Rumani jew fil-Medju Evu. Fl-1311, iċ-ċittadini ta’ Hallstatt ingħataw drittijiet tas-suq mir-Reġina Eliżabetta li kienet sfat armla, u dan kien sinjal li r-raħal ta’ Hallstatt ma kienx tilef il-valur ekonomiku tiegħu. Illum, apparti l-produzzjoni tal-melħ, li mill-1595 ġie ttrasportat 40 kilometru lil hinn minn Hallstatt lejn Ebensee permezz ta’ sistema ta’ pajpijiet tas-salmura, l-ekonomija tar-raħal isserraħ ħafna fuq it-turiżmu.
Jingħad li s-sistema ta’ pajpijiet ta’ Hallstatt huma l-eqdem fid-dinja[6], u nbniet 400 sena ilu minn 13,000 zokk ewlieni tas-siġar.[7] Tant ma hemmx spazju għal iktar ċimiterji, li kull għaxar snin l-għadam kienu jitneħħew minn taħt l-art u jitpoġġew f’kappella tal-għadam, biex ikun hemm spazju biex jindifnu katavri oħra.[7] Fil-kappella tal-għadam tar-raħal hemm kollezzjoni ta’ kranji ddekorati b’mod elaborat, b’isem il-mejjet, il-professjoni tiegħu/tagħha, u d-data tal-mewt miktubin fuqhom.[8][9][10]
Seklu 19
immodifikaSal-aħħar tas-seklu 19, wieħed seta’ jasal Hallstatt bid-dgħajsa jew bil-mixi minn mogħdijiet dojoq ħafna. Ma tantx kien hemm art bejn il-lag u l-muntanji, u r-raħal stess kien mela kull biċċa art disponibbli. L-aċċess bejn id-djar max-xatt kien isir bid-dgħajsa jew minn mogħdija min-naħa ta’ fuq tar-raħal, li kienet kuritur li jgħaddi mill-kmamar tas-saqaf tad-djar. L-ewwel triq lejn Hallstatt inbniet biss fl-1890, max-xatt tal-Punent, parzjalment permezz ta’ splużjonijiet fil-blat. Madankollu, dan il-pajsaġġ maqtugħ u inospitabbli kien wieħed mill-ewwel postijiet fejn kien hemm insedjamenti umani minħabba s-sorsi rikki ta’ melħ naturali. Il-minjieri tħaffru f’eluf ta’ snin ta’ xogħol fil-minjieri, oriġinarjament bl-għamla ta’ qlub minħabba l-użu ta’ bqaqen magħmula bil-qrejjen taċ-ċriev.[7]
Uħud mill-iktar sejbiet arkeoloġiċi antiki ta’ Hallstatt, bħal pereżempju l-għodod għat-twaqqigħ tas-siġar jew għax-xogħol fl-injam, imorru lura għal madwar l-5500 Q.K. Fl-1846, Johann Georg Ramsauer skopra ċimiterju preistoriku kbir ħdejn Hallstatt. Ix-xogħol ta’ Ramsauer kompla sal-1863, u skopra l-fdalijiet ta’ iktar minn 1,000 difna. Mertu tiegħu u tal-benefiċċju enormi tal-arkeoloġija li baqa’ jiskava waħda waħda bil-mod u bir-reqqa kollha. Fost il-metodi tiegħu kien hemm il-kejl u t-tpinġija ta’ kull sejba. Fi żmien fejn il-fotografija bil-kulur ma kinitx għadha teżisti, huwa pproduċa tpinġijiet iddettaljati ħafna bl-akkwarelli ta’ kull sejba qabel tneħħiet mill-art.
Fl-istorja tal-arkeoloġija, ix-xogħol ta’ Ramsauer f’Hallstatt għen biex l-arkeoloġija ssir b’mod iktar sistematiku. Barra minn hekk, wieħed mill-ewwel siti tal-ħaddieda ġie skavat f’Hallstatt. L-attivitajiet kummerċjali, u l-ġid li kien jiġi magħhom, ippermettew l-iżvilupp ta’ kultura żviluppata ħafna, li wara s-sejbiet f’Salzberghochtal, issemmiet il-kultura ta’ Hallstatt (800 sa 500 Q.K.).
Sit ta’ Wirt Dinji
immodifikaIl-Pajsaġġ Kulturali Hallstatt-Dachstein/Salzkammergut ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Il-valur universali straordinarju tiegħu ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”, ladarba l-pajsaġġ ilu abitat għal iktar minn tliet millenji, u permezz tax-xogħol fil-minjieri u l-ipproċessar tal-melħ, inħolqot rabta sfiqa bejn l-attività intensiva tal-bniedem u pajsaġġ naturali kważi mhux mimsus; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba dan ir-reġjun Alpin huwa eżempju straordinarju ta’ pajsaġġ naturali mill-isbaħ u ta’ interess xjentifiku li fih ukoll evidenza ta’ attività ekonomika fundamentali tal-bniedem, jiġifieri l-estrazzjoni tal-melħ.[1]
Turiżmu
immodifikaIt-turiżmu ta’ Hallstatt beda fis-seklu 19 iżda qabad f’daqqa wara li r-raħal sar Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Sar popolari ħafna fost it-turisti mill-Asja fl-2006 meta deher f’sensiela televiżiva tal-Korea t’Isfel. Barra minn hekk, ir-ritratti tar-raħal fil-midja soċjali, bit-titlu “l-iktar raħal tajjeb għar-ritratti fuq l-Instagram fid-dinja”, tkattru l-iktar fix-Xlokk tal-Asja. Fl-2011, saħansitra ġiet ippjanata u nbniet replika sħiħa tar-raħal fi Huizhou, fil-provinċja ta’ Guangdong, iċ-Ċina, li huwa ġemellat ma’ Hallstatt. Fl-2013, fiċ-Ċina ntqal li r-raħal ta’ Hallstatt intuża bħala mudell għall-villaġġ ta’ Arendelle fil-film animat Frozen.[11][12] Fl-2017, il-knejjes lokali saħansitra bdew jimpjegaw uffiċjali apposta biex jipprevjenu li s-servizzi tal-knisja jiġu mfixkla mit-turisti.[11]
Fl-2011, huwa stmat li t-turisti kienu jammontaw għal ftit iktar minn 100 kuljum, filwaqt li fl-2019, meta r-raħal kellu popolazzjoni ta’ 780 ruħ, huwa stmat li kien hemm bejn 10,000 sa kważi 30,000 turist kuljum[13], l-iktar b’ġiti turistiċi bil-kowċis li kienu jieqfu fir-raħal għal waqfa qasira biex it-turisti jkunu jistgħu jieħdu r-ritratti. L-ekonomija ta’ Hallstatt tiddependi fuq it-turiżmu, iżda skont in-nies tal-post, it-turisti li jkunu mħajrin iżuru r-raħal fit-tul, ħafna drabi jitnaffru mill-fluss kontinwu ta’ turisti li lanqas jieqfu jorqdu fir-raħal. Hallstatt sar l-iktar eżempju ta’ turiżmu eċċessiv fl-Awstrija u kien hemm kontroversji dwar il-possibbiltà li jiġi limitat l-għadd ta’ turisti fir-raħal.[14] Din is-sitwazzjoni dehret fil-gazzetti internazzjonali diversi drabi[15] u l-Organizzazzjoni tax-Xandir Pubbliku tal-Awstrija għamlet diversi dokumentarji dwar dan il-fenomenu.[16]
Fl-2020, Hallstatt bdiet tiffoka fuq it-turiżmu ta' "kwalità".[17][18] Mill-ħarifa tal-2020 beda jkun hemm ħinijiet allokati għall-kowċis tat-turisti biex ir-raħal isib tarf din l-isfida.[19] Il-wasliet ġew limitati għal 54 kulkum filwaqt li jingħataw preferenza l-kowċis ta’ turisti li jagħżlu akkomodazzjoni fir-raħal.[11]
Politika
immodifikaSiġġijiet fl-assemblea muniċipali (Gemeinderat) skont l-elezzjonijiet lokali tal-2015:
- Il-Partit Soċjaldemokratiku tal-Awstrija (SPÖ): 7
- Il-BFH (Indipendenti): 4
- Il-Partit Popolari tal-Awstrija (ÖVP): 2
Alexander Scheutz (SPÖ) ilu s-sindku ta’ Hallstatt mill-2009.[20]
Referenzi
immodifika- ^ a b "Hallstatt-Dachstein / Salzkammergut Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ a b ċ d Megaw, M. Ruth. (2001). Celtic art: from its beginnings to the Book of Kells. Megaw, J. V. S. (Rev. and expanded ed.). New York: Thames & Hudson. ISBN 0-500-28265-X.
- ^ McIntosh, Jane. (2009). Handbook to life in prehistoric Europe. Oxford: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-538476-5.
- ^ Celtic culture: a historical encyclopedia. Koch, John T. Santa Barbara, Calif.: ABC-CLIO. 2006. ISBN 1-85109-440-7.
- ^ "World Heritage Museum Hallstatt". Hallstatt World Heritage (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ Bedford Neal, Pitcher Gemma, Lonely Planet Austria (Country Guide), Lonely Planet, 2005, p. 56, ISBN: 9781740594844.
- ^ a b ċ Lopez, Billie Ann. McDonald, Silvia; Froemel, Fritz (ed.). "Hallstatt's White Gold - Salt". Virtual Vienna Net (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-10.
- ^ Matys, Simon. The Archaeology of Human Bones. Routledge, 1998, p. 108. ISBN 0-415-16621-7.
- ^ Billock, Jennifer. "This Austrian Ossuary Holds Hundreds of Elaborately Hand-Painted Skulls". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ "The Painted Skulls of Hallstatt Charnel House". Atlas Obscura (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ a b ċ "Austrian Village That Inspired 'Frozen' Is Dealing With Overtourism". KTLA (bl-Ingliż). 2020-01-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-02-05. Miġbur 2021-03-13.
- ^ Hutton, Alice (2020-01-05). "Alpine village begs Frozen tourists to stay away". The Times (bl-Ingliż).
- ^ Sendlhofer, Thomas (2018-05-13). "Zu viele Touristen: Hallstatt zieht Notbremse". Kurier (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ Brucker, Regina; Ruep, Stefanie; Wölfl, Adelheid; Kness-Bastaroli, Thesy; Marot, Jan; Rohrhofer, Markus (2017-08-29). "Wenn Touristen Einheimischen auf die Füße treten". Der Standard (bil-Ġermaniż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ Noack, Rick (2019-08-08). "Nothing to see here: Popular European destinations want fewer tourists". Washington Post (bl-Ingliż).
- ^ "TV-Doku: „Hallstatt süß-sauer"". ORF.at (bil-Ġermaniż). 2018-11-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-06-17. Miġbur 2021-03-13.
- ^ "The adorable Alpine village of Hallstatt, Austria". CNN Travel (bl-Ingliż). 2020-01-09. Miġbur 2021-03-13.
- ^ Street, Francesca (2020-10-09). "How the village that inspired 'Frozen' is dealing with overtourism". CNN Travel (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.
- ^ "Hallstatt begrenzt Touristenbusse". ORF.at (bil-Ġermaniż). 2019-01-29. Miġbur 2021-03-13.
- ^ "Hallstatt". www.themayor.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-13.