Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Tajlandja

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Tajlandja

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] It-Tajlandja rratifikat il-Konvenzjoni fis-17 ta' Settembru 1987, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Statwa ta' Buddha f'Sukhothai.

B'kollox it-Tajlandja għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali u tlieta naturali. L-ewwel tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mit-Tajlandja żdiedu fl-1991: il-Belt Storika ta' Ayutthaya, il-Belt Storika ta' Sukhothai u Rħula Storiċi Assoċjati, u s-Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng. L-iżjed siti li żdiedu reċentement mit-Tajlandja huwa l-Belt Antika ta' Si Thep u l-Monumenti Dvaravati Assoċjati, fl-2023, u Phu Phrabat, xhieda tat-tradizzjoni Sīma tal-perjodu Dvaravati, fl-2024.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Belt Storika ta' Sukhothai u Rħula Storiċi Assoċjati
 
Sukhothai, Kamphaeng Phet kulturali: (i), (iii) 1991 Is-sit jinkludi tliet bliet prinċipali tar-Renju ta' Sukhothai li ffjorixxew fis-sekli 13 u 14: Sukhothai (fl-istampa jidher it-tempju ta' Wat Mahathat) kienet il-belt kapitali tar-renju, Si Satchanalai kienet ċentru tal-ħajja reliġjuża, b'diversi monasteri Buddisti, u Kamphaeng Phet kienet tipproteġi l-fruntieri u n-networks kummerċjali tar-renju. It-tliet bliet kienu jikkondividu l-approċċi tal-ippjanar tal-bliet u s-sistemi sofistikati tal-immaniġġjar tal-ilma. Kienu importanti fl-iżvilupp tal-ewwel stil arkitettoniku Siamiż distint, il-letteratura, l-arti u l-prattiki reliġjużi. Il-fdalijiet issa huma ppreservati bħala parks arkeoloġiċi.[5]
Belt Storika ta' Ayutthaya   Ayutthaya kulturali: (iii) 1991 Il-belt ta' Ayutthaya ġiet stabbilita fl-1350 u kienet il-belt kapitali tar-Renju ta' Ayutthaya jew Siam. Globalment kienet belt importanti, ċentru kummerċjali b'konnessjonijiet diplomatiċi fl-Indja, fiċ-Ċina, fil-Ġappun, kif ukoll fl-Ewropa. L-iskambju ta' influwenzi kulturali rriżulta fl-iżvilupp tal-arti nazzjonali Tajlandiża, b'palazzi u b'monasteri Buddisti mżejna b'mod rikk. Ayutthaya nqerdet mill-armata ta' Burma fl-1767 u qatt ma reġgħet inbniet. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Bangkok u Ayutthaya issa hija ppreservata bħala park arkeoloġiku. Il-fdalijiet ta' Wat Chaiwatthanaram jidhru fl-istampa.[6]
Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng
 
Kanchanaburi, Tak, Uthai Thani naturali: (vii), (ix), (x) 1991 Is-sit jinkludi żewġ santwarji tan-natura selvaġġa: Thung Yai Naresuan (fl-istampa) u Huai Kha Khaeng. Is-santwarji, li huma estiżi fuq iktar minn 600,000 ettaru (1,500,000 akru) tul il-fruntiera mal-Myanmar, b'firxa wiesgħa ta' ħabitats differenti, inkluż foresti tropikali nexfin, artijiet mistagħdra, ħabitats tal-ġebla tal-ġir, u muntanji. Huwa wkoll żona b'bijodiversità kbira ta' annimali u ta' pjanti, fejn huma rrappreżentati speċijiet mir-reġjuni tal-Himalayas maċ-Ċina, tas-Sunda, tal-Indo-Burma, u tal-Indo-Ċina. Il-foresti fil-biċċa l-kbira mhumiex mimsusa mill-influwenzi tal-bniedem.[7]
Sit Arkeoloġiku ta' Ban Chiang
 
Udon Thani kulturali: (iii) 1992 Ban Chiang huwa wieħed mill-iżjed siti preistoriċi importanti fix-Xlokk tal-Asja. Huwa tumbata kbira tal-ħamrija li kienet abitata b'mod kontinwu minn soċjetà agrikola li insedjat l-inħawi għall-ħabta tal-1500 Q.K. sad-900 Q.K. Is-sit ġie skopert mill-arkeologi fl-1966, meta permezz ta' skavi żvelaw għadd kbir ta' artefatti taċ-ċeramika (fl-istampa), kif ukoll għodod marbuta mal-produzzjoni tal-bronż, mad-domestikazzjoni tal-annimali, u mal-produzzjoni agrikoli tar-ross.[8]
Kumpless tal-Foresti ta' Dong Phayayen-Khao Yai
 
Saraburi, Nakhon Ratchasima, Nakhon Nayok, Prachinburi, Sa Kaeo, Buriram naturali: (x) 2005 Is-sit huwa magħmul minn ħames żoni protetti fil-Muntanji ta' Dong Phaya Yen u fil-Katina Muntanjuża ta' Sankamphaeng, fosthom il-Parks Nazzjonali ta' Khao Yai (fl-istampa), ta' Thap Lan, ta' Pang Sida u ta' Ta Phraya, u s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Dong Yai. Il-foresti tropikali jospitaw bosta speċijiet ta' annimali u ta' pjanti, u ħafna minnhom huma fil-periklu ta' estinzjoni. Fost l-ispeċijiet ta' mammiferi hemm il-gibbons tat-toppu, l-iljunfanti Asjatiċi, it-tigri, il-qattus leopard, u l-banteng.[9]
Kumpless tal-Foresta ta' Kaeng Krachan
 
Ratchaburi, Phetchaburi, Prachuap Khiri Khan naturali: (x) 2021 Is-sit jinkludi l-foresti u r-riżervi fl-Għoljiet ta' Tenasserim: il-Parks Nazzjonali ta' Kaeng Krachan, ta' Kui Buri, u ta' Chaloem Phrakiat Thai Prachan, u s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Mae Nam Phachi. Minħabba l-pożizzjoni tiegħu f'nofs il-ħabitats tal-flora u tal-fawna tal-Himalayas, tal-Indo-Ċina u ta' Sumatra, għandu bijodiversità kbira. Fil-foresti tropikali staġonali jgħixu speċijiet vulnerabbli u fil-periklu ta' estinzjoni, fosthom id-dhole, il-kukkudrill ta' Siam, il-fekruna tal-art Asjatika, il-qattus selvaġġ li jiekol il-ħut, u l-leopard tat-tikek imċajpra.[10]
Belt Antika ta' Si Thep u l-Monumenti Dvaravati Assoċjati
 
Phetchabun kulturali: (ii), (iii) 2023 Si Thep kienet belt importanti tal-kultura Dvaravati (mis-seklu 7 sas-seklu 11 W.K.) u kienet ċentru kummerċjali u reliġjuż. Wara sfat taħt l-influwenza Khmer u mbagħad ġiet abbandunata sal-aħħar tas-seklu 13. L-arti u l-arkitettura ta' Si Thep ġew influwenzati mill-Buddiżmu Theravada matul il-perjodu Dvaravati u mill-Induiżmu u mill-Buddiżmu Mahayana taħt il-Khmer.[11]
Phu Phrabat, xhieda tat-tradizzjoni Sīma tal-perjodu Dvaravati
 
Udon Thani kulturali: (iii), (v) 2024 Il-formazzjonijiet kbar tal-ġebel ramli fl-inħawi ispiraw il-popli tul is-sekli biex jibnu siti reliġjużi madwarhom. Santwarji bikrin imorru lura għall-perjodu Dvaravati (bejn is-sekli 7 u 11). Is-santwarji għandhom influwenzi Induisti u Buddisti. Hemm ukoll pitturi fuq il-blat li jmorru lura għall-preistorja. L-isem Phu Phrabat ifisser l-"Għolja tal-Impronti ta' Saqajn il-Buddha".[12]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Thailand - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Sukhothai and Associated Historic Towns". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Ayutthaya". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Thungyai-Huai Kha Khaeng Wildlife Sanctuaries". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ban Chiang Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dong Phayayen-Khao Yai Forest Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kaeng Krachan Forest Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Ancient Town of Si Thep and its Associated Dvaravati Monuments". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-24.
  12. ^ "Phu Phrabat, a testimony to the Sīma stone tradition of the Dvaravati period". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.