Giovanni Papini

kittieb Taljan

Giovanni Papini (twieled fid-9 ta’ Jannar 1881 – miet fit-8 ta’ Lulju 1956) kien ġurnalista, saġġista, rumanzier, kittieb tal-istejjer qosra, poeta, kritiku letterarju u filosfu Taljan. Huwa kien figura letterarja kontroversjali tal-bidu u ta’ nofs is-seklu 20. Huwa kien l-ewwel rappreżentant u promotur tal-pragmatiżmu Taljan, u l-iktar wieħed entużjast.[1] Papini kien ammirat għall-istil tal-kitba tiegħu u huwa kemm-il darba daħal f’polemiki jaħarqu. Huwa kien involut fil-movimenti avant-garde bħall-Futuriżmu u l-Post-Dekadentiżmu, kien jgħaddi minn pożizzjoni politika u filosofika għall-oħra, qatt ma kien sodisfatt u ma kellux kwiet f’ġismu: huwa kkonverta mill-antikleriżmu u l-ateiżmu għall-Kattoliċiżmu, u għadda mill-intervenzjoniżmu konvint – qabel l-1915 – għall-avversjoni għall-gwerra. Fis-snin 30 tas-seklu 20, wara li għadda mill-individwaliżmu għall-konservattiviżmu, finalment sar faxxista, filwaqt li baqa’ jħaddan avversjoni għan-Nażiżmu.

Giovanni Papini
Ħajja
Twelid Firenze, 9 Jannar 1881
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
Mewt Firenze, 8 Lulju 1956
Post tad-dfin Cimitero delle Porte Sante
Kawża tal-mewt  (sklerożi laterali amjotrofika)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
ġurnalist
kittieb
kritiku letterarju
bijografu
kittieb tal-fantaxjenza
filosofu
Premjijiet
Nominat għal
uri
Sħubija Accademia delle Arti del Disegno (en) Translate
Psewdonomu Gianfalco, Cartouche, Gentiluomo (Il) Malato, Climaco, Taigete, Tempestini, Versiereu The Florence Pragmatist Club
Moviment artistiku proża poetika

Bħala wieħed mill-fundaturi tal-ġurnali Leonardo (1903) u Lacerba (1913), huwa kien iqis il-letteratura bħala “azzjoni” u lill-kitbiet tiegħu tahom ton irriverenti u ta’ prietka. Għalkemm kien awtodidatta, huwa kien editur u kittieb ikonoklastiku influwenti, b’rwol minn ta’ quddiem fil-Futuriżmu Taljan u l-movimenti letterarji bikrin taż-żgħażagħ. Meta kien jaħdem f’Firenze, huwa pparteċipa b’mod attiv fil-movimenti letterarja filosofiċi u politiċi barranin bħall-intuwitiżmu Franċiż ta’ Bergson u l-pragmatiżmu Anglo-Amerikan ta’ Peirce u James. Huwa ppromwova l-iżvilupp tal-kultura u l-ħajja Taljana bi tnissil individwalistiku u oniriku tal-ħajja u tal-arti. Barra minn hekk, kien jitkellem favur it-twemmin reliġjuż tal-Kattoliċiżmu Ruman.

Is-suċċess letterarju ta’ Papini beda b’Il Crepuscolo dei Filosofi (L-Għabex tal-Filosfi), ippubblikat fl-1906, u l-pubblikazzjoni tiegħu tal-1913 tar-rumanz awtobijografiku Un Uomo Finito (Raġel Spiċċut).

Minħabba l-għażliet ideoloġiċi tiegħu, ix-xogħol ta’ Papini kważi ntesa wara mewtu[2], għalkemm iktar ’il quddiem ġie evalwat mill-ġdid u reġa’ ġie apprezzat: fl-1975, il-kittieb Arġentin Jorge Luis Borges sostna li Papini kien awtur “li ma kienx jistħoqqlu jiġi minsi”.

Ħajja bikrija

immodifika
 
Id-dar f’Firenze fejn kien joqgħod Papini

Papini twieled f’Firenze bħala iben bejjiegħ mudest tal-għamara (u eks membru tal-Qomos Ħomor ta’ Giuseppe Garibaldi) minn Borgo degli Albizi, Papini ġie mgħammed bil-moħbi minn ommu biex tevita l-antikleriżmu aggressiv ta’ missieru. Huwa kien awtodidatta kważi għalkollox, qatt ma ngħata lawrija universitarja uffiċjali, u l-ogħla livell ta’ edukazzjoni tiegħu kien ċertifikat tat-tagħlim.[3] Papini kellu tfulija rustika u ta’ solitudni. Huwa kellu avversjoni qawwija għal kull twemmin, għall-knejjes kollha, kif ukoll għal kwalunkwe forma ta’ servitù (li huwa kin iqis li kienet kollegata mar-reliġjon); huwa ssaħħar bl-idea li jikteb enċiklopedija fejn il-kulturi kollha setgħu jinġabru flimkien fil-qosor.

Huwa tħarreġ fl-Istituto di Studi Superiori (1900-1902), għallem għal sena fl-iskola Anglo-Taljana u mbagħad kien il-librar tal-Mużew tal-Antropoloġija mill-1902 sal-1904.[4] Il-ħajja letterarja attirat lil Papini, li fl-1903 waqqaf ir-rivista Il Leonardo, li għaliha kkontribwixxa b’artikli bil-psewdonimu ta’ "Gian Falco".[5] Fost il-kollaboraturi tiegħu kien hemm Giuseppe Prezzolini, Borgese, Vailati, Costetti u Calderoni.[6] Permezz ta’ din ir-rivista, Papini u l-kontributuri tiegħu introduċew fl-Italja ħassieba importanti bħal Kierkegaard, Peirce, Nietzsche, Santayana u Poincaré. Iktar ’il quddiem huwa ngħaqad mal-persunal ta’ Il Regno[7], pubblikazzjoni nazzjonalista mmexxija minn Enrico Corradini, li fforma l-Associazione Nazionalistica Italiana, biex tappoġġa l-espansjoniżmu kolonjali tal-pajjiż.

Papini ltaqa’ ma’ William James u Henri Bergson, li influwenzaw ferm ix-xogħlijiet bikrin tiegħu.[8] Huwa beda jippubblika stejjer qosra u saġġi: fl-1906 "Il Tragico Quotidiano" (Il-Ħajja Traġika ta’ Kuljum), fl-1907 "Il Pilota Cieco" (Il-Bdot Għami) u "Il Crepuscolo dei Filosofi" (L-Għabex tal-Filosfi). Dan tal-aħħar ħoloq polemika ma’ figuri intellettwali stabbiliti u diversi, fosthom Immanuel Kant, Georg Wilhelm Friedrich Hegel, Auguste Comte, Herbert Spencer, Arthur Schopenhauer, u Friedrich Nietzsche.

Papini pproklama l-mewt tal-filosofija u tiġrif tal-ħsieb innifsu. Għal żmien qasir kien midħla tal-Futuriżmu[9][10] u forom vjolenti u liberatorji oħra tal-Moderniżmu.[11]

Fl-1907 Papini żżewweġ lil Giacinta Giovagnoli u l-koppja kellha żewġt ibniet, Viola u Gioconda.[12]

Qabel u matul l-Ewwel Gwerra Dinjija

immodifika
 
Tpinġija ta’ Papini magħmula minn Julius Zirinsky

Qabel ma ħalla r-rivista Il Leonardo fl-1907, Giovanni Papini waqqaf diversi rivisti oħra. L-ewwel ippubblika La Voce fl-1908, imbagħad L'Anima flimkien ma’ Giovanni Amendola u Prezzolini. Fl-1913 (eżatt qabel ma l-Italja daħlet fl-Ewwel Gwerra Dinjija) huwa beda Lacerba (1913-1915). Għal tliet snin Papini kien korrispondent għall-Mercure de France u iktar ’il quddiem kien kritiku letterarju għal La Nazione.[13] Għall-ħabta tal-1918 huwa ħoloq rivista oħra, La Vraie Italie, flimkien ma’ Ardengo Soffici.

Huwa kiteb ukoll kotba oħra. Il-ktieb tiegħu Parole e Sangue (Kliem u Demm) wera l-ateiżmu fundamentali tiegħu dak iż-żmien. Barra minn hekk, Papini prova joħloq skandlu billi jispekula li Ġesù u Ġwanni l-Appostlu kellhom relazzjoni omosesswali.[14] Fl-1912 huwa ppubblika l-iktar xogħol magħruf tiegħu, l-awtobijografija Un Uomo Finito (Raġel Spiċċut).

Fil-ġabra ta’ proża poetika tiegħu tal-1915 Cento Pagine di Poesia (segwita minn Buffonate, Maschilità, u Stroncature), Papini qiegħed lilu nnifsu wiċċ imb wiċċ ma’ Giovanni Boccaccio, William Shakespeare, Johann Wolfgang von Goethe, iżda anke kontemporanji bħal Benedetto Croce u Giovanni Gentile, u dixxipli inqas prominenti ta’ Gabriele D'Annunzio. Kritiku kiteb dwaru:

Giovanni Papini [...] huwa wieħed mill-ifjen imħuħ fl-Italja ta’ llum. Huwa rappreżentant eċċellenti tat-tfittxija bla rażan tal-modernità għall-verità, u x-xogħol tiegħu juri indipendenza friska msawra mhux daqstant fuq l-hekk imsejħa indipendenza, fuq l-injoranza tal-imgħoddi, iżda fuq l-istudju u l-fehim tagħha.[15]

Huwa ppubblika l-versi fl-1917, raggruppati bit-titlu Opera Prima. Fl-1921, Papini ħabbar li sar Kattoliku Ruman[16][17], u ppubblika Storia di Cristo (L-Istorja ta’ kristu), ktieb li ġie tradott bi tlieta u għoxrin lingwa u li kellu suċċess mad-dinja kollha.[18]

Wara xogħlijiet oħra bil-versi, huwa ppubblika s-satira Gog (1931) u s-saġġ Dante Vivo (Dante Ħaj; 1933).[19]

It-Tieni Gwerra Dinjija u l-kollaborazzjonijiet mal-Faxxiżmu

immodifika
 
Karikatura ta’ Papini magħmula minn Carlo Carrà u Ardengo Soffici, 1922

Huwa sar għalliem fl-Università ta’ Bologna fl-1935, meta l-awtoritajiet Faxxisti kkonfermaw “ir-reputazzjoni impekkabbli” ta’ Papini permezz tal-ħatra tiegħu. Fl-1937, Papini ppubblika l-unika volum tal-iStoria della Letteratura Italiana tiegħu, li ddedika lil Benito Mussolini: "lid-Duce, ħabib tal-poeżija u tal-poeti"[20], wara li ngħata karigi għoljin fid-dinja akkademika, speċjalment fl-istudju tar-Rinaxximent Taljan. Fl-1940 l-iStoria della Letteratura Italiana ġiet ippubblikat fil-Ġermanja Nażista bit-titlu L-Italja Eterna: Il-Kobor fl-Imperu tal-Ittri (bil-Ġermaniż: Ewiges Italien – Die Großen im Reich seiner Dichtung).

Papini kien il-Viċi President tal-Europäische Schriftstellervereinigung (jiġifieri l-Lega tal-Kittieba Ewropej), li ġiet stabbilita minn Joseph Goebbels fl-1941-1942.[21] Meta r-reġim Faxxista sfaxxa fl-1943, Papini daħal f’kunvent Franġiskan f’La Verna, bl-isem ta’ "Fra' Bonaventura".[22]

L-aħħar snin

immodifika

Huwa ġie skreditat kważi għalkollox fl-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija[23], Papini ġie difiż mid-dritt politiku Kattoliku. Ix-xogħol tiegħu kkonċentra fuq suġġetti differenti, inkluż bijografija ta’ Mikelanġlu, filwaqt li kompla jippubblika saġġi traġiċi u kiebja. Huwa kkollabora mal-Corriere della Sera, u kkontribwixxa b’artikli li ġew ippubblikati bħala volum wara mewtu.

 
Il-qabar ta’ Papini fiċ-Cimitero delle Porte Sante, Firenze

Papini kien ilu jbati minn paraliżi progressiva (minħabba l-marda fin-newroni taċ-ċaqliq, magħrufa iktar bħala l-paraliżi muskolari progressiva jew ALS[24]) u għama matul l-aħħar snin ta’ ħajtu. Huwa miet meta kellu 75 sena.[25]

Skont l-istoriku tal-arti Richard Dorment[26][27][28], ir-reġim ta’ Francisco Franco u n-NATO użaw is-sensiela ta’ intervisti immaġinarji ta’ Papini (Il Libro Nero, 1951) bħala propaganda kontra Pablo Picasso[29], sabiex jimminaw b’mod drastiku l-immaġni pro-Komunista tiegħu. Fl-1962, l-artist staqsa lill-bijografu tiegħu Pierre Daix, biex jesponi l-intervista taparsi, u hu għamel dan fil-Les Lettres Françaises.[30]

Papini kien ammirat minn Bruno de Finetti, il-fundatur ta’ teorija soġġettiva tal-probabbiltà, u minn Jorge Luis Borges, li sostna li Papini kien awtur “li ma kienx jistħoqqlu jiġi minsi” u inkluda wħud mill-istejjer tiegħu fil-Librerija ta’ Babel.[31]

Kultura popolari

immodifika

Pubblikazzjonijiet

immodifika
  • La Teoria Psicologica della Previsione (1902).
  • Sentire Senza Agire e Agire Senza Sentire (1905).
  • Il Crepuscolo dei Filosofi (1906).
  • Il Tragico Quotidiano (1906).
  • La Coltura Italiana (ma’ Giuseppe Prezzolini, 1906).
  • Il Pilota Cieco (1907).
  • Le Memorie d'Iddio (1911).
  • L'Altra Metà (1911).
  • La Vita di Nessuno (1912).
  • Parole e Sangue (1912).
  • Un Uomo Finito (1913).
  • Ventiquattro Cervelli (1913).
  • Sul Pragmatismo: Saggi e Ricerche, 1903–1911 (1913).
  • Almanacco Purgativo 1914 (ma’ Ardengo Soffici et al., 1913).
  • Buffonate (1914).
  • Vecchio e Nuovo Nazionalismo (ma’ Giuseppe Prezzolini, 1914).
  • Cento Pagine di Poesia (1915).
  • Maschilità (1915).
  • La Paga del Sabato (1915).
  • Stroncature (1916).
  • Opera Prima (1917).
  • Polemiche Religiose (1917).
  • Testimonianze (1918).
  • L'Uomo Carducci (1918).
  • L'Europa Occidentale Contro la Mittel-Europa (1918).
  • Chiudiamo le Scuole (1918).
  • Giorni di Festa (1918).
  • L'Esperienza Futurista (1919).
  • Poeti d'Oggi (ma’ Pietro Pancrazi, 1920).
  • Storia di Cristo (1921).
  • Antologia della Poesia Religiosa Italiana (1923).
  • Dizionario dell'Omo Salvatico (ma’ Domenico Giuliotti, 1923).
  • L'Anno Santo e le Quattro Paci (1925).
  • Pane e Vino (1926).
  • Gli Operai della Vigna (1929).
  • Sant'Agostino (1931).
  • Gog (1931).
  • La Scala di Giacobbe (1932).
  • Firenze (1932).
  • Il Sacco dell'Orco (1933).
  • Dante Vivo (1933).
  • Ardengo Soffici (1933).
  • La Pietra Infernale (1934).
  • Grandezze di Carducci (1935).
  • I Testimoni della Passione (1937).
  • Storia della Letteratura Italiana (1937).
  • Italia Mia (1939).
  • Figure Umane (1940).
  • Medardo Rosso (1940).
  • La Corona d'Argento (1941).
  • Mostra Personale (1941).
  • Prose di Cattolici Italiani d'Ogni Secolo (ma’ Giuseppe De Luca, 1941).
  • L'Imitazione del Padre. Saggi sul Rinascimento(1942).
  • Racconti di Gioventù (1943).
  • Cielo e Terra (1943).
  • Foglie della Foresta (1946).
  • Lettere agli Uomini di Papa Celestino VI (1946).
  • Primo Conti (1947).
  • Santi e Poeti (1948).
  • Passato Remoto (1948).
  • Vita di Michelangiolo (1949).
  • Le Pazzie del Poeta (1950).
  • Firenze Fiore del Mondo (with Ardengo Soffici, Piero Bargellini and Spadolini, 1950).
  • Il Libro Nero (1951).
  • Il Diavolo (1953).
  • Il Bel Viaggio (with Enzo Palmeri, 1954).
  • Concerto Fantastico (1954).
  • Strane Storie (1954).
  • La Spia del Mondo (1955).
  • La Loggia dei Busti (1955).
  • Le Felicità dell'Infelice (1956).

Wara mewtu

  • L'Aurora della Letteratura Italiana: Da Jacopone da Todi a Franco Sacchetti (1956).
  • Il Muro dei Gelsomini: Ricordi di Fanciullezza (1957).
  • Giudizio Universale (1957).
  • La Seconda Nascita (1958).
  • Dichiarazione al Tipografo (1958).
  • Città Felicità (1960).
  • Diario (1962).
  • Schegge (Articles published in Corriere della Sera, 1971).
  • Rapporto sugli Uomini (1978).

Xogħlijiet miġbura flimkien

immodifika
  • Tutte le Opere di Giovanni Papini, 11-il volum, Milan: Mondadori (1958–66)

Xogħlijiet tradotti bl-Ingliż

immodifika
  • Four and Twenty Minds. New York: Thomas Y. Crowell Company, 1922.
  • The Story of Christ. London: Hodder and Stoughton, 1923 [Rapp. bħala Life of Christ. New York: Harcourt, Brace and Co., 1923].
  • The Failure. New York: Harcourt, Brace and Company, 1924 [Rapp. bħala A Man-Finished. Londra: Hodder & Stoughton, 1924].
  • The Memoirs of God. Boston: The Ball Publishing Co., 1926.
  • A Hymn to Intelligence. Pittsburgh: The Laboratory Press, 1928.
  • A Prayer for Fools, Particularly Those we See in Art Galleries, Drawing-rooms and Theatres. Pittsburgh: The Laboratory Press, 1929.
  • Laborers in the Vineyard. Londra: Sheed & Ward, 1930.
  • Life and Myself, tradott minn Dorothy Emmrich. New York: Brentano's, 1930.
  • Saint Augustine. New York: Harcourt, Brace and Co., 1930.
  • Gog, tradott minn Mary Prichard Agnetti. New York: Harcourt, Brace and Co., 1931.
  • Dante Vivo. New York: The Macmillan Company, 1935.
  • The Letters of Pope Celestine VI to All Mankind. New York: E.P. Dutton & Co., Inc., 1948.
  • Florence: Flower of the World. Firenze: L'Arco, 1952 [ma’ Ardengo Soffici u Piero Bargellini].
  • Michelangelo, his Life and his Era. New York: E. P. Dutton, 1952.
  • The Devil; Notes for Future Diabology. New York: E.P. Dutton, 1954 [Londra: Eyre & Spottiswoode, 1955].
  • Nietzsche: An Essay. Mount Pleasant, Michigan: Enigma Press, 1966.
  • "The Circle is Closing." Lawrence Rainey (ed.), Futurism: An Anthology, Yale University Press, 2009.

Selezzjoni ta’ artikli

immodifika
  • "Philosophy in Italy," The Monist 8 (4), Lulju 1903, pp. 553–585.
  • "What Pragmatism is Like," Popular Science Monthly, Vol. LXXI, Ottubru 1907, pp. 351–358.
  • "The Historical Play," The Little Review 6 (2), pp. 49–51.
  • "Ignoto," The New Age 26 (6), 1919, p. 95.
  • "Buddha," The New Age 26 (13), 1920, pp. 200–201.
  • "Rudolph Eucken" The Open Court, 38 (5), Mejju 1924, pp. 257–261.

Stejjer qosra

immodifika
  • "The Debt of a Day," The International 9 (4), 1915, pp. 105–107.
  • "The Substitute Suicide," The International 10 (5), 1916, pp. 148–149.
  • "Four-Hundred and Fifty-Three Love Letters," The Stratford Journal 3 (1), 1918, pp. 9–12.
  • "The Beggar of Souls" The Stratford Journal 4, 1919, p. 59–64.
  • "Life: The Vanishing Mirror," Vanity Fair 13 (6), 1920, p. 53.
  • "Don Juan's Lament," Vanity Fair 13 (10), 1920, p. 43.
  • "An Adventure in Introspection," Vanity Fair 13 (10), 1920, p. 65.
  • "Having to do with Love – and Memory," Vanity Fair 14 (2), 1920, p. 69.
  • "For no Reason," Vanity Fair 14 (3), 1920, pp. 71, 116.
  • "The Prophetic Portrait," Vanity Fair 14 (4), 1920, p. 73.
  • "The Man who Lost Himself," Vanity Fair 14 (5), 1920, p. 35.
  • "Hope," Vanity Fair 14 (6), 1920, p. 57.
  • "The Magnanimous Suicide," Vanity Fair 15 (1), 1920, p. 73.
  • "The Lost Day," Vanity Fair 15 (3), 1920, pp. 79, 106.
  • "Two Faces in the Well," Vanity Fair 15 (4), 1920, p. 41.
  • "Two Interviews with the Devil," Vanity Fair 15 (5), 1921, pp. 59, 94.
  • "The Bartered Souls," Vanity Fair 15 (6), 1921, p. 57.
  • "The Man Who Could Not be Emperor," Vanity Fair 16 (1), 1921, p. 41.
  • "A Man Among Men — No More," Vanity Fair 16 (2), 1921.
  • "His Own Jailer," The Living Age, id-9 ta’ Diċembru 1922.
  • "Pallas and the Centaur," Italian Literary Digest 1 (1), April 1947.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Lachs, John; B. Talisse, Robert (2008). American Philosophy: An Encyclopedia. p. 562.
  2. ^ "LETTERATURA ITALIANA a cura di Paola Italia GIOVANNI PAPINI-GIUSEPPE PREZZOLINI" (PDF).
  3. ^ Marrone, Gaetana; Puppa, Paolo (2006). Encyclopedia of Italian Literary Studies. p. 1347.
  4. ^ Catholic authors :contemporary biographical sketches, 1930-[1952] /. Newark [N.J.]
  5. ^ Boyd, Ernest (1925). "Giovanni Papini." In: Studies from Ten Literatures. New York: Charles Scribner's Sons, p. 167.
  6. ^ Kunitz, Stanley (1931). "Giovanni Papini." In: Living Authors: A Book of Biographies. New York: The H.W. Wilson company, p. 314.
  7. ^ Bondanella, Peter; Bondanella, Julia Conway; Shiffman, Jody Robin (2001-01-01). Cassell Dictionary Italian Literature (bl-Ingliż). A&C Black. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  8. ^ Orlandi, Daniela (2007). "Papini (1881–1856)." In: Encyclopedia of Italian Literary Studies, Paolo Puppa & Luca Somigli (eds.), Vol. I. Taylor & Francis, p. 1347.
  9. ^ Collins, Joseph; Butler, Samuel; D'Annunzio, Gabriele; Panzini, Alfredo; Papini, Giovanni (1920). Idling in Italy: studies of literature and of life. New York, Scribner.
  10. ^ Clough, Rosa Trillo (1961). Futurism :the story of a modern art movement, a new appraisal. New York :.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link)
  11. ^ Sharkey, Stephen & Robert S. Dombronski (1976). "Revolution, Myth and Mythical Politics: The Futurist Solution," Journal of European History 6 (23), pp. 231–247.
  12. ^ Orlandi, Daniela (2007), p. 1347.
  13. ^ Hoehn, Matthew (1948), p. 607.
  14. ^ Orlandi, Daniela (2007), p. 1347.
  15. ^ Goldberg, Isaac (1919). "The Intellectual Ferment in Post-Bellum Italy," The Bookman, Vol. L, No. 2, p. 158.
  16. ^ Sanctis, Sante de (1927). Religious Conversion, a Bio-Psychological Study. London: K. Paul, Trench, Trubner & Co., ltd., p. 280.
  17. ^ Livingston, Arthur (1950). "Papini Tells of his Intellectual Adventures." In: Essays on Modern Italian Literature. New York: S.F. Vanni, pp. 56–68.
  18. ^ Tendencies of the Modern Novel. Freeport, N.Y.: Books for Libraries Press, Inc., pp. 130–131.
  19. ^ Beckett, Samuel (1934). Papini's Dante. London: Hodder and Stoughton.
  20. ^ Traversi, D.A. (1939). "Giovanni Papini and Italian Literature," Scrutiny 7 (4), p. 415.
  21. ^ Hausmann, Frank-Rutger (2004). "Dichte, Dichter, tage nicht!" Die Europäische Schriftsteller-Vereinigung in Weimar 1941–1948. Frankfurt am Main: Vittorio Klostermann, p. 210 ISBN 3-465-03295-0
  22. ^ Orlandi, Daniela (2007), p. 1347.
  23. ^ Lachs, John (2008-03-31). American Philosophy: An Encyclopedia. 1. Volume. New York, NY: Routledge. p. 562. ISBN 978-1-135-94887-0.
  24. ^ Roberto Ridolfi, Vita di Giovanni Papini, 1987, pp. 211-212.
  25. ^ "Giovanni Papini, Author, Is Dead; Italian Philosopher, 75, Who Wrote 'Life of Christ,' Won Prize for Study of Dante". The New York Times. July 9, 1956. p. 23. ISSN 0362-4331.
  26. ^ The Spectator, 2 April 1993, p. 24.
  27. ^ "Letter: That notorious fake". The Independent (bl-Ingliż). 2011-10-22. Miġbur 2021-07-08.
  28. ^ The Spectator, 1 May 1998, p. 27.
  29. ^ "Apology for a False Picasso 'Quote'," Life, Vol. LXVI, No. 2, January 17, 1969, p. 18B.
  30. ^ Pierre d'Aix, Les Lettres Francaises, 12–18, Décembre, 1963.
  31. ^ Borges, Jorge Louis (1975). Preface to Papini's, Lo Specchio che Fugge. Parma-Milano: Franco Maria Ricci.
  32. ^ Hofer, Matthew (2011). “Mina Loy, Giovanni Papini, and the Aesthetic of Irritation,” Paideuma 38.