European Border Breakers Awards

Ta' kull sena, il-European Border Breakers Awards (EBBA)[1] jirrikonoxxu s-suċċess ta' għaxar mużiċisti jew gruppi emerġenti li laħqu udjenzi barra minn pajjiżhom bl-ewwel album tagħhom. Ir-rebbieħa tal-European Border Breakers Award jinkludu lil Adele, Tokio Hotel, The Baseballs, Zaz, Lykke Li, Milow, Katie Melua, Damien Rice, Caro Emerald, Stromae u Mumford & Sons.[1]

European Border Breakers Awards 2012 - Selah Sue (Mike Breeuwer)
Ir-rebbieħa kollha tal-European Border Breakers Awards 2012 (Mike Breeuwer)

Organizzazzjoni immodifika

Il-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.[2] L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.[3]

Imsieħba immodifika

  • European Broadcasting Union (L-Unjoni tax-Xandir Ewropea) (EBU)[4]
  • The European Talent Exchange Program (ETEP) (Il-Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talenti), li jifforma netwerk bejn il-festivals Ewropej tal-mużika popolari, biex b'hekk jiffaċilita l-ibbukkjar ta' gruppi mużikali Ewropej barra minn pajjiżhom.[4] Joffri wkoll tagħrif għall-midja dwar artisti emerġenti Ewropej.[5]

L-għażla tar-rebbieħa immodifika

L-artisti jew gruppi nnominati għall-European Border Breakers Awards jintgħażlu skont dawn il-kriterji:

  • Is-suċċess fl-aħħar sena tal-ewwel xogħol internazzjonali tagħhom fil-pajjiżi Ewropej barra l-pajjiż tagħhom.
  • L-ammont ta' drabi li l-istazzjonijiet tar-radju tal-Unjoni tax-Xandir Ewropea idoqqu d-diski tal-artist.
  • Is-suċċess tal-artist fil-festivals tal-Ewropa (ETEP) barra minn pajjiżu.[6]

Il-Premju tal-Għażla tal-Poplu immodifika

Sa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju "normali".[7] L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.[8]

L-ispettaklu immodifika

 
European Border Breakers Awards 2012 - Anna Calvi (Mike Breeuwer)

Sa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.[7] Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu. Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali. Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.[9] L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.

Tagħrif storiku immodifika

Kienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.[2] Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea. Il-European Border Breakers Awards jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.[7]

Rebbieħa immodifika

2012 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Awstrija Elektro Guzzi Elektro Guzzi
  Belġju Selah Sue Selah Sue
  Danimarka Agnes Obel Philharmonics
  Franza Ben l’Oncle Soul Soulman
  Ġermanja Boy Mutual Friends
  Irlanda James Vincent McMorrow Early in the Morning
  Olanda Afrojack Lost and Found
  Rumanija Alexandra Stan Saxobeats
  Żvezja Swedish House Mafia Until One
  Renju Unit Anna Calvi Anna Calvi

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue

2011 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Danimarka Aura Dione Columbine
  Ġermanja The Baseballs Strike
  Franza Zaz ZAZ
  Norveġja Donkeyboy Caught
  Rumanija Inna Hot
  Awstrija Saint Lu Saint Lu
  Renju Unit Mumford & Sons Sigh No More
  Żvezja Miike Snow Miike Snow
  Olanda Caro Emerald Deleted Scenes From The Cutting Room
  Belġju Stromae Cheese

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs

2010 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Belġju Milow Milow
  Renju Unit Charlie Winston Hobo
  Ġermanja Peter Fox Stadtaffe
  Awstrija Soap&Skin Lovetune for Vacuum
  Estonja Kerli Love Is Dead
  Żvezja Jenny Wilson Hardships
  Portugall Buraka Som Sistema Black Diamond
  Franza Sliimy Paint Your Face
  Olanda Esmée Denters Outta Here
  Italja Giusy Ferreri Gaetana

Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow

2009 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Franza Aaron Artificial Animals Riding on Neverland
  Renju Unit Adele 19
  Danimarka Alphabeat Alphabeat
  Ġermanja Cinema Bizarre Final Attraction
  Franza The Dø A Mouthfull
  Olanda Kraak & Smaak Boogie Angst
  Danimarka Ida Corr One
  Żvezja Lykke Li Youth Novels
  Irlanda The Script The Script
  Renju Unit The Ting Tings We Started Nothing

2008 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Belġju Reborn Fools Rush In
  Danimarka Dúné We are in there, you are out there
  Finlandja Sunrise Avenue On The Way To Wonderland
  Franza Ayo Joyful
  Ġermanja Cascada Everytime We Touch
  Irlanda Dolores O'Riordan Are You Listening?
  Polonja Hemp Gru Klucz
  Spanja Miguel Ángel Muñoz M.A.M.
  Żvezja Basshunter LOL <(^^)>
  Renju Unit The Fratellis Costello Music

2007 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Belġju Gabriel Ríos Ghostboy
  Ġermanja Tokio Hotel Schrei
  Franza Ilona Mitrecey Un monde parfait
  Greċja Elena Paparizou My Number One
  Renju Unit Corinne Bailey Rae Corinne Bailey Rae
  Irlanda Celtic Woman Celtic Woman
  Italja Vittorio Grigolo In the Hands of Love
  Polonja Blog 27 Lol
  Żvezja José González Veneer
  Spanja Beatriz Luengo Beatriz Luengo

2006 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Belġju Sarah Bettens Scream
  Danimarka Hush A Lifetime
  Ġermanja Juli Es ist Juli
  Franza Amel Bent Un jour d'été
  Renju Unit KT Tunstall Eye to the Telescope
  Irlanda Hal Hal
  Żvezja Arash Boro Boro
  Spanja Bebe Pafuera Telanaras
  Ungerija Heaven Street Seven Get Out And Walk!

2005 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Danimarka The Raveonettes Chain gang of love
  Ġermanja Wir sind Helden Die Reklamation
  Finlandja Redrama Every Day Soundtrack
  Franza Corneille Parce que l'on vient de loin
  Renju Unit Katie Melua Call Off the Search
  Irlanda Damien Rice O
  Italja Benny Benassi Hypnotica
  Polonja Myslovitz Korova Milky Bar
  Żvezja Ana Johnsson The Way I Am

2004 immodifika

Pajjiż Mużiċist Album
  Belġju Lasgo Some Things
  Danimarka Saybia The Second You Sleep
  Ġermanja Masterplan Masterplan
  Franza Carla Bruni Quelqu'un m'a dit
  Renju Unit The Darkness Permission To Land
  Irlanda The Thrills So Much For The City
  Italja Tiziano Ferro Rosso Relativo
  Portugall Mariza Fado Em Mim
  Spanja Las Ketchup Hijas del Tomate

Referenzi immodifika

  1. ^ Subba-cultcha.com, ed. (19-09-2011). "Winners of the 2011 European Border Breakers Awards" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-07. Miġbur 2012-01-31. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ a b "A guide to music festivals at home and in the EU", Talktoeu.ie. Arkivjat fid-19 ta' Settembru, 2011
  3. ^ Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (18-09-2011). "About Eurosonic Noorderslag" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ a b Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (19-09-2011). "EBBA Awards" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Etep.nl, ed. (19-09-2011). "European Talent Exchange Program" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Europeanborderbreakersawards.eu, ed. (19-09-2011). "Selection criteria" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ a b ċ Ec.europa.eu, ed. (19-09-2011). "European Union Award for Contemporary Music" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Encore.celebrityaccess.com, ed. (19-09-2011). "Milow Wins First Public Choice At EBBA!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ Nps.nl, ed. (08-01-2011). "Programma" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni immodifika