European Border Breakers Awards
Ta' kull sena, il-European Border Breakers Awards (EBBA)[1] jirrikonoxxu s-suċċess ta' għaxar mużiċisti jew gruppi emerġenti li laħqu udjenzi barra minn pajjiżhom bl-ewwel album tagħhom. Ir-rebbieħa tal-European Border Breakers Award jinkludu lil Adele, Tokio Hotel, The Baseballs, Zaz, Lykke Li, Milow, Katie Melua, Damien Rice, Caro Emerald, Stromae u Mumford & Sons.[1]
Organizzazzjoni
immodifikaIl-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.[2] L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.[3]
Imsieħba
immodifika- European Broadcasting Union (L-Unjoni tax-Xandir Ewropea) (EBU)[4]
- The European Talent Exchange Program (ETEP) (Il-Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talenti), li jifforma netwerk bejn il-festivals Ewropej tal-mużika popolari, biex b'hekk jiffaċilita l-ibbukkjar ta' gruppi mużikali Ewropej barra minn pajjiżhom.[4] Joffri wkoll tagħrif għall-midja dwar artisti emerġenti Ewropej.[5]
L-għażla tar-rebbieħa
immodifikaL-artisti jew gruppi nnominati għall-European Border Breakers Awards jintgħażlu skont dawn il-kriterji:
- Is-suċċess fl-aħħar sena tal-ewwel xogħol internazzjonali tagħhom fil-pajjiżi Ewropej barra l-pajjiż tagħhom.
- L-ammont ta' drabi li l-istazzjonijiet tar-radju tal-Unjoni tax-Xandir Ewropea idoqqu d-diski tal-artist.
- Is-suċċess tal-artist fil-festivals tal-Ewropa (ETEP) barra minn pajjiżu.[6]
Il-Premju tal-Għażla tal-Poplu
immodifikaSa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju "normali".[7] L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.[8]
L-ispettaklu
immodifikaSa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.[7] Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu. Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali. Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.[9] L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.
Tagħrif storiku
immodifikaKienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.[2] Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea. Il-European Border Breakers Awards jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.[7]
Rebbieħa
immodifika2012
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Awstrija | Elektro Guzzi | Elektro Guzzi |
Belġju | Selah Sue | Selah Sue |
Danimarka | Agnes Obel | Philharmonics |
Franza | Ben l’Oncle Soul | Soulman |
Ġermanja | Boy | Mutual Friends |
Irlanda | James Vincent McMorrow | Early in the Morning |
Olanda | Afrojack | Lost and Found |
Rumanija | Alexandra Stan | Saxobeats |
Żvezja | Swedish House Mafia | Until One |
Renju Unit | Anna Calvi | Anna Calvi |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue
2011
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Danimarka | Aura Dione | Columbine |
Ġermanja | The Baseballs | Strike |
Franza | Zaz | ZAZ |
Norveġja | Donkeyboy | Caught |
Rumanija | Inna | Hot |
Awstrija | Saint Lu | Saint Lu |
Renju Unit | Mumford & Sons | Sigh No More |
Żvezja | Miike Snow | Miike Snow |
Olanda | Caro Emerald | Deleted Scenes From The Cutting Room |
Belġju | Stromae | Cheese |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs
2010
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Milow | Milow |
Renju Unit | Charlie Winston | Hobo |
Ġermanja | Peter Fox | Stadtaffe |
Awstrija | Soap&Skin | Lovetune for Vacuum |
Estonja | Kerli | Love Is Dead |
Żvezja | Jenny Wilson | Hardships |
Portugall | Buraka Som Sistema | Black Diamond |
Franza | Sliimy | Paint Your Face |
Olanda | Esmée Denters | Outta Here |
Italja | Giusy Ferreri | Gaetana |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow
2009
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Franza | Aaron | Artificial Animals Riding on Neverland |
Renju Unit | Adele | 19 |
Danimarka | Alphabeat | Alphabeat |
Ġermanja | Cinema Bizarre | Final Attraction |
Franza | The Dø | A Mouthfull |
Olanda | Kraak & Smaak | Boogie Angst |
Danimarka | Ida Corr | One |
Żvezja | Lykke Li | Youth Novels |
Irlanda | The Script | The Script |
Renju Unit | The Ting Tings | We Started Nothing |
2008
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Reborn | Fools Rush In |
Danimarka | Dúné | We are in there, you are out there |
Finlandja | Sunrise Avenue | On The Way To Wonderland |
Franza | Ayo | Joyful |
Ġermanja | Cascada | Everytime We Touch |
Irlanda | Dolores O'Riordan | Are You Listening? |
Polonja | Hemp Gru | Klucz |
Spanja | Miguel Ángel Muñoz | M.A.M. |
Żvezja | Basshunter | LOL <(^^)> |
Renju Unit | The Fratellis | Costello Music |
2007
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Gabriel Ríos | Ghostboy |
Ġermanja | Tokio Hotel | Schrei |
Franza | Ilona Mitrecey | Un monde parfait |
Greċja | Elena Paparizou | My Number One |
Renju Unit | Corinne Bailey Rae | Corinne Bailey Rae |
Irlanda | Celtic Woman | Celtic Woman |
Italja | Vittorio Grigolo | In the Hands of Love |
Polonja | Blog 27 | Lol |
Żvezja | José González | Veneer |
Spanja | Beatriz Luengo | Beatriz Luengo |
2006
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Sarah Bettens | Scream |
Danimarka | Hush | A Lifetime |
Ġermanja | Juli | Es ist Juli |
Franza | Amel Bent | Un jour d'été |
Renju Unit | KT Tunstall | Eye to the Telescope |
Irlanda | Hal | Hal |
Żvezja | Arash | Boro Boro |
Spanja | Bebe | Pafuera Telanaras |
Ungerija | Heaven Street Seven | Get Out And Walk! |
2005
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Danimarka | The Raveonettes | Chain gang of love |
Ġermanja | Wir sind Helden | Die Reklamation |
Finlandja | Redrama | Every Day Soundtrack |
Franza | Corneille | Parce que l'on vient de loin |
Renju Unit | Katie Melua | Call Off the Search |
Irlanda | Damien Rice | O |
Italja | Benny Benassi | Hypnotica |
Polonja | Myslovitz | Korova Milky Bar |
Żvezja | Ana Johnsson | The Way I Am |
2004
immodifikaPajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Lasgo | Some Things |
Danimarka | Saybia | The Second You Sleep |
Ġermanja | Masterplan | Masterplan |
Franza | Carla Bruni | Quelqu'un m'a dit |
Renju Unit | The Darkness | Permission To Land |
Irlanda | The Thrills | So Much For The City |
Italja | Tiziano Ferro | Rosso Relativo |
Portugall | Mariza | Fado Em Mim |
Spanja | Las Ketchup | Hijas del Tomate |
Referenzi
immodifika- ^ Subba-cultcha.com, ed. (19-09-2011). "Winners of the 2011 European Border Breakers Awards" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-07. Miġbur 2012-01-31. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ a b "A guide to music festivals at home and in the EU", Talktoeu.ie. Arkivjat fid-19 ta' Settembru, 2011
- ^ Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (18-09-2011). "About Eurosonic Noorderslag" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ a b Eurosonic-noorderslag.nl, ed. (19-09-2011). "EBBA Awards" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Etep.nl, ed. (19-09-2011). "European Talent Exchange Program" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Europeanborderbreakersawards.eu, ed. (19-09-2011). "Selection criteria" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ a b ċ Ec.europa.eu, ed. (19-09-2011). "European Union Award for Contemporary Music" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Encore.celebrityaccess.com, ed. (19-09-2011). "Milow Wins First Public Choice At EBBA!" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Nps.nl, ed. (08-01-2011). "Programma" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)