Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Ryan Joseph Giggs (Cardiff, 29 ta' Novembru 1973) hu plejer tal-futbol minn Wales li ilu jilgħab il-karriera kollha tiegħu ma' Manchester United. Fis-snin disgħin beda fuq il-ġwejnħa x-xellugija u kompla f'din il-pożizzjoni fil-bidu tal-millenju l-ġdid, imma aktar riċentament beda fi rwol aktar offensiv u ċentrali.Abel Steven Hernández

Giggs iżomm numru ta' rekords marbutin mal-kamp tal-futbol, fosthom dak tal-plejer l-aktar dekorat fl-istorja tal-futbol Ingliż. Fil-11 ta' Mejju 2008, hu sar l-ewwel plejer li rnexxielu jirbaħ 10 midalji tal-kampjonat Ingliż. Giggs kien l-ewwel plejer fl-istorja li rebaħ żewġ unuri konsekuttivi tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA (1992 u 1993) u l-uniku plejer li lagħab u skorja f'kull staġun tal-Premier League minn mindu ġie introdott fl-1992, fejn iżomm ukoll ir-rekord għall-aktar numru ta' assists li rregala fil-kampjonat.[1]

Snin tal-bidu

immodifika

Giggs twieled f'Canton, Cardiff, ġewwa Wales, lil Danny Wilson u Lynne Giggs (issa Lynne Johnson). Bħala tifel, Giggs trabba f'Ely, subborg ta' Cardiff, però ħafna mill-ħin tiegħu kien iqattgħu mal-ġenituri ta' ommu u jilgħab il-futbol fit-triqat ta' ħdejn id-dar tagħhom f'Pentrebane. Fl-1980, meta Giggs kellu sitt snin, missieru ngħaqad mat-tim tar-rugbi Swinton RLC, fejn b'hekk il-familja kellha timxi lejn it-Tramuntana lejn Manchester. Dan it-trasferiment kien wiħed trawmatiku għal Giggs hekk kif hu kien qrib ħafna ta' nannietu f'Cardiff. Giggs hu ta' razza mħallta — nannuh min-naħa ta' missieru hu minn Sierra Leone — u tkellem ħafna fuq ir-razziżmu li affaċċja meta kien għadu żgħir.[2]

Wara li ttrasferixxa lejn Manchester, Giggs deher għat-tim lokali ta' Deans FC, li kienu taħt il-gwida ta' Dennis Schofield, li kien jaħdem f'isem Manchester City. L-ewwel partita tiegħu ma' Deans intemmet f'telfa ta' 9–0 kontra Stretford Vico. Madanakollu ħafna kienu n-nies li faħħru l-prestazzjoni tajba ta' Giggs. Schofield irrakkomanda lil Giggs lil Manchester City, u huma kisbu l-firma tiegħu. Sadanittant, Giggs kompla jilgħab għal Salford Boys, li kienu laħqu l-finali tal-kompetizzjoni tal-Granada Schools Cup f'Anfield fl-1987. It-tim ta' Giggs rebħet il-finali, b'Giggs bħala l-kaptan tal-iskwadra.

Waqt li kien qed jilgħab ma' Deans, Harold Wood, li kien jaħdem f'isem Manchester United, segwa ħafna l-prestazzjonijiet ta' Giggs u kien impressjonat, tant li pproponieh lil Alex Ferguson. Wara li ġie offrut perjodu ta' prova matul iż-żmien tal-Milied fl-1986, f'għeluq l-erbatax-il sena, Ferguson offrielu kuntratt ta' sentejn mal-akkademja waqt li pperswadew lil Giggs bl-opportunità li jsir plejer professjonali fi tliet snin.

Ma' Manchester United

immodifika

Ħarsa ġenerali

immodifika

Giggs għamel l-ewwel dehra mal-klabb matul l-istaġun 1990–91 u sar figura regulari mal-ewwel tim mill-istaġun 1991–92. Hu hu l-aktar plejer li lagħab l-aktar partiti kompetittivi għall-klabb, u jżomm ir-rekord tal-klabb tal-aktar trofej mirbuħa minn plejer (23).[3] Mill-1992, hu kiseb għaxar midalji tal-Premier League, erba' midalji tal-FA Cup, tlieta tal-League Cup u tnejn taċ-Champions League. Barra minn hekk hu spiċċa finalista tellief f'żewġ finali tal-FA Cup u tnejn tal-League Cup, u kif ukoll kien parti minn erba' timijiet ta' United li spiċċa fit-tieni post fil-kampjonat. Fis-snin riċenti, Giggs kien il-kaptan tal-iskwadra f'diversi okkażżjonijiet, partikularment matul l-istaġun 2007–08 meta l-kaptan regulari Gary Neville kien barra mil-logħob minħabba li kien imweġġa'.

Staġun debuttanti

immodifika

F'għeluq is-sbatax-il sena Giggs iddebutta kontra Everton ġewwa Old Trafford nhar it-2 ta' Marzu 1991, bħala sostitut għal Denis Irwin fit-telfa ta' 2–0. Fl-ewwel dehra tiegħu mal-ewwel ħdax, Giggs skorja l-ewwel gowl tiegħu fir-rebħa ta' 1–0 fid-derbi ta' Manchester tal-4 ta' Mejju 1991, minkejja li deher li l-gowl kien awtogowl ta' Colin Hendry. Hu ma kienx inkluż fost is-sittax-il plejer li għelbu lil Barcelona fit-Tazza tat-Tazez Ewropej ħdax-il ġurnata wara.

Fil-bidu tal-istaġun 1991–92 beda bħala plejer regulari mal-iskwadra, minkejja li xorta waħda baqa' attiv mas-settur ġovanili, fejn kien kaptan tat-tim li ttrijonfa fl-FA Youth Cup fl-1992. Giggs żblokka mal-ewwel tim meta kien għad għandu sbatax-il sena, u kompla fost uħud miż-żgħażagħ ta' United li telgħu mal-ewwel tim taħt Ferguson. F'dak l-istaġun, Giggs lagħab fit-tim li spiċċa fit-tieni post tal-Ewwel Diviżjoni taħt Leeds United. Giggs kiseb l-ewwel trofew tiegħu fit-12 ta' April 1992 hekk kif United għelbu lil Nottingham Forest fil-finali tal-League Cup, wara li Giggs assista lil Brian McClair għall-uniku gowl tal-konfront. Fi tmiem l-istaġun, hu ġie vvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA.

Bidu tal-karriera

immodifika

Il-bidu tal-istaġun 1992–93 — l-ewwel staġun tal-Premier League — ra lil Giggs ikun diġà figura importanti fit-tim ta' United, u sar magħruf bħala wieħed mill-aktar prospetti tal-futbol Brittaniku. F'din l-età żagħżugħa Giggs beda jsir aktar popolari, fejn barra li kellu programm televiżiv tiegħu li kien iġib l-isem ta' Ryan Giggs' Soccer Skills (1994), hu deher f'diversi faċċati ta' rivisti, bħala parti mill-isforz li sar mill-Premier League biex ibiddlu l-immaġini ħażina li inħolqot fis-snin tmenin minħabba każi ta' ħuliganiżmu. Hu ngħata ġieħ bħala l-ewwel stilla tal-futbol li qatt qabad l-immaġinazzjoni tal-pubbliku b'tali mod popolari mill-era ta' George Best,[4] u l-ironija kienet li Best u Bobby Charlton kienu jiddeskrivu lil Giggs bħala l-aktar plejer żagħżugħ favorit tagħhom.

Tant kien it-talent ta' Giggs li kliem bħal "ġenju" u "maġiku" kienu ħafna drabi jidħlu fid-deskrizzjonijiet li sħabu kienu jagħtu fuqu, bħal Paul Ince, waqt li Gary Pallister darba minnhom qal li d-difensuri ta' United kienu jgħidu "li demmhom kien idur biex jippruvaw jimmarkawh waqt it-taħriġ".[5] Steve Bruce stqarr ukoll li "Meta Ryan kien jiġri, kien jiġri daqs ir-riħ. Ma kontx tisimgħu, hu kien dak id-dawl fuq saqajh. Hu kellu dak il-moviment naturali, li permezz ta' ballun il-plejers kbar biss iħaddnu. Bl-ebda nuqqas ta' rispett lejn [David] Beckham u Scholesy, però hu hu l-uniku wieħed li minn dejjem kellu jkun stilla."[5]

Il-gowls tiegħu ħafna drabi kienu jiġu nominati għal diversi unuri tal-Gowl tal-Istaġun, u uħud kienu jkunu memorabbli, partikularment dawk kontra Queens Park Rangers fl-1993, Tottenham fl-1994, Everton fl-1995, Coventry fl-1996, u l-aktar wieħed popolari, il-gowl personali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup 1999. Matul il-ħin supplementari, Giggs seraq il-ballun wara li Patrick Vieira żbalja fil-passaġġ tiegħu, u għamel ġirja minn nofs il-grawnd sa ġewwa l-kaxxa l-kbira fejn għadda minn bejn id-difiża tal-Gunners, li kienet tinkludi lil Tony Adams, Lee Dixon u Martin Keown qabel ma x-xutt finali tiegħu spiċċa taħt ġewwa l-lasta difiża minn David Seaman.[6]

Lejn tmiem is-snin disgħin, bl-irtirar ta' Eric Cantona u l-introduzzjoni ta' plejers żgaħżagħ bħal David Beckham, Paul Scholes, Gary Neville, Philip Neville u Nicky Butt, il-profil fl-istampa ta' Giggs naqas u tilef diversi partiti minħabba li kien imweġġa', minkejja li l-forma tiegħu kienet kostantament waħda pożittiva. Mumenti memorabbli jinkludu l-gowl fil-ħin barrani kontra l-arċi-rivali Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup li ta lil United rebħa ta' 2-1, u l-gowl tal-pari fid-90 minuta fil-leg ġewwa darhom tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Juventus.

Fil-finali tal-UEFA Champions League 1998–99 Giggs assista lil Teddy Sheringham għall-gowl tal-pari qabel ma' Solskjær skorja l-gowl tar-rebħa sekondi wara, li wassal lil United għar-rebħ tat-Tripletta. Giggs kien ukoll Plejer tal-Partita hekk kif United għelbu lil Palmeiras biex kisbu t-Tazza Interkontinentali f'dik l-istess sena.

Is-snin ta' wara

immodifika
 
Ryan Giggs, 2006

Giggs kien wieħed mill-aktar plejers esperjenzati meta Denis Irwin telaq f'Mejju tal-2002, u sar pedina importanti tal-klabb, minkejja li kien għadu biss fl-età ta' 28 sena. Giggs kompla jtejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu fl-erba' snin wara t-trijonf tat-Tripletta fl-1999. United kienu ċampjins tal-Premier League fi tliet okkażżjonijiet minn erba' wara t-Tripletta, u kif ukoll laħqu l-kwarti tal-finali taċ-Champions League tliet darbiet u s-semifinali darba. Hu ċċelebra l-għaxar snin anniversarju f'Old Trafford b'partita ta' testimonjanza kontra Celtic fil-bidu tal-istaġun 2001–02. Sena wara, hu skorja l-100 gowl fil-karriera tiegħu f'pari ta' 2–2 kontra Chelsea ġewwa Stamford Bridge.

Hu kiseb ir-raba' suċċess fl-FA Cup nhar it-22 ta' Mejju 2004, fejn sar wieħed minn żewġ plejers biss (bl-ieħor ikun Roy Keane) li rebaħ dan it-trofew erba' darbiet waqt li kien qed jilgħab għal Manchester United. Hu spiċċa wkoll għal tliet darbiet bħala finalista tellief fl-1995, fl-2005 u fl-2007. Il-parteċipazzjoni tiegħu fir-rebħa kontra Liverpool f'Settembru tal-2004 għamlitu t-tielet plejer li lagħab 600 logħba għal United, ma' Bobby Charlton u Bill Foulkes.

Wara dan l-istaġun, Giggs estenda l-kuntratt b'sentejn oħra. Sussegwentament iffirma żewġ estensjonijiet tal-kuntratt ta' sena kull wieħed, li b'hekk se jżommu f'Old Trafford tal-anqas sa' Ġunju 2010, meta hu jkun 36. Giggs gawda minn karriera fejn ftit li xejn kellu perjodi mingħajr logħob minħabba li jkun weġġa', ħlief għal xi problemi fil-hamstring.

Nhar is-6 ta' Mejju 2007, bit-tim ta' Chelsea ma jiksibx aktar mill-pari ta' 1–1 kontra r-rivali ta' Londra Arsenal, Manchester United saru ċ-ċampjins tal-Ingilterra. Permezz ta' din il-midalja, Ryan Giggs għamel rekord ġdid ta' disa' titli tal-kampjonat, fejn għeleb ir-rekord preċedenti ta' tmienja maqsum flimkien ma' Alan Hansen u Phil Neal (li rebħu t-titli tagħhom ma' Liverpool). Giggs beda mal-ewwel ħdax fir-rebħa fiċ-Charity Shield 2007 fejn skorja l-gowl tal-vantaġġ momentarju, fil-partita li ntemmet sal-ħin normali 1–1. Fl-għoti tal-penalties ir-Red Devils ħarġu rebbieħa hekk kif il-gowler Edwin van der Sar salva l-penalties kollha ta' Chelsea.

Fl-istaġun 2007–08, Alex Ferguson adotta sistema ta' rotazzjoni bejn Giggs u l-plejers il-ġodda Nani u Anderson. Minkejja dan, Giggs baqa' bħala l-għażla favorita għall-konfront antiċipat ma' Chelsea ġewwa Old Trafford u l-passaġġ tiegħu għal Carlos Tevez irriżulta fl-ewwel gowl mal-klabb ta' dan tal-aħħar.

Giggs skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat nhar it-8 ta' Diċembru 2007 kontra Derby County, partita li United ħarġu rebbieħa 4–1.[7] Nhar l-20 ta' Frar 2008 hu għamel il-100 dehra tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Lyon[8], waqt li fil-11 ta' Mejju 2008 hu daħal bħala sostitut għal Park Ji-Sung biex ugwalja r-rekord ta' Bobby Charlton ta' 758 preżenza ma' United.[9] F'din il-partita stess, Giggs skorja t-tieni gowl tal-konfront, fejn assigura l-għaxar titlu tal-Premier League kemm tiegħu personali u kif ukoll ta' United. Għaxart ijiem wara, fil-21 ta' Mejju 2008, Giggs kiser ir-rekord ta' preżenzi meta daħal bħala sostitut fis-87 minuta għal Paul Scholes fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea. United rebħu din il-finali bl-għoti tal-penalties, b'Giggs jiskorja l-penalty li kellu jkun il-penalty rebbieħ għal United (wara li Nicolas Anelka tilef il-penalty tiegħu) u ngħaqad ma' Steve McManaman u sieħbu Owen Hargreaves fil-lista ta' plejers Brittaniċi li lagħbu u rebħu iktar minn finali waħda taċ-Champions League.

Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Sir Alex Ferguson beda jpoġġi lil Giggs f'nofs il-grawnd, taħt l-attakkant, minflok fil-pożizzjoni favorita tiegħu fuq il-ġwienaħ. Giggs adatta sew f'dan l-irwol il-ġdid u assista żewġ gowls f'kemm il-partiti, kontra Middlesbrough u Aalborg. Sir Alex Ferguson qal f'intervista, "Ryan (Giggs) hu plejer importanti, hu se jkun 35 f'Novembru li ġej imma fl-età ta' 35 sena, hu jista' jkun il-plejer l-aktar importanti. Meta kellu 25, Ryan kien iħawwad lid-difiżi bil-ġiri tiegħu fuq il-faxex, imma fl-età ta' 35 sena, hu se jilgħab aktar fil-fond."[10]

Nhar it-8 ta' Frar 2009, Giggs żamm ir-rekord li jkun l-uniku plejer li skorja f'kull staġun tal-Premier League mill-fundazzjoni tiegħu fl-1992 meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 fuq West Ham United.[11] Fi Frar tal-2009 Giggs iffirma estensjoni tal-kuntratt għal sena oħra.[12]

Internazzjonali

immodifika

Fl-1991, hu żamm ir-rekord mondjali għall-iżgħar plejer li qatt lagħab għal Wales. Minn dakinhar 'il quddiem hu għamel 64 preżenza, u skorja tnax-il gowl għat-tim nazzjonali bejn l-1991 u l-2007. Hu kien kaptan ta' Wales fl-2004.

Giggs irċieva ċerta kritika għan-nuqqas ta' involviment fil-partiti ta' ħbiberija internazzjonali. Mid-debutt tiegħu fl-1991 kontra l-Ġermanja, Giggs naqas li jattendi għal logħba ta' ħbiberija internazzjonali għal disa' snin, fejn tilef tmintax-il logħba ta' ħbiberija konsekuttiva. Ir-raġuni uffiċjali mogħtija għal dawn l-assenzi kienet li Giggs kien imweġġa' f'kull okkażżjoni. Madanakollu, il-kowċ ta' Manchester United Alex Ferguson fil-fatt kellu politika li ma jħallix il-plejer jingħaqad għall-partiti ta' ħbiberija.[13]

F'Settembru tal-2006, Giggs lagħab f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Brażil f'White Hart Lane. Il-prestazzjoni tiegħu wasslet lill-kowċ tal-Brażil, Dunga, biex ifaħħar lil Giggs u jistqarr li kieku ma kienx jidher ħuta barra mill-ilma kieku jilgħab mal-ħames darbiet ċampjins mondjali ma' stilel bħal Kaká u Ronaldinho.[14]

B'sorpriża kbira, Giggs ħabbar l-irtirar tiegħu mill-futbol internazzjonali fit-30 ta' Mejju 2007 waqt konferenza stampa, biex għalaq kapitlu ta' sittax-il sena mat-tim nazzjonali. Ir-raġuni wara din l-għażla kienet li xtaq li jikkonċentra aktar fuq il-karriera tiegħu ma' United. L-aħħar partita ma' Wales, u bħala kaptan, kienet partita mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Repubblika Ċeka fit-2 ta' Ġunju ġewwa Cardiff. Hu kiseb l-64 apparenza f'din il-partita u rebaħ l-unur tal-Plejer tal-Partita hekk kif il-konfront intemm 0-0.[15]

Dixxiplina

immodifika

Giggs kellu rekord ta' dixxiplina tajba ħafna matul il-bidu tal-karriera tiegħu fejn irċieva ftit ammonizzjonijiet. Fil-fatt, hu qatt ma ġie mkeċċi kull meta lagħab ma' Manchester United u darba waħda mat-tim ta' Wales. L-uniku karta ħamra waslet fl-2001 f'partita internazzjonali kontra n-Norveġja, liema partita Wales tilfu. F'Novembru 2003, hu nstab ħati mill-FA ta' kondotta improprja wara partita kontra l-Arsenal. Fl-istess ġimgħa, Giggs irċieva sospensjoni ta' żewġ partiti mill-futbol internazzjonali wara li deliberatament ta daqqa ta' minkeb lill-plejer Russu Vadim Evseev.

Statistika

immodifika
Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn[16] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Manchester United 1990–91 2 1 0 0 0 0 0 0 0 0 2 1
1991–92 38 4 3 0 8 3 1 0 1 0 51 7
1992–93 41 9 2 2 2 0 1 0 0 0 46 11
1993–94 38 13 7 1 8 3 4 0 1 0 58 17
1994–95 29 1 7 1 0 0 3 2 1 0 40 4
1995–96 33 11 7 1 2 0 2 0 0 0 44 12
1996–97 26 3 3 0 0 0 7 2 1 0 37 5
1997–98 29 8 2 0 0 0 5 1 1 0 37 9
1998–99 24 3 6 2 1 0 9 5 1 0 41 10
1999–2000 30 6 0 0 11 1 3 0 44 7
2000–01 31 5 2 0 0 0 11 2 1 0 45 7
2001–02 25 7 1 0 0 0 13 2 1 0 40 9
2002–03 36 8 3 2 5 0 15 5 0 0 59 15
2003–04 33 7 5 0 0 0 8 1 1 0 47 8
2004–05 32 5 4 0 1 1 6 2 1 0 44 8
2005–06 27 3 2 1 3 0 5 1 0 0 37 5
2006–07 30 4 6 0 0 0 8 2 0 0 44 6
2007–08 31 3 2 0 0 0 9 0 1 1 43 4
2008–09 28 2 2 0 4 1 11 1 2 0 47 4
2009–10 23 4 1 0 2 1 3 1 1 0 30 6
Total 586 107 65 10 36 9 132 27 17 1 836 154

Korretti sal-24 ta' April 2009.[17]

  Manchester United

Individwali

immodifika
  • Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 1992, 1993
  • Trofew Bravo: 1993
  • Plejer tal-Partita tat-Tazza Interkontinentali: 1999[18]
  • Tim tad-Deċennju tal-Premier League: 2003[19]
  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Settembru 1993, Awwissu 2006, Frar 2007
  • Tim tas-Seklu tal-PFA: 2007
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 1993, 1994, 1995, 1996, 1998, 2001, 2007
  • L-uniku plejer ta' Manchester United li lagħab f'kull tim rebbieħ tal-għaxar titli tal-Premier League u l-uniku plejer li rebaħ għaxar titli tal-kampjonat
  • L-uniku plejer ta' Manchter United li lagħab f'kull tim rebbieħ tat-tliet titli tal-League Cup
  • L-uniku plejer li skorja fi ħdax-il turnew konsekuttivi taċ-Champions League
  • L-uniku plejer li skorja fi tlettax-il turnew taċ-Champions League
  • L-uniku plejer li skorja f'kull staġun tal-Premier League mill-fundazzjoni tiegħu

Referenzi

immodifika
  1. ^ Premiersoccerstats.com, ed. (03-03-2009). "All Time Player Records" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ "Ryan Giggs: You must speak out on abusers". Daily Mirror (bl-Ingliż). 30-04-2008. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ ManUtd.com (ed.). "Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ Nationalfootballmuseum.com (ed.). "Football Hall of Fame - Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ a b "BBC SPORT | Football | My Club | Man Utd | Ryan Giggs in a league of his own" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  6. ^ Vidjo tal-gowl
  7. ^ "Giggs is underrated - Ferdinand" (bl-Ingliż). 08-12-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ Union of European Football Associations, ed. (20-02-2008). "Giggs signs up for 100 club in Lyon". uefa.com (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ "Ryan Giggs reaches Bobby Charlton mark" (bl-Ingliż). The Telegraph. 12-05-2008. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ Gemma Thompson (21-05-2008). ManUtd.com (ed.). "Report: MU 1 (6) Chelsea 1 (5)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ "West Ham 0-1 Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż). 08-02-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. ^ "Giggs signs new Man utd contract". BBC Sport (bl-Ingliż). 12-02-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. ^ "Ferguson `protects' Giggs from Wales" (bl-Ingliż). 02-03-2000. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. ^ "Brazil's Dunga dazzled by Giggs" (bl-Ingliż). 06-09-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. ^ "Giggs ends international career" (bl-Ingliż). 30-05-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet oħra, fosthom l-FA Community Shield, Supertazza Ewropea, Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  17. ^ StretfordEnd.co.uk (ed.). "Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  18. ^ "Toyota Cup - Most Valuable Player of the Match Award" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  19. ^ "Ten Years and Counting" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

immodifika

Mudell:Tim ta' Manchester United FC