Premju Nobel għall-Fiżika

Il-Premju Nobel għall-Fiżika huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li jingħata kull sena mill-Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi. L-ewwel rebbieħ ta' dan l-unur kien il-Ġermaniż Wilhelm Conrad Röntgen fl-1901. Dan il-premju jiġi mogħti f'ċerimonja annwali ġewwa Stokkolma nhar l-10 ta' Diċembru, l-anniversarju tal-mewt ta' Alfred Nobel, li għalih huma msemmijin dawn il-premjijiet.

Id-dokument li jiċċertifika l-għoti tal-Premju Nobel għall-Fiżika lil Pierre u Marie Curie

Rebbieħa immodifika

Sena Rebbieħ Pajjiż Raġuni
1901   Wilhelm Conrad Röntgen   Ġermanja "bħala rikonoxximent għas-servizz straordinarju li ta għall-iskoperta tar-raġġi importanti li wara ħadu ismu"
1902   Hendrik Lorentz   Pajjiżi l-Baxxi "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li taw bir-riċerki tagħhom fuq l-influwenza tal-manjetiżmu fuq fenomeni radjoattivi"
  Pieter Zeeman   Pajjiżi l-Baxxi
1903   Antoine Henri Becquerel   Franza "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li ta bl-iskopera tar-radjoattività spontanja"
  Pierre Curie   Franza "bħala rikoxximent tas-servizz staordinarju li taw fir-riċerki flimkien fuq il-fenomeni radjoattivi skoperti mill-Professur Henri Becquerel"
  Marie Curie   Polonja
  Franza
1904   John William Strutt   Renju Unit "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq id-densità tal-gassijiet l-aktar importanti u għall-iskopera tiegħu tal-argon, b'konnessjoni ma' dawn l-istess studji"
1905   Philipp Eduard Anton von Lenard   Awstrija-Ungerija
  Ġermanja
"għar-riċerki tiegħu fuq ir-raġġi katodiċi"
1906   Joseph John Thomson   Renju Unit "bħala rikonoxximent għall-investigazzjonijiet teoriċi u sperimentali fuq il-konduzzjoni tal-enerġija elettrika fil-gassijiet"
1907   Albert Abraham Michelson   Stati Uniti
  Polonja
"għall-istrumenti ottiċi ta' preċiżjoni u għall-investigazzjonijiet spettroskopiċi u metroloġiċi li saru bl-għajnuna tagħhom"
1908   Gabriel Lippmann   Franza "għall-metodu tiegħu li jirriproduċi l-kuluri b'mod fotografiku bbażat fuq il-fenomenu tal-interferenza"
1909   Guglielmo Marconi   Italja "bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom fl-iżvilupp tat-telgrafija mingħajr wajers"
  Karl Ferdinand Braun   Ġermanja
1910   Johannes Diderik van der Waals   Pajjiżi l-Baxxi "għall-ħidma tiegħu fuq l-ekwazzjoni tal-istat għall-gassijiet u l-likwidi"
1911   Wilhelm Wien   Ġermanja "għall-iskoperti tiegħu dwar il-liġijiet li jirregolaw ir-radjazzjoni tas-sħana"
1912   Nils Gustaf Dalén   Żvezja "għall-invenzjoni tiegħu ta' regolaturi awtomatiċi ddisinjati sabiex jiġu wżati f'kombinazzjoni ma' akkumulaturi tal-gass għal fanali u bagi"
1913   Heike Kamerlingh-Onnes   Pajjiżi l-Baxxi "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq il-propjetajiet tal-materja f'temperaturi baxxi li wasslu, fost oħrajn, għall-produzzjoni tal-elju likwidu"
1914   Max von Laue   Ġermanja "għall-iskoperta tiegħu fuq id-diffrazzjoni tar-raġġi X mill-kristalli, pass importanti fl-iżvilupp tal-ispektroskopija tar-raġġi X"
1915   William Henry Bragg   Renju Unit "għas-servizz tagħhom fl-analiżi tal-istruttura kristallina permezz tar-raġġi X"
  William Lawrence Bragg   Awstralja
  Renju Unit
1916 Ma ngħatax
1917   Charles Glover Barkla   Renju Unit "għall-iskopera tiegħu tar-radjazzjoni X karatteristika tal-elementi"
1918   Max Planck   Ġermanja "bħala rikonoxximent għas-servizzi li ta għall-progress tal-fiżika bl-iskopera tal-kwantifikazzjoni tal-enerġija "
1919   Johannes Stark   Ġermanja "għall-iskopera tiegħu tal-effett Doppler fir-raġġi kanali u l-qsim tal-linji spettrali f'kampijiet elettriċi"
1920   Charles Édouard Guillaume   Żvizzera "bħala rikonoxximent għas-servizz li ta fil-kejl ta' preċiżjoni fil-fiżika bl-iskoperta tiegħu tal-anomaliji fil-legi tan-nikil u l-azzar"
1921   Albert Einstein   Ġermanja
  Żvizzera
"għas-servizzi tiegħu lejn il-Fiżika Teorika, u speċjalment għall-iskopera tal-liġi tal-effett fotoelettriku"
1922   Niels Bohr   Danimarka "għas-servizzi tiegħu fl-investigazzjoni tal-istruttura tal-atomi u tar-radjazzjoni li toħroġ minnhom"
1923   Robert Andrews Millikan   Stati Uniti "għall-ħidma tiegħu fuq iċ-ċarġ elementari tal-elettriċità u fuq l-effett fotoelettriku"
1924   Manne Siegbahn   Żvezja "għall-iskoperti u riċerki tiegħu fil-kamp tal-ispettroskopija tar-raġġi X"
1925   James Franck   Ġermanja "għall-iskopera tagħhom tal-liġijiet li jirregolaw l-impatt ta' elettron fuq atomu"
  Gustav Hertz   Ġermanja
1926   Jean Baptiste Perrin   Franza "għall-ħidma tiegħu fuq l-istruttura diskontinwa tal-materjal, u speċjalment għall-iskoperta tiegħu tal-ekwilibriju ta' sedimentazzjoni"
1927   Arthur Holly Compton   Stati Uniti "għall-iskoperta tiegħu tal-effett imsemmi warajh"
  Charles Thomson Rees Wilson   Renju Unit "għall-metodu tiegħu li jagħmel viżibbli l-mgħodija ta' partiċelli ċċarġjati elettrikament permezz tal-kondensazzjoni tal-fwar"
1928   Owen Willans Richardson   Renju Unit "għall-ħidma tiegħu fuq il-fenomenu termijoniku u speċjalment għall-iskoperta tal-liġi mmsemmija warajh"
1929   Prince Louis-Victor Pierre Raymond de Broglie   Franza "għall-iskoperta tiegħu tan-natura ta' mewġa tal-elettroni"
1930   Chandrasekhara Venkata Raman   Indja "għall-ħidma tiegħu fuq id-diffużjoni tad-dawl u għall-iskoperta tal-effett imsemmi warajh"
1931 Ma ngħatax
1932   Werner Heisenberg   Ġermanja "għall-ħolqien tal-mekkanika kwantistika, liema applikazzjoni tiegħu, fost oħrajn, ġabet l-iskoperta tal-forom allotropiċi tal-idroġenu"
1933   Erwin Schrödinger   Awstrija "għall-iskoperta ta' forom produttivi ġodda ta' teorija atomika"
  Paul Dirac   Renju Unit
1934 Ma ngħatax
1935   James Chadwick   Renju Unit "għall-iskoperta tan-newtron"
1936   Victor Francis Hess   Awstrija "għall-iskoperta tiegħu tar-radjazzjoni kożmika"
  Carl David Anderson   Stati Uniti "għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron"
1937   Clinton Joseph Davisson   Stati Uniti "għall-iskoperta sperimentali tagħhom tad-diffrazzjoni tal-elettroni permezz tal-kristalli"
  George Paget Thomson   Renju Unit
1938   Enrico Fermi   Italja "għad-dimostrazzjonijiet tiegħu tal-eżistenza ta' elementi radjoattivi ġodda prodotti minn irradjazzjoni newtronika, u għall-iskoperta relatata tar-reazzjonijiet nukleari miksuba min-newtroni li jivvjaġaw bil-mod"
1939   Ernest Lawrence   Stati Uniti "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-ċiklotron u għar-riżultati miksuba bih, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' elementi radjoattivi artifiċjali"
1940 Ma ngħatax
1941 Ma ngħatax
1942 Ma ngħatax
1943   Otto Stern   Stati Uniti "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp tal-metodu tar-raġġ molekulari u l-iskoperta tiegħu tal-momentu manjetiku tal-proton"
1944   Isidor Isaac Rabi   Stati Uniti
  Polonja
"għall-metodu tiegħu tar-reżonanza sabiex jirreġistra l-propjetajiet manjetiċi tan-nukleji atomiċi"
1945   Wolfgang Pauli   Awstrija "għall-iskoperta tiegħu tal-Prinċipju ta' Esklużjoni, imsejjaħ ukoll il-prinċipju ta' esklużjoni ta' Pauli"
1946   Percy Williams Bridgman   Stati Uniti "għall-invenzjoni ta' apparat li jipproduċi pressjonijiet għolja ħafna, u għall-iskoperti li jagħmel fil-kamp tal-fiżika ta' pressjoni għolja"
1947   Edward Victor Appleton   Renju Unit "għall-investigazzjonijiet tiegħu tal-fiżika tal-atmosfera ta' fuq speċjalment għall-iskoperta tal-hekk imsejjaħ saff ta' Appleton"
1948   Patrick Maynard Stuart Blackett   Renju Unit "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu ta' kamra taċ-ċpar ta' Wilson, u l-iskoperti tiegħu fil-kamp tal-fiżika nukleari u r-radjazzjoni kożmika"
1949   Hideki Yukawa   Ġappun "għat-tbassira tiegħu tal-eżistenza ta' meżoni abbażi tal-ħidma teoretika fuq il-forzi nukleari"
1950   Cecil Frank Powell   Renju Unit "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu fotografiku għall-istudju ta' proċessi nukleari u l-iskoperti tiegħu rigward meżoni magħmula b'dan il-metodu"
1951   John Douglas Cockcroft   Renju Unit "għall-ħidma fuq it-transmutazzjni ta' nukleji atomiċi permezz ta' partiċelli atomiċi mgħaġġlin b'mod artifiċjali"
  Ernest Thomas Sinton Walton   Irlanda
1952   Felix Bloch   Żvizzera
  Stati Uniti
"għall-iżvilupp tagħhom ta' metodi ġodda għal kejl ta' preċiżjoni manjetika nukleari u l-iskoperti relatati"
  Edward Mills Purcell   Stati Uniti
1953   Frits Zernike   Pajjiżi l-Baxxi "għad-dimostrazzjoni tiegħu tal-metodu tal-kuntrast tal-fażijiet, speċjalment għall-invenzjoni tiegħu tal-mikroskopju tal-kuntrast tal-fażijiet."
1954   Max Born   Renju Unit "għar-riċerka fundamentali fil-mekkanika kwantistika, speċjalment għall-interpretazzjoni statistika tal-funzjoni tal-mewġa"
  Walther Bothe   Ġermanja tal-Punent "għall-metodu ta' koinċidenza u l-iskoperti tiegħu li saru f'dak l-ambitu"
1955   Willis Eugene Lamb   Stati Uniti "għall-iskoperti tiegħu relatati mal-istruttura fina tal-ispettru tal-idroġenu"
  Polykarp Kusch   Stati Uniti
  Ġermanja
"għad-determinazzjoni preċiża tal-momentu manjetiku tal-elettron"
1956   John Bardeen   Stati Uniti "għar-riċerki tagħhom fuq is-semikondutturi u l-iskoperta tagħhom tal-effett transister"
  Walter Houser Brattain   Stati Uniti
  William Bradford Shockley   Stati Uniti
1957   Tsung-Dao Lee (李政道)   Ċina
  Stati Uniti
"għall-investigazzjoni penetranti tagħhom tal-hekk imsejħa liġijiet tal-parità li wasslu għal skoperti importanti dwar il-partiċelli elementari"
  Chen Ning Yang (楊振寧)   Ċina
  Stati Uniti
1958   Pavel Alekseyevich Cherenkov   Unjoni Sovjetika "għall-iskoperta u l-interpretazzjoni tal-effett Čerenkov"
  Il'ya Frank   Unjoni Sovjetika
  Igor Yevgenyevich Tamm   Unjoni Sovjetika
1959   Owen Chamberlain   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-antiproton"
  Emilio Gino Segrè   Italja
1960   Donald Arthur Glaser   Stati Uniti "għall-invenzjoni tal-kamra tal-bżieżaq"
1961   Robert Hofstadter   Stati Uniti "għall-istudji tiegħu fuq it-tifrix tal-elettron fin-nukleji atomiċi u għall-iskoperti li għamel wara dwar l-istruttura tan-nukleji"
  Rudolf Ludwig Mössbauer   Ġermanja tal-Punent "għar-riċerki tiegħu dwar l-assorbiment tar-riżonanza tar-raġġi gamma u l-iskopera tiegħu tal-effett li jġib ismu"
1962   Lev Davidovich Landau   Unjoni Sovjetika "għat-teoriji tiegħu fuq il-materjal kondensat, speċjalment l-elju likwudu"
1963   Eugene Paul Wigner   Ungerija
  Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn it-teorja tan-nukleji atomiċi u l-partiċelli elementari, partikularment permezz tal-iskoperta u l-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali ta' simetrija"
  Maria Goeppert-Mayer   Stati Uniti "għall-iskoperti tagħhom dwar l-istruttura nukleari"
  J. Hans D. Jensen   Ġermanja tal-Punent
1964   Nicolay Gennadiyevich Basov   Unjoni Sovjetika "għall-ħidma fundamentali fil-kamp tal-elettronika kwantistika, li wasslet għall-bini ta' oxxillaturi u amplifikaturi bbażati fuq il-prinċipju maser-lażer"
  Aleksandr Prokhorov   Unjoni Sovjetika
  Charles Hard Townes   Stati Uniti
1965   Richard Phillips Feynman   Stati Uniti "għall-ħidma fundamentali tagħhom fl-elettrondinamika kwantistika, b'konsegwenzi profondi għall-fiżika tal-partiċelli elementari"
  Julian Schwinger   Stati Uniti
  Sin-Itiro Tomonaga   Ġappun
1966   Alfred Kastler   Franza "għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' metodi ottiċi għall-istudju tar-riżonanza Hertzjajn fl-atomi"
1967   Hans Albrecht Bethe   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fit-teorija tar-reazzjonijiet nukleari, speċjalment l-iskoperti tiegħu dwar il-produzzjoni tal-enerġija fil-kwiekeb"
1968   Luis Walter Alvarez   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet determinanti tiegħu fil-fiżika tal-partiċelli elementari, partikularment fl-iskoperta ta' numru kbir ta' stati riżonanti magħmulin possibbli mill-iżvilupp tat-teknika tal-kamra tal-bżieżaq bl-idroġenu u l-analiżi tad-dati"
1969   Murray Gell-Mann   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet u l-iskoperti tiegħu dwar il-klassifikazzjoni tal-partiċelli elementari u l-interazzjonijiet tagħhom"
1970   Hannes Olof Gösta Alfvén   Żvezja "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali fil-manjetoidrodinamika b'applikazzjonijiet produttivi f'diversi partijiet tal-fiżika tal-plażma"
  Louis Néel   Franza "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali tiegħu dwar l-antiferromanjetiżmu u l-ferrimanjetiżmu li wasslu għal applikazzjonijiet importanti fil-fiżika tal-istat solidu"
1971 Dennis Gabor   Renju Unit "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-metodu olografiku"
1972   John Bardeen   Stati Uniti "għall-iżvilupp flimkien tat-teorija tas-superkonduttività, spiss imsejħa t-teorija BCS"
  Leon Neil Cooper   Stati Uniti
  John Robert Schrieffer   Stati Uniti
1973   Leo Esaki   Ġappun "għall-iskoperti sperimentali tagħhom dwar fenomeni ta' tunneling fis-semikondutturi u superkondutturi, rispettivament"
  Ivar Giaever   Stati Uniti
  Norveġja
  Brian David Josephson   Renju Unit "għall-previżjonijiet teoritiċi tal-proprjetajiet ta' superkurrent f'barriera forma ta' mina, partikularment dawk il-fenomeni li ġeneralment huma magħrufa bħala l-effett Josephson"
1974 Martin Ryle   Renju Unit "għar-riċerka tagħhom fl-astrofiżika radju: Ryle għall-osservazzjonijiet u l-invenzjonijiet tiegħu, partikularment fit-teknika ta' sintesi t'apertura, u Hewish għar-rwol deċiżiv fl-iskoperta tal-pulsars"
Antony Hewish   Renju Unit
1975   Aage Bohr   Danimarka "għall-iskoperta tal-konnessjoni bejn iċ-ċaqlieq kollettiv u ċ-ċaqlieq tal-partiella fin-nuklei atomiċi u l-iżvilupp tat-teorija tal-istruttura tal-nukleu atomiku bbażat fuq din il-konnessjoni"
  Ben Roy Mottelson   Danimarka
Leo James Rainwater   Stati Uniti
1976   Burton Richter   Stati Uniti "għax-xogħol tagħhom fl-iskoperta ta' partiċella elementari tqila ta' tip ġdid"
  Samuel Chao Chung Ting   Stati Uniti
1977   Philip Warren Anderson   Stati Uniti "għall-investigazzjonijiet teoretiċi fundamentali tal-istruttura elettronika ta' sistemi manjetiċi u disturbati"
  Nevill Francis Mott   Renju Unit
  John Hasbrouck Van Vleck   Stati Uniti
1978   Pyotr Leonidovich Kapitsa   Unjoni Sovjetika "għall-invenzjonijiet u skoperti bażiċi fil-qasam tal-fiżika tat-temperaturi baxxi"
  Arno Allan Penzias   Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tar-radjazzjoni kożmika tal-isfond"
Robert Woodrow Wilson   Stati Uniti
1979   Sheldon Lee Glashow   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lit-teorija tal-interazzjoni dgħajfa u elettromanjetika bejn partiċelli elementari, inkluża fost oħrajn, il-previżjoni tal-kurrent newtrali"
  Abdus Salam   Pakistan
  Steven Weinberg   Stati Uniti
1980   James Watson Cronin   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-vjolazzjonijiet tal-prinċipji fundamentali ta' simmetrija fid-dekadenza tal-meżuni K-newtrali"
  Val Logsdon Fitch   Stati Uniti
1981   Nicolaas Bloembergen   Pajjiżi l-Baxxi
  Stati Uniti
"għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija tal-lażer"
  Arthur Leonard Schawlow   Stati Uniti
  Kai Manne Börje Siegbahn   Żvezja "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' spettroskopija tal-elettroni b'riżoluzzjoni għolja"
1982 Kenneth G. Wilson   Stati Uniti "għat-teorija tiegħu tal-fenomeni kritiċi b'relazzjoni mal-fażi ta' tranżizzjoni"
1983 Subrahmanyan Chandrasekhar   Indja
  Stati Uniti
"għall-istudji teoretiċi tiegħu tal-proċessi fiżiċi li jagħtu bidu għall-istruttura u l-evoluzzjoni tal-istilel"
  William Alfred Fowler   Stati Uniti "għall-istudji teoritiċi u sperimentali tar-reazzjonijiet nukleari li jagħtu bidu għall-formazzjoni tal-elementi kimiċi fl-univers"
1984   Carlo Rubbia   Italja "għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi tagħhom għall-proġett il-kbir, li wassal għall-iskoperta tal-partiċelli W u Ż, komunikaturi ta' interazzjoni dgħajfa"
Simon van der Meer   Pajjiżi l-Baxxi
1985   Klaus von Klitzing   Ġermanja tal-Punent "għall-iskoperta tal-effett Hall kwantistiku"
1986 Ernst Ruska   Ġermanja tal-Punent "għax-xogħol fundamentali tiegħu fl-ottika elettronika, u għad-disinn tal-ewwel mikroskopju elettroniku"
  Gerd Binnig   Ġermanja tal-Punent "għad-disinn tagħhom tal-mikroskopju b'effett ta' mina"
  Heinrich Rohrer   Żvizzera
1987   Johannes Georg Bednorz   Ġermanja tal-Punent "għall-pass importanti 'l quddiem fl-iskoperta tas-superkonduttività f'materjali ċeramiċi"
  Karl Alexander Müller   Żvizzera
1988   Leon Max Lederman   Stati Uniti "għall-metodu tar-raġġ ta' newtrini u d-dimostrazzjoni tal-istruttura doppja tal-leptoni permezz tal-iskoperta tan-newtrino mwon"
Melvin Schwartz   Stati Uniti
  Jack Steinberger   Stati Uniti
1989   Norman Foster Ramsey   Stati Uniti "għall-invenzjoni tal-metodu tal-kampi oxxillanti u l-użu tiegħu tal-maser idroġenu u arloġġi atomiċi oħra"
Hans Georg Dehmelt   Stati Uniti
  Ġermanja
"għall-iżvilupp tat-teknika tan-nassa jonika"
Wolfgang Paul   Ġermanja tal-Punent
1990   Jerome I. Friedman   Stati Uniti "għall-investigazzjonijiet fuq id-diffużjoni inelastika profonda tal-elettroni fi protoni u newtroni mwaħħda, li saru ta' importanza essenzjali għall-iżvilupp tal-mudell tal-quark u l-fiżika tal-partiċelli"
  Henry Way Kendall   Stati Uniti
  Richard E. Taylor   Kanada
1991   Pierre-Gilles de Gennes   Franza "għall-iskoperta li l-metodi żviluppati għall-istudji ta' fenomeni ordinarji f'sistemi sempliċi jistgħu jiġu ġeneralizzati f'forom iktar kumplessi ta' materja, partikularment għall-kristalli likwidi u polimeri"
1992   Georges Charpak   Franza
  Polonja
"għall-invenzjoni tiegħu u l-iżvilupp ta' strument ta' sejbien tal-partiċelli, partikularment il-kamra proporzjonali b'wajers multipli"
1993   Russell Alan Hulse   Stati Uniti "għall-iskoperta ta' tip ġdid (PSR B1913+16) ta' pulsar, skoperta li fetħet possibilitajiet ġodda għall-istudju ta' gravitazzjoni"
  Joseph Hooton Taylor   Stati Uniti
1994   Bertram Brockhouse   Kanada "għall-iżvilupp ta' spettroskopija ta' newtroni" u "għall-kontributi pijuniera tagħhom għall-iżvilupp ta' tat-tekniċi ta' scattering tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata"
  Clifford Glenwood Shull   Stati Uniti "għall-iżvilupp tat-teknika tad-difrazzjoni tan-newtroni" u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera ta' tekniċi ta' diffużjoni ottika tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata"
1995   Martin Lewis Perl   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni."
  Frederick Reines   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni."
1996   David Morris Lee   Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tas-superfluwidità fl-elju-3"
  Douglas D. Osheroff   Stati Uniti
  Robert Coleman Richardson   Stati Uniti
1997   Steven Chu   Stati Uniti "għall-iżvilupp ta' metodi sabiex ikessħu u jaqbdu l-atomi permezz ta' dawl lażer"
  Claude Cohen-Tannoudji   Franza
  William Daniel Phillips   Stati Uniti
1998   Robert B. Laughlin   Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom ta' forma ġdida ta' fluwidu kwantistiku permezz ta' eċċitazzjonijiet iċċarġjati ftit"
  Horst Ludwig Störmer   Ġermanja
  Daniel Chee Tsui   Ċina
  Stati Uniti
1999   Gerardus 't Hooft   Pajjiżi l-Baxxi "għall-iċċarar tal-istruttura kwantistika tal-interazzjoni elettrodgħajfa fil-fiżika"
  Martinus J. G. Veltman   Pajjiżi l-Baxxi
2000   Zhores Ivanovich Alferov   Russja "għall-iżvilupp tal-eterostrutturi tas-semikondutturi wżati fl-elettronika f'veloċijiet għolja u fl-optoelettronika"
  Herbert Kroemer   Ġermanja
Jack St. Clair Kilby   Stati Uniti "għas-sehem tiegħu fl-invenzjoni taċ-ċirkwit integrat"
2001   Eric Allin Cornell   Stati Uniti "għar-realizzazzjoni tal-kondensazzjoni ta' Bose-Einstein f'gassijiet dilwiti ta' atomi alkali, u għar-riċerki fundamentali bikrin tal-proprjetatijiet tal-kondensati"
  Carl Edwin Wieman   Stati Uniti
  Wolfgang Ketterle   Ġermanja
2002   Raymond Davis, Jr.   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, partikularment għall-kxif ta' newtroni kożmiċi"
Masatoshi Koshiba   Ġappun
  Riccardo Giacconi   Italja
  Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, li wasslu għall-iskoperta ta' sorsi kożmiċi ta' raġġi X"
2003   Alexei Alexeyevich Abrikosov   Russja
  Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet fit-teorija tas-superkondutturi u superfluwidi"
  Vitaly Lazarevich Ginzburg   Russja
  Anthony James Leggett   Renju Unit
  Stati Uniti
2004   David J. Gross   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-libertà asintotika fit-teorija tal-interazzjoni qawwija"
Hugh David Politzer   Stati Uniti
  Frank Wilczek   Stati Uniti
2005   Roy J. Glauber   Stati Uniti "għall-kontribuzzjoni tiegħu fit-teorija kwantistika tal-koerenza ottika"
  John L. Hall   Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija ta' preċiżjoni bbażata fuq il-lażer, partikularment għat-teknika tal-moxt tal-frekwenza ottika"
  Theodor W. Hänsch   Ġermanja
2006   John C. Mather   Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tal-anistropija tal-ġisem iswed fir-radjazjoni kożmika tal-isfond"
  George F. Smoot   Stati Uniti
2007   Albert Fert   Franza "għall-iskoperta tal-manjetireżistenza ġganta"
  Peter Grünberg   Ġermanja
2008   Makoto Kobayashi   Ġappun "għall-iskoperta tal-oriġini tas-simetrija mkissra li tbassar l-eżistenza ta' mill-inqas tliet familja ta' quark fin-natura"
  Toshihide Maskawa   Ġappun
  Yoichiro Nambu   Ġappun
  Stati Uniti
"għall-iskoperta tal-mekkaniżmu tat-tkissir spontanju tas-simetrija fil-fiżika sottoatomika"
2009   Charles K. Kao   Ħong Kong
  Renju Unit
  Stati Uniti
"għall-kisbiet li saru rigward it-trażmissjoni tad-dwal fil-fibra ottika għall-komunikazzjoni"
  Willard S. Boyle   Kanada
  Stati Uniti
"għall-invenzjoni ta' ċirkwit semikonduttur għall-ġbir ta immaġini – is-sensur CCD"
  George E. Smith   Stati Uniti
2010   Andre Geim   Russja
  Renju Unit
  Pajjiżi l-Baxxi
"għall-esperimenti rivoluzzjonarji dwar il-materjal bi-dimensjonali grafen"
  Konstantin Novoselov   Russja
  Renju Unit
2011   Saul Perlmutter   Stati Uniti "għall-iskoperta tal-espansjoni aċċelerata tal-univers permezz tal-istudju ta' supernovas imbiegħdin"
  Brian P. Schmidt   Awstralja
  Stati Uniti
  Adam G. Riess   Stati Uniti
2012   Serge Haroche   Franza "għall-metodi rivoluzzjonarji li jippermettu l-miżurar tal-manipulazzjoni ta' sistemi kwantistiċi individwali"
  David J. Wineland   Stati Uniti
2013   François Englert   Belġju "għall-iskoperta teoretika ta' mekkaniżu li jikkontribwixxi għall-fehim tagħna fuq l-oriġini tal-massa tal-partiċelli subatomiċi, u li riċentament ġie kkonfermat permezz tal-iskoperta tal-partiċella fundamentali mbassra, min-naħa tal-espermenti ATLAS u CMS fil-Large Hadron Collider ta' CERN
  Peter Higgs   Renju Unit
2014   Isamu Akasaki   Ġappun "għall-invenzjoni tal-LED blu effiċjenti li ppermetta l-produzzjoni ta' fonti ta' dawl abjad qawwi u dak li jiffranka l-enerġija"
  Hiroshi Amano   Ġappun
  Shuji Nakamura   Ġappun
  Stati Uniti
2015   Takaaki Kajita   Ġappun "għall-iskoperta ta' oxxillazzjonijiet tan-newtron li juru li n-newtron għandu l-massa"
  Arthur B. McDonald   Kanada
2016   David J. Thouless   Renju Unit
  Stati Uniti
"għall-iskoperti teoretiċi ta' tranżizzjonijiet ta' fażi topoloġika u fażijiet topoloġiċi tal-materja"
  F. Duncan M. Haldane   Renju Unit
  Stati Uniti
  John M. Kosterlitz   Renju Unit
  Stati Uniti
2017   Rainer Weiss   Ġermanja
  Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi għad-ditekter LIGO u l-osservazzjonijiet tal-mewġ gravitazzjonali"
  Kip Thorne   Stati Uniti
  Barry Barish   Stati Uniti

Ħoloq esterni immodifika