Hideki Yukawa

fiżiku teoriku Ġappuniż (1907-1981)

Hideki Yukawa ForMemRS[1] FRSE (bil-Ġappuniż: 湯川 秀樹, Yukawa Hideki, twieled fit-23 ta' Jannar 1907 – miet fit-8 ta' Settembru 1981) kien fiżiku teoriku Ġappuniż u l-ewwel rebbieħ Ġappuniż tal-Premju Nobel għat-tbassir tiegħu tal-pi meson jew pjon.[2]

Hideki Yukawa
Ħajja
Twelid Azabu, 23 Jannar 1907
Nazzjonalità Ġappun
Empire of Japan (en) Translate
Mewt Kjoto, 8 Settembru 1981
Post tad-dfin Chion-in (en) Translate
Familja
Missier Takuji Ogawa
Konjuga/i Sumi Yukawa  (1932 -
Aħwa
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Kjoto Ġuvni
Università ta' Osaka PhD fil-filosofija
Studenti dottorali Chushiro Hayashi (en) Translate
Shoichi Sakata (en) Translate
Donald R. Yennie (en) Translate
Carl A. Levinson (en) Translate
Lingwi Ġappuniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
fiżiku teoretiku
fiżiku nukleari
professur
Impjegaturi Università ta' Tokjo
Università ta' Columbia
Università ta' Kjoto
Università ta' Osaka
Xogħlijiet importanti pjon
potenzjal ta' Yukawa
interazzjoni ta' Yukawa
Premjijiet
Nominat għal
Influwenzat minn Enrico Fermi
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja tax-Xjenzi tal-URSS
Akkademja tal-Ġappun
Akkademja Papali tax-Xjenzi
Soċjetà Rjali ta' Edinburgu
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali Indjana tax-Xjenzi
Soċjetà Amerikana tal-Fiżika

Bijografija

immodifika

Il-fiżika hija xjenza li għamlet progress rapidu fis-seklu 20 ... Nixtieq, kif kont nixtieq fl-imgħoddi, li nkun vjaġġatur f'xi art stramba u kolonjalist f'pajjiż ġdid. (mid-daħla tal-awtobijografija ta' Yukawa)

Huwa twieled bħala Hideki Ogawa f'Tokjo u trabba fi Kjoto flimkien ma' żewġ aħwa subien ikbar, żewġ aħwa bniet ikbar, u żewġ aħwa iżgħar. Huwa qara d-Duttrina ta' Konfuċju, u iktar 'il quddiem ta' Lao-Tzu u ta' Chuang-Tzu. Missieru, għal xi żmien, ikkunsidra li jibagħtu f'kulleġġ tekniku minflok f'università peress li "ma kienx student brillanti bħall-aħwa subien ikbar minnu".[3] Madankollu, meta missieru semma din l-idea mal-prinċipal tal-iskola ta' ibnu, il-prinċipal faħħar il-"potenzjal kbir" tiegħu fil-matematika u offra li jadotta lil Yukawa sabiex ikompli b'karriera ta' studjuż. Malli sema' hekk, missieru ħasibha darbtejn.

Yukawa ddeċieda li ma jsirx matematiku meta kien fl-iskola postsekondarja; l-għalliem tiegħu mmarkalu t-tweġiba fl-eżami tiegħu bħala żbaljata meta Yugawa kien wera teorema bil-provi iżda b'mod differenti milli kien mistenni mill-għalliem. Huwa ddeċieda li ma jkomplix b'karriera fil-fiżika sperimentali fil-kulleġġ meta ltaqa' ma' diffikultajiet fil-ħila tal-infiħ tal-ħġieġ, li huwa rekwiżit għall-esperimenti fl-ispettroskopija.

Fl-1929, wara li rċieva l-lawrija tiegħu mill-Università Imperjali ta' Kjoto, huwa baqa' jaħdem fl-università bħala lekċerer għal erba' snin. Wara li ggradwa, huwa kien interessat fil-fiżika teorika, b'mod partikolari fit-teorija tal-partiċelli elementari.[4] Fl-1932 iżżewweġ lil Sumi Yukawa (スミ). Skont id-drawwiet Ġappuniżi ta' dak iż-żmien, peress li kien ġej minn familja b'ħafna subien iżda missieru tar-rispett Genyo ma kellux ulied subien, huwa ġie adottat minn Genyo u bidel kunjomu minn Ogawa għal Yukawa. Il-koppja kellha żewġ ulied subien, Harumi u Takaaki. Fl-1933 huwa sar assistent professur fl-Università ta' Osaka, meta kellu 26 sena.

Fl-1935 huwa ppubblika t-teoriji tiegħu dwar il-mesoni, li kienu jispjegaw l-interazzjoni bejn il-protoni u n-newtroni, u kienu influwenza ewlenija fuq ir-riċerka dwar il-partiċelli elementari. Fl-1940 huwa sar professur fl-Università ta' Kjoto. Fl-1940 huwa rebaħ il-Premju Imperjali tal-Akkademja tal-Ġappun u fl-1943 ingħata l-Unur tal-Mertu Kulturali mill-gvern Ġappuniż. Fl-1949 huwa sar professur fl-Università ta' Columbia, u fl-istess sena ngħata l-Premju Nobel għall-Fiżika, wara l-iskoperta minn Cecil Frank Powell, Giuseppe Occhialini u César Lattes tal-pi meson imbassar fl-1947 minn Yukawa. Yukawa ħadem ukoll fuq it-teorija tal-qbid-K, fejn elettron b'enerġija baxxa jiġi assorbit min-nukleu, wara t-tbassir inizjali tagħha minn G. C. Wick.[5]

[Ladarba kont ippubblikajt id-dokument ewlieni tiegħi fl-1934 dwar l-interazzjoni tal-partiċelli] ħassejtni bħal vjaġġatur li jieqaf jistrieħ u jieħu t-te fil-quċċata ta' muntanja. Dak iż-żmien ma kontx qed naħseb jekk kienx hemm iktar muntanji lil hinn. [mill-konklużjoni tal-awtobijografija ta' Yukawa]

 
Yukawa mal-familja fl-1949.

Yukawa sar l-ewwel President tal-Istitut ta' Yukawa għall-Fiżika Teorika fl-1953. Ingħata Dottorat honoris causa mill-Università ta' Pariġi u sar membru onorarju fis-Soċjetà Rjali, fis-Soċjetà Rjali ta' Edinburgu, fl-Akkademja Indjana tax-Xjenzi, fl-Akkademja Internazzjonali tal-Filosofija u x-Xjenzi u fil-Pontificia Academia Scientiarum.

Huwa kien editur tal-Progress tal-Fiżika Teorika, u ppubblika l-kotba Introduzzjoni għall-Mekkanika Kwantistika (1946) u Introduzzjoni għat-Teorija tal-Partiċelli Elementari (1948).[6]

Fl-1955 huwa ngħaqad ma' għaxar xjenzati u intellettwali ewlenin oħra fl-iffirmar tal-Manifest ta' Russell-Einstein, li appella għad-diżarmament nukleari.

Yukawa rtira mill-Università ta' Kjoto fl-1970 bħala Professur Emeritu. Minħabba li kulma jmur is-saħħa tiegħu abbandunatu, fl-aħħar snin ta' ħajtu deher fil-pubbliku f'siġġu bir-roti. Huwa miet f'daru f'Sakyo-ku, Kjoto, fit-8 ta' Settembru 1981 minħabba polmonite u ċediment tal-qalb meta kellu 74 sena. Il-qabar tiegħu jinsab f'Higashiyama-ku, Kjoto.

Il-vjolinista solista Diana Yukawa (ダイアナ湯川) tiġi minn Hideki Yukawa.

Rikonoxximenti

immodifika
  • 1940 – Premju Imperjali tal-Akkademja tal-Ġappun
  • 1941 – Premju Akkademiku Noma
  • 1943 – Ordni tal-Kultura
  • 1949 – Premju Nobel għall-Fiżika
  • 1963 – Elett Membru Barrani tas-Soċjetà Rjali (ForMemRS)
  • 1964 – Medalja Lomonosov tad-Deheb
  • 1967 – Premju għall-mertu Pour le Mérite
  • 1967 – Medalja tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi
  • 1977 – Gran Kurdun tal-Ordni tat-Tlugħ ix-Xemx
  • 1981 – Junior Second Rank (fit-8 ta' Settembru; wara mewtu)

Biblijografija

immodifika
  • Profiles of Japanese science and scientists, 1970 – supervisory editor: Hideki Yukawa (1970).
  • Creativity and intuition: a physicist looks at East and West by Hideki Yukawa; translated by John Bester (1973).
  • Scientific works (1979).
  • Tabibito (旅人) – The Traveler by Hideki Yukawa; translated by L. Brown & R. Yoshida (1982), ISBN 9971-950-10-3.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Kemmer, Nicholas (1983-11-01). "Hideki Yukawa, 23 January 1907 - 8 September 1981". Biographical Memoirs of Fellows of the Royal Society. 29: 660–676.
  2. ^ "The Nobel Prize in Physics 1949". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.
  3. ^ Yukawa, Hideki (1982). Tabibito (旅人) = The Traveler. World Scientific. pp. 46–47 & 118, 121–123, 10, Foreword, 141 & 163.
  4. ^ Yukawa, H. (1935). "On the Interaction of Elementary Particles". Proc. Phys.-Math. Soc. Jpn. 17 (48).
  5. ^ Segré, Emilio (1987) "K-Electron Capture by Nuclei", pp. 11–12, chapter 3 in Discovering Alvarez: selected works of Luis W. Alvarez, with commentary by his students and colleagues, Luis W. Alvarez and W. Peter Trower, University of Chicago Press. ISBN 0-226-81304-5.
  6. ^ Yukawa Institute for Theoretical Physics; Gakkai, Nihon Butsuri (1946). Progress of Theoretical Physics. Kjoto: Yukawa Institute for Theoretical Physics and Physical Society of Japan.