Guglielmo Marconi

Guglielmo Marconi (25 ta' April 1874, Bolonja- 20 ta' Lulju 1937, Ruma) kien fiżiku, inventur u politiku Taljan. Hu magħruf għall-iżvilupp ta' sistema effikaċi ta' kumunikazzjoni bit-telegrafija mingħajr wajers permezz tal-mewġ elettromanjetiku li nfirxet ħafna. L-evoluzzjoni tagħha wasslet għall-iżvilupp tas-sistemi u mezzi tat-telekomunikazzjoni moderni, bħar-radju, it-televixin u in ġenerali is-sistemi kollha li jużaw il-komunikazzjoni mingħajr wajers.

Guglielmo Marconi
Senatur tar-Renju tal-Italja

30 Diċembru 1914 - 20 Lulju 1937
Ħajja
Isem propju Guglielmo Giovanni Maria Marconi
Twelid Bolonja, 25 April 1874
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Mewt Ruma, 20 Lulju 1937
Post tad-dfin bażilika ta' Santa Croce
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Missier Giuseppe Marconi
Omm Annie Jameson
Konjuga/i Beatrice Marconi (en) Translate  (16 Marzu 1905 -  1924)
Maria Cristina Bezzi-Scali (en) Translate  (12 Ġunju 1927 -
Ulied
Familja
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Bologna
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni fiżiku
inġinier
politiku
negozjant
inventur
xjenzat
Impjegaturi University of St Andrews (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
Sħubija Akkademja Papali tax-Xjenzi
Accademia dei Lincei
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino
Servizz militari
Fergħa militari Royal Italian Navy (en) Translate
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Bin Giuseppe Marconi, Taljan, u Annie Jameson, Irlandiża. Ħa l-edukazzjoni tiegħu f’Firenze u iktar tard f’Livorno. Meta kien għadu tifel ma tantx kien tajjeb fl-iskola.

L-Invenzjoni tar-Radju

immodifika

Ħafna xjenzati u inventuri taw sehemhom għall-invenzjoni tal-wireless telegraphy, jiġifieri r-radju, fosthom Michael Faraday, Heinrich Hertz, Alexander Popov, Nikola Tesla, Thomas Alva Edison, u oħrajn, iżda s-sistema prattika ta’ Marconi infirxet ħafna, tant li hu meqjus bħala “missier ir-radju”, the "father of radio."

Marconi trażmetta u rċieva radio signals ibbażati fuq il-morse code fuq distanza ta’ 2 kilometri jew aktar (sa 6 km) f’Salisbury Plain (Ingilterra) fl-1896.

Marconi ingħata l-brevett (patent) Ingliż bl-isem "Improvements in transmitting electrical impulses and signals and in apparatus there-for" fit-2 ta’ Lulju 1897 u waqqaf il-Wireless Telegraph Trading Signal Company, ibbażata f’Londra li fetħet l-ewwel fabbrika tar-radjijiet fid-dinja, f’Hall Street, Chelmsford, l-Ingilterra fl-1898, u kienet tħaddem madwar 50 ruħ.

Għamel l-ewwel trażmissjoni bir-radju minn fuq l-ilma fit-13 ta’ Mejju 1897, minn Lavernock Point, South Wales għal Flat holm Island.

Irċieva l-ewwel sinjali tar-radju trans-Atlantiċi nhar it-12 ta’ Diċembru 1901 f’Signal Hill f’St John's, Newfoundland (illum parti mill-Kanada) billi uża antenna ta’ 400 pied issapportjata minn tajra (kite) biex jirċievi s-sinjal. Dan minkejja li ħafna kienu jaħsbu li s-sinjal tar-radju seta’ jiġi trażmess biss f’linja dritta.

Sa mill-1903, il-Marconi Company kienet qiegħda xxandar trażmissjonijiet transatlantiċi regolari ta’ l-aħbarijiet.

Premju Nobel għall-Fiżika

immodifika

Fl-1909 ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika flimkien ma’ Karl Ferdinand Braun.

Meta miet fl-1937 l-istazzjonijiet tar-radju madwar id-dinja kollha żammew żewġ minuti ta’ silenzju f’ġieħu. Indifen f’Sasso Marconi, fl-Emilia Romagna, l-Italja.