Portal:Matematika
“ Il-Matematika, jekk inħarsu lejha sewwa, naraw li fiha mhux biss il-verità, imma sbuħija suprema, sbuħija kiesħa u awstera, bħal dik tal-iskultura. ”
—Bertrand Russell (1872-1970)
“ Il-Matematika nistgħu niddefinuha bħala s-suġġett fejn qatt ma nafu fuqhiex qed nitkellmu, u lanqas jekk hux veru dak li qed ngħidu. ”
—Friedrich Nietzsche (1844-1900)
Matematika
Il-kelma Matematika ġejja mill-Grieg μαθηματικά (máthema), li tfisser "tagħlim", jew "xjenza"; μαθηματικός (mathematikós) tfisser "wieħed li jrid jitgħallem".
Fid-dixxiplina tal-matematika jiġu studjati problemi dwar il-kwantità, estensjoni u figuri spazjali, moviment tal-korpi, u l-istrutturi kollha fejn dawn l-aspetti jistgħu jiġu analizzati b'mod ġenerali.
Il-matematika għandha tradizzjoni qadima fil-ġnus kollha; kienet l-ewwel dixxiplina li adottat metodi rigorużi ħafna, u b'hekk laħqet l-istatus ta' xjenza; progressivament il-metodi tagħha żviluppaw u nfirxu ma' ħafna oqsma fejn jistgħu jkunu ta' għajnuna fil-komputazzjoni u l-imudellar.
Artiklu fil-Vetrina
Kategoriji relatati
Artikli riċenti
Friedrich Wilhelm Karl Ernst Schröder (twieled fil-25 ta' Novembru 1841 f'Mannheim, Baden, il-Ġermanja – miet fis-16 ta' Ġunju 1902 f'Karlsruhe, il-Ġermanja) kien matematiku Ġermaniż magħruf l-iktar għax-xogħol tiegħu fuq il-loġika alġebrajka. Huwa figura ewlenija fl-istorja tal-loġika matematika, bis-saħħa li għamel sommarju u estensjoni tax-xogħol ta' George Boole, Augustus De Morgan, Hugh MacColl, u speċjalment Charles Peirce. Huwa magħruf l-iktar għax-xogħol monumentali tiegħu Vorlesungen über die Algebra der Logik (Lekċers dwar l-Alġebra tal-Loġika, 1890-1905), fi tliet volumi, li witta t-triq biex titfaċċa l-loġika matematika bħala dixxiplina separata fis-seklu 20, permezz tas-sistematizzazzjoni tad-diversi sistemi tal-loġika formali ta' dak iż-żmien.
Il-moviment Brownjan hu deskrizzjoni matematika ta' moviment każwali ta' partiċella "tqila" mgħaddsa fi fluwidu u li m'għandhiex fuqha interazzjonijiet oħra ħlief il-ħbit fuqha tal-molekuli "ħfief" tal-fluwidu ta' madwarha. Minn dan jirriżulta li l-partiċella t-tqila timxi b'moviment irregolari ħafna, li ġie deskritt għall-ewwel darba fl-1827 mill-botanista Robert Brown waqt li kien qiegħed josserva ċ-ċaqlieq ta' partiċelli fil-fluwidu fil-ġewwieni ta' trab tal-pollin.
Id-deskrizzjoni fiżika l-iżjed elementari ta' dan il-fenomenu hi din:
- bejn żewġ ħabtiet, il-partiċella l-kbira timxi f'linja dritta b'veloċità kostanti;
- il-partiċella l-kbira taċċelera meta taħbat ma' molekula tal-fluwidu jew xi ħajt.
Permezz ta' dan il-moviment nistgħu niddeskrivu l-imġieba termodinamika tal-gasijiet (teorija ċinetika tal-gasijiet), kif ukoll il-fenomenu tad-diffużjoni. Huwa użat ħafna wkoll fil-mudelli tal-matematika finanzjarja.