Pietro Longhi

pittur Taljan

Pietro Longhi (twieled fil-5 ta’ Novembru 1701[1] – miet fit-8 ta’ Mejju 1785) kien pittur Venezjan ta’ xeni kontemporanji tal-ħajja.

Pietro Longhi
Ħajja
Isem propju Pietro Falca
Twelid Venezja, 5 Novembru 1701, 1702, 15 Novembru 1701
Nazzjonalità Repubblika ta' Venezja
Mewt Venezja, 8 Mejju 1785
Familja
Ulied
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
disinjatur
artist viżiv
Post tax-xogħol Venezja
Xogħlijiet importanti The Casino (en) Translate
Portrait of a Venetian Family with a Manservant Serving Coffee (en) Translate
Presentation (en) Translate
Psewdonomu Pietro Longhi

Bijografija

immodifika
 
Clara ir-rinoċeronte ta’ Pietro Longhi, l-1751

Pietro Longhi twieled Venezja fil-parroċċa ta’ Santa Marija, u kien l-ewwel wild tal-arġentier Alessandro Falca u ta’ martu Antonia. Huwa adotta l-kunjom Longhi meta beda jpitter. Għall-ewwel kien mgħallem mill-pittur minn Verona Antonio Balestra, li mbagħad irrakkomandah lil Giuseppe Maria Crespi minn Bologna biex ikun l-apprendist tiegħu.[2][3] Crespi kien magħruf ħafna fi żmienu kemm għall-pittura reliġjuża kif ukoll għall-pittura ta’ xeni mill-ħajja ta’ kuljum u kien influwenzat mix-xogħol ta’ pitturi Olandiżi. Longhi rritorna Venezja qabel l-1732. Huwa żżewweġ fl-1732 lil Caterina Maria Rizzi u kellhom ħdax-il wild (tlieta biss minnhom laħqu l-età tal-maturità).

Fost il-pitturi bikrija tiegħu hemm xi pitturi għal fuq l-artali u xogħlijiet b’temi reliġjużi. L-ewwel xogħol maġġuri tiegħu li ġie ddokumentat kien pittura għal fuq l-artal tal-knisja ta’ San Pellegrino fl-1732. Fl-1734, huwa lesta l-affreski fil-ħitan u fis-saqaf tas-sala f'Ca' Sagredo, li jirrappreżentaw il-Mewt tal-ġganti (Caduta dei giganti). Fl-aħħar tas-snin 30 tas-seklu 18, beda jispeċjalizza fil-pittura ta’ xeni mill-ħajja ta’ kuljum fuq skala żgħira f’Venezja li wassluh biex fil-ġejjieni jitqies bħala l-William Hogarth ta’ Venezja. Ix-xeni galanti fuq ġewwa ta’ Longhi jirriflettu t-tendenza tas-seklu 18 favur il-privat u l-borgesija, u kienu popolari ħafna.

 
Iċ-Ċarlatan ta’ Pietro Longhi, l-1757

Ħafna mill-pitturi tiegħu juru l-Venezjani waqt il-logħob u d-divertiment, bħar-rappreżentazzjoni tal-folla ta’ ċittadini jiċċassaw lejn rinoċeronte Indjan. Din il-pittura, għall-wiri fil-Gallerija Nazzjonali f’Londra, turi lil Clara ir-rinoċeronte miġjuba fl-Ewropa fl-1741 minn kaptan tal-baħar Olandiż u imprenditur minn Leiden, Douvemont van der Meer. Dan ir-rinoċeronte ntwera f’Venezja fl-1751. Jeżistu żewġ verżjonijiet ta’ din il-pittura, kważi identiċi ħlief għar-ritratti mingħajr maskra ta’ żewġt irġiel fil-verżjoni ta’ Ca' Rezzonico. Fl-aħħar mill-aħħar, jista’ jkun li hemm ċajta moħbija fil-pittura, peress li ż-żagħżugħ fuq ix-xellug qed iżomm qarn (li hija metafora li spiss tintuża għall-adulterju) issegat tal-annimal. Forsi dan jispjega wkoll d-differenza bejn in-nisa mhux akkumpanjati.

 
Il Ridotto ta’ Pietro Longhi, għall-ħabta tas-snin 50 tas-seklu 18

Pitturi oħra jirrakkontaw l-attivitajiet ta’ kuljum bħas-swali privati tal-logħob tal-azzard (Ridotti) li pproliferaw fis-seklu 18. Kważi nofs il-figuri fil-pitturi tiegħu mix-xeni tal-ħajja ta’ kuljum għandhom wiċċhom moħbi wara maskri tal-Karnival ta’ Venezja.[4] F’xi wħud, il-qagħda mhux sigura jew inġenwa u d-dehra tal-persuni fil-pitturi qishom xi pupazzi, donnhom jissuġġerixxu perspettiva satirika tal-artist lejn is-suġġetti tiegħu. Il-fatt li din il-kwalità ta’ pupazzi kienet biċċa xogħol intenzjonata min-naħa ta’ Longhi huwa attestat mid-dettall tal-figuri fil-pitturi bikrin u fit-tpinġijiet tiegħu. Il-ħafna tpinġijiet ta’ Longhi, tipikament bil-ġibs iswed jew bil-lapes enfasizzat bil-ġibs abjad fuq karta kkulurita, spiss saru għall-fini tagħhom stess, iktar milli bħala studji għal xi pitturi.

Fis-snin 50 tas-seklu 18, Longhi — bħal Crespi qablu — ġie kkummissjonat biex ipitter seba’ tili li jiddokumentaw is-seba’ sagramenti Kattoliċi. Dawn issa jinsabu fil-Pinakoteka ta’ Querini Stampalia flimkien max-xeni tiegħu mill-kaċċa (Caccia).

Mill-1763 Longhi kien Direttur tal-Akkademja tat-Tpinġija u t-Tinqix. Minn dak il-perjodu, huwa beda jaħdem ħafna fuq ir-ritratti fil-pittura tiegħu, u kien assistit b’mod attiv minn ibnu, Alessandro. Longhi miet fit-8 ta’ Mejju 1785, wara perjodu qasir fejn kien marid.[5]

 
L'atelier del pittore ta’ Pietro Longhi, bejn l-1740 u l-1746

Pitturi magħrufa ta’ xeni mill-ħajja ta’ kuljum ġew prodotti minn artisti kontemporanji oħra fl-Italja bħal Gaspare Traversi u Giuseppe Maria Crespi. Longhi mhux biss tbiegħed mid-dinja tal-mitoloġija grandjuża tal-istorja li ħafna drabi kienet tattira n-nobbiltà Venezjana, talli ffoka ferm ukoll fuq il-preżent, xi ħaġa li ftit pitturi f’Venezja kien għamlu. Jekk Canaletto u Guardi huma t-tieqa tagħna biex nittawlu lejn ir-ritwali esterni tar-repubblika, Longhi huwa t-tieqa tagħna biex nitkixxfu dwar x’ġara ġewwa l-kmamar. Il-kritiku Bernard Berenson jiddikjara li:[6]

Longhi pitter għall-Venezjani li kienu jħobbu l-pittura, u kien joħloq pitturi dwar ħajjithom stess fil-fażijiet domestiċi ordinarji kollha tagħhom. Fix-xeni għand il-barbier, naraw iz-zekzik tal-barbier bil-parrokka u t-tpaċpiċ tas-seftura; fl-iskola taż-żfin donnha nistgħu nisimgħu l-mużika pjaċevoli tal-vjolin. Ma hemm l-ebda nota traġika mkien. Kulħadd jilbes, jiżfen, jagħmel inkini, jieħu l-kafè, eċċ. bħallikieku ma kien hemm xejn ieħor fid-dinja x’jagħmel. Il-pitturi ta’ Longhi kienu jinkludu fl-istess tila tonalità ta’ korteżija għolja, ta’ raffinament kbir, flimkien ma’ ferħ mifrux fost is-suġġetti, xi ħaġa li kienet tiddistingwi l-pitturi ta’ Longhi mix-xogħlijiet ta’ Hogarth, li ħesrem kienu jkunu tant brutali u mimlijin bidliet.

 
La Lezione di Danza ta’ Pietro Longhi, għall-ħabta tal-1741

F’bosta pitturi, Longhi jpitter figuri libsin maskra involuti f’diversi atti mill-logħob tal-azzard sal-ittantar tan-nisa. Pereżempju, fil-pittura ta’ Longhi Il-Laqgħa tal-Prokuratur u Martu hemm mara fuq quddiem li qed isellmilha raġel li huwa preżunt li huwa r-raġel tagħha. L-ambjent huwa ta’ tip ta’ post ta’ ġabra fejn dak iż-żmien persuni bil-maskri kienu jiltaqgħu fihom għal kwistjonijiet privati bħal laqgħat romantiċi.[7] Il-mara u r-raġel tagħha mhumiex libsin maskra, iżda fuq ix-xellug, mara bilqiegħda qed tneħħi l-maskra biex tindirizza lil raġel bil-maskra li qed iserraħ ma’ spallitha. Dan l-att jista’ jissuġġerixxi li minħabba l-maskra tal-mara tat-tip Moretta, li ma għandhiex fetħa għall-ħalq, twassalha biex tneħħiha sabiex titkellem; interpretazzjoni oħra hi li l-mara tant hija interessata fir-raġel bil-maskra li lesta tneħħi l-maskra tagħha biex tikxiflu l-identità tagħha.

F’Iċ-Ċarlatan (1757), il-karattru ewlieni huwa relegat fl-isfond, fejn joqgħod fuq mejda mdawwar b’nisa jħarsu lejh u tifel żgħir. Fuq quddiem, mara bil-maskra tidher qed tilgħab bl-imrewħa tagħha u minn taħt tħares lejn raġel bil-maskra li qed jgħolli parti mil-libsa tagħha. Hemm sens ta’ duwalità peress li jinħoloq kuntrast bejn l-avveniment ordinarju tar-raġel fuq il-mejda u r-realtà tal-ħajja Venezjana rrappreżentata mill-koppja jittantaw lil xulxin; dan huwa simili għad-duwalità tal-maskra li tintuża mis-suġġetti tiegħu biex jinħbew fiżikament, iżda mbagħad jikxfu x-xewqat tagħhom bla ma jafu.

F’Il Ridotto (għall-ħabta tas-snin 50 tas-seklu 18), Longhi juri waħda mis-swali tal-logħob tal-azzard ewlenin f’Venezja. Ix-xena hija miżgħuda b’figuri bil-maskra u bla maskra. Il-qofol ta’ din il-pittura juri xena ta’ mara mistħija u raġel aggressiv li jgħollilha l-libsa. Longhi jirrepeti l-figuri tal-koppja jittantaw lil xulxin, u juri r-Ridotto bħala post fejn l-elit soċjali — li ma jurix imġiba bħal din fil-pubbliku u lanqas mingħajr maskra — jabbanduna l-inibizzjonijiet kollha u jaqgħu għax-xewqat reali tagħhom.

Xogħlijiet

immodifika
  • San Pellegrino condannato al supplizio, 1730 - 1732, żejt fuq it-tila, 400 × 340, parrocchiale di San Pellegrino.
  • Adorazione dei Magi, 1730 - 1732, żejt fuq it-tila, 190 × 150, Venezja, Skola ta’ San Ġwann l-Evanġelista.
  • Caduta dei giganti, affreschi, Venezja, Ca' Sagredo, 1734.
  • Pastorello seduto, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Bassano, Mużew ċiviku.
  • Pastorello in piedi, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Bassano, Mużew ċiviku.
  • Pastorella con fiore, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Bassano, Mużew ċiviku.
  • Pastorella con gallo, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Bassano, Mużew ċiviku.
  • Pastorello in piedi, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 45, Rovigo, Mużew tas-Seminarju
  • La filatrice, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Le lavandaie, 1740, olio su tavola, 61 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • L'allegra coppia, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • La polenta, 1740, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • I bevitori, 1740 - 1745, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Milano, Galleria d'Arte Moderna
  • Il concertino, 1741, żejt fuq it-tila, 60 × 48, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • La lezione di danza, għall-ħabta tal-1741, żejt fuq it-tila, 60 × 49, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • Il sarto, għall-ħabta tal-1741, żejt fuq it-tila, 60 × 49, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • La toeletta, għall-ħabta tal-1741, żejt fuq it-tila, 60 × 49, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • La presentazione, għall-ħabta tal-1741, żejt fuq it-tila, 64 × 53, Pariġi, Louvre
  • La visita alla biblioteca, għall-ħabta tal-1741, żejt fuq it-tila, 59 × 44, Worcester, Mużew tal-Arti ta’ Worcester
  • Affreski, 1744, Venezja, Knisja ta’ San Pantalon
  • Il risveglio del cavaliere, 1744, żejt fuq it-tila, 49 × 60, Windsor, Kollezzjonijiet irjali
  • La moscacieca, 1744, żejt fuq it-tila, 48 × 58, Windsor, Kollezzjonijiet irjali
  • Lo svenimento, 1744, żejt fuq it-tila, 49 × 61, Washington, Gallerija Nazzjonali
  • Il gioco della pentola, 1744, żejt fuq it-tila, 49 × 61, Washington, Gallerija Nazzjonali
  • La visita alla dama, 1746, żejt fuq it-tila, 61 × 49, New York, Metropolitan Museum
  • Incontro del procuratore con la moglie, 1746, żejt fuq it-tila, 61 × 49, New York, Metropolitan Museum
  • La visita al Lord, 1746, żejt fuq it-tila, 61 × 49, New York, New York, Metropolitan Museum
  • La modista, 1746, żejt fuq it-tila, 61 × 49, New York, Metropolitan Museum
  • Gruppo di famiglia, 1746, żejt fuq it-tila, 61 × 49, Londra, Gallerija Nazzjonali
  • La visita del procuratore, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 × 49, Londra, Gallerija Nazzjonali
  • Il cavadenti, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 50 × 62, Milan, Pinakoteka ta’ Brera
  • Le lavandaie, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Kastell ta’ Zoppola, Pordenone
  • La polenta, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 60 × 50, Kastell ta’ Zoppola, Pordenone
  • La filatrice, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Kastell ta’ Zoppola, Pordenone
  • Gli ubriachi, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Kastell ta’ Zoppola, Pordenone
  • La filatrice, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 60 × 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Le filatrici, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 60 × 49, Venezja, Piankoteka ta’ Querini Stampalia
  • La contadina addormentata, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La furlana, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 61 x 49,5, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La venditrice di fritole, għall-ħabta tal-1750, żejt fuq it-tila, 62 × 51, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Il rinoceronte, 1751, żejt fuq it-tila, 62 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Il rinoceronte, għall-ħabta tal-1751, żejt fuq it-tila, 60 × 57, Londra, Gallerija Nazzjonali
  • L'indovina, 1752, żejt fuq it-tila, 62 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • La scuola di lavoro, 1752, żejt fuq it-tila, 62 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • La famiglia Sagredo, għall-ħabta tal-1752, żejt fuq it-tila, 60 x 49, Venezja, Fundazzjoni Querini Stampalia
  • La lezione di geografia, għall-ħabta tal-1752, żejt fuq it-tila, 61 × 49, Venezja, Fundazzjoni Querini Stampalia.
  • Il farmacista, 1752, żejt fuq it-tila, 60 × 48, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • Il solletico, 1755, żejt fuq it-tila, 61 × 48, Madrid, Kollezzjoni Thyssen
  • Il battesimo, 1755-57, żejt fuq it-tila, 62 × 51, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La cresima, 1755-57, żejt fuq it-tila, 60 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La confessione, 1755-57, żejt fuq it-tila, 60 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La comunione, 1755-57, żejt fuq it-tila, 60 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Il matrimonio, 1755-57, żejt fuq it-tila, 62 x 50, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • L'ordine sacro, 1755-57, żejt fuq it-tila, 61 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • L'estrema unzione, 1755-57, żejt fuq it-tila, 61 x 50, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La caccia alla lepre, 1755-60, żejt fuq it-tila, 56 x 72,5, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Il "Mondo Novo", għall-ħabta tal-1756, żejt fuq it-tila, 61 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Il ciarlatano, 1757, żejt fuq it-tila, 62 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Gli alchimisti, 1757, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Il Ridotto (i), 1757-60, żejt fuq it-tila, 61 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Il Ridotto (ii), 1757-60, żejt fuq it-tila, 60 x 47, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La caccia all'anitra in Laguna, għall-ħabta tal-1760, żejt fuq it-tila, 57 x 74, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • I giocatori di carte, 1760, żejt fuq it-tila, 60 × 47, Milan, Gallerija tal-Arti Moderna
  • La lezione di musica, 1760, żejt fuq ir-ram, 45 × 58, Baltimore, Walters Art Gallery
  • Il caffè, għall-ħabta tal-1760, żejt fuq it-tila, ?x? , Verona, Mużew ta’ Castelvecchio
  • Le tentazioni di S. Antonio, ante 1761, żejt fuq it-tila, 60 x 50, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Monaci, canonici e frati di Venezja, 1761, żejt fuq it-tila, 61 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Pitagora filosofo, 1762, żejt fuq it-tila, 130 × 91, Venezja, Gallerie dell'Accademia
  • Il casotto del leone, 1762, żejt fuq it-tila, 61 × 50, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • Ritratto di Francesco Guardi, 1764, żejt fuq it-tila, 132 × 100, Venezja, Ca' Rezzonico
  • Ritratto di famiglia Venezjana, 1760-65, żejt fuq it-tila, 80 × 89 cm, Segromigno Monte, Kollezzjoni Eredi Salom
  • La caccia in valle (7 episodi), għall-ħabta tal-1765-70, żejt fuq it-tila, 61 × 50 ciascuno, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • I contadini all'osteria, għall-ħabta tal-1765-70, żejt fuq it-tila, 60 x 49, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia
  • La famiglia Michiel, għall-ħabta tal-1780, żejt fuq it-tila, 49 × 61, Venezja, Pinakoteka ta’ Querini Stampalia

Biblijografija

immodifika
  • Antonio Maria Zanetti, Descrizione di tutte le pubbliche pitture della città di Venezia, 1733.
  • Alessandro Longhi, Compendio delle vite de' Pittori Veneziani, 1761.
  • Carlo Damerini, I pittori veneziani del Settecento, 1928.
  • Giovanni Battista Galizzi, Le chiese di San Pellegrino, 1942.
  • Francesco Valcanover, Affreschi sconosciuti di Pietro Longhi, f’«Paragone», 1956.
  • Bernard Berenson, I pittori veneziani del Rinascimento, 1958.
  • André Chastel, L'arte italiana, 1958.
  • Michael Levey, Painting in XVIII Century, 1959.
  • Egidio Martini, La pittura veneziana del Settecento, 1964.
  • Francesco Valcanover, Catalogo ragionato delle opere di Pietro Longhi, 1968.
  • Giulio Carlo Argan, Storia della pittura italiana, 1968.
  • Terisio Pignatti, Pietro Longhi, 1968.
  • Manlio Dazzi - Ettore Merkel, Catalogo della Pinacoteca della Fondazione scientifica Querini Stampalia, Vicenza, Neri Pozza Editore, 1979, pp. 88-96.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Martineau & Robison 1984, p. 463.
  2. ^ Chisholm, Hugh, ed. (1911). "Longhi, Pietro" . Encyclopædia Britannica (11th ed.). Cambridge University Press.
  3. ^ "Pietro Longhi | Venetian artist". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-08.
  4. ^ Spike JT. p. 203
  5. ^ "Artist Info". www.nga.gov. Miġbur 2021-05-08.
  6. ^ Berenson, Bernard (1901). The Venetian Painters of the Renaissance: With an Index to Their Works (bl-Ingliż). G.P. Putnam's sons. pp. 73–74.
  7. ^ Pignatti 1969, p. 81.